Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa — Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9190, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16743 tal-Leġiżlatura XIII, li saret fl-20 ta' Ottubru 2020, jista' jgħid jekk minn Ottubru 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu għamlux donazzjonijiet lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda donazzjonijiet lill-Fondazzjoni msemmija minnha minn Ottubru 2020 sa l-lum.

Ministeru għas-Saħħa — persuni li għandhom mobile allowance

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirrferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 9 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi minnu, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.

Sptar Mater Dei — apparat biex isiru l-implants tal-widnejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9260, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk din il-magna ġdida bdietx tintuża u kemm hemm nies fil-lista ta' stennija għaliha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-jiem li ġejjin ser jibda t-taħriġ tal-professjonisti fuq dan l-apparat. Fil-lista ta stennija hemm 8 pazjenti.

Asthma — Persuni li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8986 u jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar isofru minn asthma mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-età tagħhom u minn liema reġjuni kienu ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. illi l-informazzjoni mitluba minnu tinstab fit-tabelli t'hawn taħt: Total Number of Discharges due to Asthma by Age Group Year 0-4 May-14 15-24 25-34 35-44 45-54 55-64 65-74 75-84 >85 2013 16 33 27 49 27 36 57 72 57 22 2014 12 29 32 42 40 41 35 56 62 33 2015 4 22 45 46 23 54 67 72 68 38 2016 4 21 48 37 45 34 67 83 61 45 2017 3 43 38 41 37 46 69 119 77 52 2018 4 39 34 36 41 49 69 122 92 47 2019 7 49 35 43 45 49 58 103 82 48 2020 5 20 25 19 30 33 32 49 49 34 2021 6 17 28 23 29 41 19 55 54 36 2022 4 31 49 56 51 49 40 81 60 52 Jan-Feb 2023 0 10 6 11 14 14 14 18 28 14 Total Number of Discharges due to Asthma by Region Year GOZO NORTHERN DISTRICT NORTHERN HARBOUR DISTRICT SOUTH EASTERN DISTRICT SOUTHERN HARBOUR DISTRICT WESTERN DISTRICT UNKNOWN 2013 1 60 134 42 83 76 0 2014 1 68 131 46 92 40 4 2015 2 85 148 53 88 59 4 2016 3 91 146 60 94 48 3 2017 4 111 159 71 113 65 2 2018 3 97 183 72 112 66 0 2019 2 83 195 63 110 65 1 2020 1 61 90 43 59 42 0 2021 0 53 104 31 77 42 1 2022 1 86 145 57 123 60 1 Jan-Feb 2023 1 24 33 17 32 22 0

Ta’ Ġiorni – berġa tas-saħħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8816 dwar ċentru komunitarju għas-saħħa viċin Ta’ Giorni, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu t-taħdidiet u meta nżammet l-aħħar laqgħa mal-kunsill fuq dan is-suġġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-taħdidiet għadhom għaddejjin.

Trattamenti għal pazjenti li kellhom bżonn il-kimoterapija Fluorouracil

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8813, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew affettwati pazjenti meta l-mediċina Fluorouracil (kimoterapija) kienet out of stock f'Mejju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 31 pazjent kellhom it-trattament pospost b’medja ta’ 10 tijiem.

Sptar Mater Dei – apparat biex isiru l-implants tal-widnejn

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-apparat li jintuża biex isiru l-implants tal-widnejn għall-persuni neqsin mis-smigħ fl-Isptar Mater Dei huwiex bil-ħsara? Jekk iva, kemm ilu hekk u meta huwa maħsub li jerġa' jibda jitħaddem b'mod normali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet mixtrija magna ġdida u iktar avvanzata biex timmoniterja in-nerv tal-wiċċ waqt l-operazzjoni msemmija minnu.

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8348, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-ammonti ta' ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hemm il-lokalitajiet tal-ħaddiema kif mitluba minnu.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8610 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6776, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għas-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-2022 għadha mhux disponibbli.

Persuni li ddaħħlu fil-klinika tad-distrett tal-Isla

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-istatistika li turi kemm daħlu pazjenti fil-klinika tad-distrett tal-Isla (Senglea District Clinic), mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ġew dijanjostikati b’sintomi ta’ mard respiratorju komuni bħall-asthma, Chronic Obstrucive Pulmonary Disease (COPD), Occupational Lung Diseases u Pulmonary Hypertension?'

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Berġa tal-Isla dan is-servizz qatt ma kien jingħata.

Fornituri ta’ mediċini lokali u barranin — ħlasijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8042, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kreditur u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u jaqsam din l-informazzjoni bejn fornituri ta' mediċini, lokali u dawk barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari 8042 li qed jirreferi għaliha saret lill-Ministeru għall-Finanzi.

Bini tal-ewwel krematorju fil-pajjiż

Question

Fid-dawl li fl-2019 il-Parlament Malti approva abbozz ta' liġi intiż li jillegalizza u jirregolarizza l-kremazzjoni f'pajjiżna iżda sfortunatament, dan is-servizz għadu ma bediex jingħata, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess li għandu jwassal biex f'pajjiżna jinbena l-ewwel krematorju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ippjanar għadha ma għalqitx il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-politika tagħha dwar is-siti ta’ kremazzjoni.

Sptar Mater Dei – ittri lil pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux id-dipartimenti kollha qegħdin jużaw metodi biex jiġi żgurat li l-GDPR tal-pazjent tiġi mħarsa bħal meta jintbagħtu ittri? Għaliex mhux qed jintuża timbru ġeneriku tal-Isptar Mater Dei meta jintbagħtu ittri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull Unit fl-Isptar Mater Dei jrid juża t-timbru kull meta jibgħat ittri bil-posta. Għall-Outpatient Clinics fejn jintbagħtu eluf ta’ appuntamenti ġie krejat code għal kull Unit u dan jintuża fuq it-timbru minflok l-isem tal-Unit.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa – sistema tal-arja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex qed ikun hemm dewmien fit-tlestija tas-sistema tal-arja fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l’ebda dewmien u s- sistemi kollha qed jiġu installati skont il-programm.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi elenku tal-mediċini li kienu out of stock f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid liema minnhom inxtraw b'direct order sabiex ikun hawn ħażna tagħhom? Jista’ għal kull prodott jgħid liema kienu l-kumpaniji li ssupplixxew din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li talab tinstab fuq is-sit: https://healthservicescms.gov.mt Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-aħħar lista kif tidher fuq dan is-sit.

Sptar Mater Dei u Sptar Karin Grech – pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa jgħid fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kemm-il pazjent qed jokkupa sodda fl-Isptar Mater Dei sakemm qed jistenna li jintbagħat f'dar tal-anzajni jew fl-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 15-il pazjent li huma kkonfermati li se jintbagħtu Karin Grech waqt li hemm 64 pazjent li qed jistennew li jintbagħtu f'dar tal-anzjani.

Kimoterapija Fluorouracil out of stock

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8800, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Kimoterapija Fluorouracil kienet out of stock f'April u Mejju bħala ġranet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kimoterapija Fluorouracil kienet out of stock mill-4 ta’ Mejju sas-17 ta’ Mejju.

Nadur, Għawdex– berġa tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tkun qed topera (xahar u sena) l-Berġa tas-Saħħa ġewwa n-Nadur, Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari li għamel hu stess numru 3628.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.