Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23015 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21600, fejn intqal li ma jistax jaqsam il-pagamenti separatament, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm kienu l-pagamenti qabel u wara kull side letter li ġiet approvata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23234, jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema u x’tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija?
Jista’ jgħid ukoll mit-8 ta' Marzu 2013, kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda tal-kuntrattur biex jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, maqsuma xahar b'xahar? Kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema tal-kuntrattur li fil-preżent qed jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'tip ta’ xogħlijiet qed jagħmlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jixtri sigħat ta’ servizzi mingħand il-kuntratturi li jkun rebħu t-tender. Dan isir skond il-ħtiġijiet biex il-pazjenti jieħdu l-aħjar kura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25410 u jgħid f’kemm-il binja u f’liema binja f’Għawdex u Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu saru fire drills matul is-sena 2023 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2023 u 2024 saru 351 fire drills. Dawn isiru b’mod regolari fl-MDH, SAMOC, GGH, MCH, PHC, Ċentri tas-Saħħa, FMS, Medicines Authority, Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, SVP, AACC u OPSA.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - PA/07491/16 - Masterplan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-masterplan (PA/07491/16) għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jiġi approvat, biex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-masterplan li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant kien inizjat min Steward Healthcare. Dan il-proċess ma tkompliex.
Sadanittant il-Gvern qabbad kumpanija sabiex tiskrutinizza il-pjanijiet li tfasslu għal dan l-isptar f’Għawdex biex nassiguraw li l-kampus jiġi pjanat b’mod għaqli li jara żvilupp sostenibbli fil-qasam tas-saħħa ġo Għawdex. Appena dan jiġi kkonfermat u jitlestew il-passi ta’ rilokazzjoni, il-proġett tal-isptar akut ġdid fit-tramunatana tal-kampus ikun jista’ jipproċedi.
Jista’ l-Ministru jelenka s-servizzi li ser ikunu qed jingħataw mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi u jgħid f’liema ġranet u ħinijiet ser ikunu qed jingħataw dawn is-servizzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li malli tiftaħ il-Klinika tal-Kommunità ġewwa l-Qrendi, s-servizzi li ser ikunu qed jingħataw huma:
Nhar ta’Tnejn kull ħmistax il-ġurnata, servizz tal-Podjatrija.
Nhar ta’ Tlieta, Speech and Language Pathology mis 7.30am sat 3.00pm.
Nhar ta’ Erbgħa, Speech and Language Pathology mis 7.30am sat 3.00pm.
Mhux eskluż li jkun hemm servizzi oħra jekk ir-riżorsi umani jippermettu.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li llum, il-Kliniċi tal-Komunità huma wkoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin rejali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw is-servizzi mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizzi mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi se jibdew jingħataw meta jitlesta ix-xogħol li baqa’.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sadanittant, ir-residenti tal-Qrendi jistgħu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, sakemm ikunu lesti x-xogħlijiet fuq il-berġa l-ġdida tal-Qrendi.
Iċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Kirkopp joffri fost l-oħrajn dawn is-servizzi:…"
Klinika Antikoagulanti POC (Point Of Care)
Klinika għall-Prevenzjoni tal-Mard Kronika tal-Kliewi
Klinika tad-dijabete
Klinika ECG
Servizzi ta’ Tobba Ġenerali
Servizzi ta’ tilqim
Servizzi ta ’infermiera
Klinika tal-Fiżjoterapija
Klinika tal-Podjatrija
Patoloġija tal-Lingwa tad-Diskors
Kamra tat-Trattament
Well Baby Clinic
Well Woman Clinic
Ġestjoni tal-Kura tal-feriti
Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw l-aħħar servizzi mill-berġa tal-Qrendi? Jista’ jipprovdi l-lista ta’ servizzi li kienu jingħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-aħħar servizzi mill-berġa tal-Qrendi ngħataw f’Marzu 2020 eżatt meta bdiet il-COVID. Dak inhar kienu twaqqfu il-bereġ kollha.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sadanittant, ir-residenti tal-Qrendi jistgħu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, sakemm ikunu lesti x-xogħlijiet fuq il-berġa l-ġdida tal-Qrendi.
Iċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Kirkop joffri fost l-oħrajn dawn is-servizzi:…"
Klinika Antikoagulanti POC (Point Of Care)
Klinika għall-Prevenzjoni tal-Mard Kronika tal-Kliewi
Klinika tad-dijabete
Klinika ECG
Servizzi ta’ Tobba Ġenerali
Servizzi ta’ tilqim
Servizzi ta ’infermiera
Klinika tal-Fiżjoterapija
Klinika tal-Podjatrija
Patoloġija tal-Lingwa tad-Diskors
Kamra tat-Trattament
Well Baby Clinic
Well Woman Clinic
Ġestjoni tal-Kura tal-feriti
Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Kwalità u standards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kriterji ta’ kwalità u standards ċari imposti fuq l-isptarijiet privati li jipparteċipaw fil-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati, u kif qed tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-isptarijiet privati qegħdin isegwu ħafna mill-kriterji li jintużaw ġewwa l-isptar Mater Dei. Kriterji oħra, li jinfluwenzaw l-effiċjenzja tal-operazzjonijiet u safety għall-pazjent, qeghdin jintużaw u li ġew iċċertifikati minn Mater Dei li jilħqu kwalità u standard impekkabbli. L-implementazzjoni ta' dawn il-kriterji qegħda tiġi mmonitorjata billi nikkomunikaw ma' dipartimenti li jsegwu lill-pazjent wara l-operazzjoni, bħal phyisiotherapy, li jaqsmu magħna l-esperjenzi tal-pazjenti. Qed inċemplu numru ta' pazjenti wara l-operazzjoni sabiex jagħtuna informazzjoni fuq is-servizz li ngħataw.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati jkoprux ukoll follow-up care, mediċini u testijiet, jew jekk il-pazjenti jkollhomx jirritornaw għas-servizz pubbliku għal dawn il-partijiet tat-trattament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ftehmiet bejn il-Gvern u l-isptarijiet privati jkopru l-operazzjoni indikata, testijiet relatati ma' din l-operazzjoni, u anke mediċini. Għandna diversi ftehmiet differenti, fejn minnom il-follow-up care issir ġewwa Mater Dei, u hemm minnhom li ssir ġewwa l-isptarijiet privati.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet in-nefqa fuq ftehimiet ma’ sptarijiet privati fuq bażi annwali u kif titqabbel ma’ infiq fuq servizzi simili fis-settur pubbliku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent uża servizzi privati fl-2023 u fl-2024 permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2023 saru 1,644 operazzjoni, filwaqt li fl-2024 saru 2,110 operazzjoni permezz tal-kollaborazzjonijiet bejn il-Gvern u l-isptarijiet privat.
B’din l-inizjattiva, aktar pazjenti qed jirċievu l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.
Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Operazzjonijiet u trattamenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema tipi ta’ operazzjonijiet jew trattamenti qed jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei jew mis-servizzi pubbliċi lejn sptarijiet privati bħala parti mill-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30416.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kull ftehim ġdid li sar fl-aħħar sentejn bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif jista’ japprezza, kull ftehim li sar bejn il-Gvern u sptarijiet privati biex jipprovdu servizzi mediċi lill-pazjenti, fih informazzjoni ta’ natura kummerċjali.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li fl-2024, il-Gvern ivvota €5 miljun għall-outsourcing. Din is-somma telgħet għall-€14-il miljun għall-istess skop. Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jipproponi €15-il miljun għall-outsourcing.
Dawn il-fondi pubbliċi qed jintużaw sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jieħdu servizz effiċjenti u l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern b’amministrazzjoni differenti ta’ qabel l-2013.
Skema tal-POYC - Mediċina Semaglutide - Kriterji għal intitolament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji kliniċi għandhom jintlaħqu sabiex pazjent ikun intitolat biex jirċievi l-mediċina Semaglutide taħt l-iskema POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infuemat li sa issa, il- kriterji abbozzati sabiex wieħed ikun intitolat għal GLP-1 agonist huma: li persuna jkollha Diabetes type 2 (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM) u BMI >40kg/m2 li għandhom bżonn jitilfu l-piż, jew biex inaqqsu kemm jiskbu piż, inkella jkollhom BMI>30kg/m2 u li ma rnexxilhomx jilħqu livell ta HbA1c <7% minkejja 3 xhur trattament b’ SGLT2 inhibitor.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-mediċina Semaglutide (magħrufa bħala Ozempic) ser tidħol fil-formularju tal-POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa issa kellna rakkomandazzjoni għall-inkluzjoni ta’ GLP-1 agonst għal każijiet ta’ Dijabete tat-tieni tip (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM). Mhux neċessarjament tkun semaglutide u għad m’aħniex f’pożizzjoni biex nagħtu data speċifika ta’ meta din ser tkun fil-formularju.
POYC - Mediċini fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju tal-POYC? Jista’ jindika wkoll l-istadju ta’ kull mediċina u d-data prevista għad-dħul tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li l-informazzjoni mitluba dwar mediiċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadju biex jiddaħħlu fil-formularju tal-Poyc, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini kollha li ddaħħlu fil-formularju tal-POYC matul is-sena 2025, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-kundizzjonijiet mediċi li għalihom jintużaw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32325.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tistenna li ssirilha l-operazzjoni tal-ftuq? Jista’ jgħid ukoll kemm hu preżentement il-ħin ta’ stennija biex persuna tagħmel l-operazzjoni tal-ftuq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tal-2025, saru total ta’ 1,080 operazzjoni tal-ftuq, li 77 minnhom kienu outsourced.
Għar-rgward tal-lista ta’ persuni li qed jistennew li jagħmlu l-operazzjoni tal-ftuq, ninsab infurmat li hawn 337 persuna li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż, imma nassigura lill-Onor. Interpellant li f’każijiet urġenti, l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli.