Legislature:
Category:
Reset
Active:

FSWS — Social Welfare Professionals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema unit/dipartiment jaħdmu s-Social Welfare Professionals impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u kemm hemm f’kull unit/dipartiment?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le? Jista' jgħid ukoll: (a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad? (f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 25348.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22664 u 23419 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal fostered

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġew fostered fl-2024 u x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tal-2024 kien hemm 273 tifel u tifla, li qed jibbenefikaw minn foster placement. Minn dawn kien hemm 20 minnhom ġodda matul 2024. L-etajiet tagħhom huma kif indikat hawn taħt: Każijiet Ġodda 2024. Għadd Età 1 13-18 4 4-10 15 0-4 Ammont kollu ta' Fostering . Għadd Età 44 18 - 21 70 13-18 40 10-13 73 4-10 46 0-4

Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni prinċipali li żdiedu l-każijiet riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minkejja li mal-introduzzjoni tal-“mandatory reporting” kien hemm żieda fir-rapporti, llum jidher illi tul dawn l-aħħar snin in-numru ta’ rapporti dwar tfal li qed jesperjenzaw abbuż kien pjuttost stabbli. Minkejja dan, jidher biċ-ċar illi l-każijiet qed ikunu aktar kumplessi u ħafna drabi jkun hemm bżonn ta’ riżorsi u interventi speċjaliżżati u multidimensjonali. Fost ir-rapporti li jirċievi d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri qed jiġi nnutattat li qed jiżdiedu r-rapporti fejn hemm: i. diżgwid relazzjonali bejn il-ġenituri, ii. sitwazzjonijiet multikulturali li jġibu magħhom sfidi varji u anke iii. diffikultajiet fir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, partikolarment meta jaslu fl-età tal-addolexxenza.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri — Tfal riferuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu tfal ta’ immigranti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabella li tidher hawn taħt. Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri Rapporti (Referrals) Jan-Ġun 2024 Maltin773 Mhux Maltin167 Mhux imwielda5 Total945 Fost il-Mhux Maltin, kien hemm 10 jfittxu l-ażil, 12 li kellhom status ta’ refuġjat u 3 bi status ta’ protezzjoni sussidjarja. Infakkar li, kif diġa nġibdet l-attenzjoni fi tweġibiet oħra, l-FSWS tippubblika l-istatistika uffiċċjali tagħha darbtejn fis-sena. F’ April / Mejju għax-xhur Jannar – Diċembru tas-sena preċedenti u f’ Settemrbu / Ottubru għax-xhur Jannar – Ġunju tas-sena kurrenti. Għadaqstant għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija nistgħu nagħtu biss kif kienet il-pożizzjoni sal-aħħar ta’ Ġunju, 2024.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri — Tfal riferuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-tfal li kienu riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri kienu riferuti minn professjonisti u kemm kienu riferuti minn persuni li mhumiex professjonisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar li kif diġà nġibdet l-attenzjoni fi tweġibiet oħra, l-FSWS tippubblika l-istatistika uffiċċjali tagħha darbtejn fis-sena. F’April / Mejju għax-xhur Jannar – Diċembru tas-sena preċedenti u f’ Settembru / Ottubru għax-xhur Jannar – Ġunju tas-sena kurrenti. Għaldaqstant għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija nistgħu nagħtu biss kif kienet il-pożizzjoni sal-aħħar ta’ Ġunju, 2024.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri – Tfal li diġà qed jaħmu ma’ professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jitħaddem il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fis-sens li tfal li diġà qed jaħdmu magħhom professjonisti ma jkollhomx għalfejn jiġu riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Infakkar lill-Onor. Interpellanta li l-Kap 602, jiġifieri l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), daħħal l-obbligu tal-mandatory reporting. Dan ifisser li waqt li bħala direttorat u anki bħala Fondazzjoni, nemmnu li, kif jingħad minn kull servizz għall-protezzjoni tat-tfal f’kull ġurisdizzjoni, “child protection is a shared responsibility”, fl-aħħar mill-aħħar huwa l-obbligu legali ta’ kull professjonist f’ Malta li jagħmel rapporti (referrals) lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri.

FSWS — Mandatory Reporting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mandatory reporting kienx qed iwassal biex ikun hemm defensive practice u x’inhi tagħmel il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) biex timminimizza dan it-tip ta’ prattika fejn tfal jistgħu jiġu riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri mingħajr ma jkun strettament neċessarju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellanta li l-iskop tal-mandatory reporting huwa sabiex jissaħħaħ l-element ta’ sensibilizzazzjoni u responsabbilta’, fejn professjonisti u individwi li jaħdmu mat-tfal għandhom l-obbligu li jirraportaw każijiet t’abbuż biex il-protezzjoni tal-minuri tkun imsaħħa u mtejba iktar. Minkejja li l-Mandatory Reporting Guidelines jinsab onlajn għal kull professjonist, u minkejja li d-Direttorat ukoll jimpenja ruħu li jwassal sessjonijiet ta’ taħriġ fuq dawn il-linji gwida minn żmien għal żmien, xorta ġieli niltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet fejn professjonijiet jirrapportaw immedjament mingħajr l-informazzjoni neċessarja biex id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal ikun jista’ jagħmel l-investigazzjoni meħtieġa. Għaldaqstant, sabiex tiġi ndirizzata din il-possibbiltà, d-Direttorat waqqaf servizz ta’ konsultazzjoni intern fejn kull professjonist jista’ jikkonsulta u jiġi ggwidat minn espert fil-protezzjoni tal-minuri fuq l-aħjar azzjoni skont is-sitwazzjoni preżentata.

Magni mediċi fid-djar — Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tingħatax għajnuna lill-pazjenti li jużaw magni mediċi fid-djar tagħhom li jużaw l-elettriku bħal magna tas-sleep apnoea?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċju tal-Enerġija fuq bażi umanitarja, jingħata lil min huwa marid u jagħmel użu minn makkinarju li jikkonsma ħafna enerġija, jew lil min jaħli ħafna ilma, minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu. Fil-kaz tal-magna li tintuża għall-isleep apnea, jirriżulta li din waħidha ma tikkonsmax enerġija eċċessiva u għalhekk l-użu tagħha biss ma jintitolax lil persuni għal dan it-tip ta benefiċċju. Madanakollu, waqt il-bord jiġi wkoll eżaminat il-kont tad-dawl ħalli jaraw il-konsum, għax jista jkun li l-pazjent juża makkinarju ieħor minbarra dak imsemmi. F’każi bħal dawn ġieli anke tintbagħat is-social worker sabiex tara l-każ mill-lat soċjali.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt; 10 ta’ Marzu Epsco. 13 ta’ April Epsco. 12 ta’ Ġunju Epsco.

Għawdxin — Għajnuna fil-kontijiet tal-elettriku u tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni/familji f’Għawdex li: i. qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma; ii. qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma; jew iii. qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni raħal b'raħal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Carers privati — Pagamenti tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tħaddem carer magħha fil-privat (fid-dar tagħha) għandhiex benefiċċji li ma tħallasx VAT fuq il-pagament lill-istess carer?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 25491.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill Onor. jispeċifika x'qed ifisser b'uffiċċju addizzjonali.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22700 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 25591.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22718 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Pensjoni – Persuni li rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19282 u 21825 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21446 u jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: FSWS Grad FSWSSkala ĊivilGħadd ta’ Ħaddiema Manager52* 17/61 28/72 39/82 511/101 6123** 915/142 TOTAL13 * Wieħed minn dawn huwa detailed mal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, ** Waħda minn dawn hija seconded mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali. SIPM Persuna waħda f’pożizzjoni ta’ CEO Total1