B'referenza għall-artiklu fit-Times Of Malta tat-3 ta' April 2019 "Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority," jista’ l-Ministru jgħid:
(a) meta (id-data) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament reġa beda jaħdem fl-Awtorità tal-Artijiet u f'liema pożizzjoni?
(b) kienx hemm sejħa pubblika? Jekk le, min approva r-ritorn u l-grad tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant kif l-individwu kkonċernat diġà għamel stqarrijiet f’dan ir-rigward. Għaldaqstant deċiżjonijiet bħal dawk li qed niġi mistoqsi dwarhom jittieħdu mill-Awtorità nnifisha.
B'referenza għall-artiklu fit-Times Of Malta tat-3 ta' April 2019 "Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority," jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament applikax għall-promozzjoni fil-pożizzjoni ta' Acting Chief Officer? Jekk le, min irrakomanda li jingħata din il-promozzjoni? Jista' l-Ministru jgħid meta hija d-data statutorja tal-irtirar mill-impjieg ta’ dan l-individwu?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-PC Applications li saru wara li ġiet approvata PC46/13 u li allura fissru modifikazzjoni għall-istess applikazzjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, parti mid-dokumenti mitluba diġà ġew imqiegħda fuq t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5122 f’Seduta 100. Il-kumplament qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3430 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Furjana?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3431 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Belt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3432 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Pietà?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3433 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità ta’ Santa Venera?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3434 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Il-Belt — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Belt Valletta li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a. id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b. it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c. ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d. id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e. x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Jista’ l-Ministru jara li l-parking bay quddiem il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, terġa’ tinżebagħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont data li għandha Transport Malta ma hemmx approvazzjoni għall-parkeġġ riżervat fil-post imsemmi.
Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin f’kuntatt mal-Kunsill Lokali sabiex jaraw xi bżonnijiet hemm f’din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewġ tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ? X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet? Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ, għall-ħaddiema tal-ajruport internazzjonali ta' Malta kif ukoll għal dawk kollha li jużaw l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li Sqaq il-Ballott fiż-Żurrieq isirlu wiċċ tat-tarmac peress li preżentement hekk kif tagħmel ftit xita jegħreq bl-ilma u l-bdiewa li jkunu jridu jidħlu fl-għelieqi tagħhom ma jkunux jistgħu jagħmlu dan?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom.
L-aġenzija qed twettaq għadd ta’ proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru ta’ toroq fil-kampanja, li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Ħafna bdiewa f’diversi partijiet ta’ Malta kien ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu. Fl-istess waqt, dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi.
Ix-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom jiffurmaw parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali. L-isqaq indikat diġà kien fil-pjan tax-xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta u fil-fatt diġà saret il-kordinazzjoni meħtieġa mal-entitajiet konċernati dwaru.
Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema toroq sar xogħol ta' bini mill-ġdid jew kisi bit-tarmac minn Ġunju 2017 sal-ġurnata litiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għal kull triq separatament jista’ jgħid:
(a) liema permessi kienu applikabbli;
(b) liema permessi ġew akkwistati mill-Awtorità tat-Trasport / Infrastructure Malta qabel ma beda x-xogħol u liema kienu dawk it-toroq li beda x-xogħol fuqhom qabel ma kienu nġiebu dawn il-permessi?
(c) jekk inbidlux is-servizzi ta' taħt l-art u jekk fl-affermattiv, liema kienu s-servizzi li nbidlu?
(d) x'interventi saru fuq kull triq (bħal bdil u bini mill-ġdid ta' bankini, surface cold milling, għoti ta' cement stabilization, twittija ta' materjal type 1, ħxuna ta' hot rolled asphalt base course, ħxuna ta' hot rolled asphalt wearing course, eċċ.)?;
(e) sarux service ducts?; u
(f) sarux water culverts?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli li tiġi mwieġba. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Toroq mgħoddija lura lill-kunsilli lokali wara x-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid dawk it-toroq li jkunu nbnew mill-ġdid jew ingħataw wiċċ ta' tarmac u li jaqgħu fil-konfini tal-Kunsilli Lokali, jekk hux ser jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali hekk kif ix-xogħol ikun lest? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura ser tkun adottata qabel dawn jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali partikolari? X'testijiet ser isiru biex jiġi assigurat li toroq li jiġu mgħoddija lura lill-Kunsilli Lokali jkunu saru skont standards stabbiliti? It-toroq li ser jgħaddu lura lill-Kunsilli Lokali ser ikollhom xi perjodu ta' garanzija li jekk matulha tinqala’ ħsara fit-triq din tiġi rranġata minn min għamel ix-xogħol jew minn Infrastructure Malta mingħajr spejjeż għall-Kunsilli Lokali?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf 2018, bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Dawn iż-żewġ kuntratti ta’ xogħlijiet li qed isiru diġà jew se jibdew fix-xhur li ġejjin, jinkludu l-bini mill-ġdid, jew għall-ewwel darba, ta’ diversi toroq f’kull lokalità f’Malta. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru dalwaqt.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni izda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.
F’kull xogħol fit-toroq li tagħmel Infrastructure Malta, issegwi proċeduri stretti ta’ testijiet li jiżguraw il-kwalità tal-materjali użati, u tas-saħħa tagħhom wara li jkunu tpoġġew fil-post. Waqt li jkun qed isir it-tqegħid tas-saffi differenti li jkunu meħtieġa sabiex jinbnew is-sisien u l-uċuh ġodda tat-toroq, u qabel ma jsiru s-saffi li jkun imiss, Infrastructure Malta tagħmel diversi testijiet biex tiżgura l-kwalità u s-saħħa tal-materjal li jkun qed jintuża. Dawn it-testijiet isiru minn entitajiet jew kumpaniji indipendenti, li jkunu akkreditati biex jagħmlu dawn it-tip ta’ testijiet. Uħud mit-testijiet isiru fuq il-post, fit-toroq stess, u oħrajn jinvolvu l-ittestjar ta’ materjali f’laboratorji akkreditati internazzjonalment. Kull meta x-xogħol ma jilħaqx il-livelli ta’ kwalità u sigurtà mitluba minn Infrastructure Malta, ix-xogħol jitwaqqaf u l-kuntratturi jkollhom jirranġawh jew jagħmluh mill-ġdid, skont il-każ. Wara jerġgħu jsiru t-testijiet. Fl-aħħarnett, meta x-xogħol fit-triq ikun lest, isiru testijiet oħra finali sabiex il-periti jkunu jistgħu jiċċertifikaw il-kwalità tax-xogħol, skont proċeduri stabbiliti.
Il-kuntratti li toħroġ Infrastructure Malta għal xogħlijiet fit-toroq jorbtu lill-istess kuntratturi li jiggarantixxu x-xogħol għal ammont ta’ snin, bħal ma jsir normalment f’kuntratti ta’ investimenti infrastrutturali ta’ dan it-tip. Jekk f’dawn il-perjodi ta’ garanzija jinqalgħu ħsarat attribwiti għal xogħol li jkun sar ħażin mill-istess kuntratturi, ikollhom jagħmlu tajjeb għat-tiswijiet. Il-proċeduri ta’ kif ir-responsabilità ta’ triq tgħaddi minn entità għal oħra huma stabbiliti fl-Att dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Marsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3429 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu s-sussidju li ngħata lis-servizz pubbliku ta’ trasport għal kull sena: 2016, 2017 u 2018? Kemm huma l-kilometri ta’ vjaġġi għal kull sena: 2016, 2017 u 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, rigward is-sussidju li tħallas għas-servizz ta’ trasport pubbliku nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9412 f’Seduta 209. Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta’ kilometri ta’ vjaġġi għas-snin 2016, 2017 u 2018 huma skont it-tabella segwenti:
Sena
Kilometri ta' vjaġġi
2016
30,354,550
2017
30,479,027
2018
30,143,511
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9272, liema mistoqsija kienet tittratta esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, fejn intqal li l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li l-persuni, li dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ma jidhrux li għandhom titolu fuq din l-art, u dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni u l-art in kwistjoni ma kinitx imsemmija f'tali diviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni msemmija ppreżentawx ukoll dokumentazzjoni f'testmenti, riċerki testamentarji u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis kif ukoll dokumenti dwar fidi ta' ċens tal-istess art u rċevuti ta' ħlas ta’ ċens maħruġa fuq isem l-istess persuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li m’hemmx iktar x’iżżid mal-informazzjoni li diġà għaddejna dwar dan il-każ fil-mistoqsijiet parlamentari 6452 f’Seduta 133 u 6648 f’Seduta 137 rispettivament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta’ Manoel Island? Jista’ jikkonferma li parti sewwa mill-promenade dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island? Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar? Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta’ kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Proġett ta’ Manoel Island — Tibdil mid-Development Brief
Question
Peress li l-proġett ta’ Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali? Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta’ Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16? Jista’ jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità? Jekk kien ippubblikat jista’ jgħid meta u fejn tista’ tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità? Jekk le kif seta’ jiġi approvat il-pjan il-ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Proġett ta’ Manoel Island — Tneħħija tal-iskall u faċilitajiet anċillari
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa’ d-dgħajjes u tenders se jispiċċa b’dannu għal għadd kbir ta’ dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar? Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid? Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari? Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m’hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta’ karozzi, trailers u tenders, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu? Jista’ jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.