Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet għal xogħol imprenditorjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm organizzat korsijiet għax-xogħol imprenditorjali matul din is-sena? Kemm ipparteċipaw persuni? Kemm ipprovdiet fondi finanzjarji biex tissussidja dawn it-tip ta' korsijiet organizzati minn aġenziji oħra? Liema huma dawn l-aġenziji? Kemm ibbenefikaw persuni?
Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu l-Adult Training Centres marru mal-Aġenzija Sapport, sarux audits (interni jew esterni) f’dawn iċ-ċentri u x’kienu l-konklużjonijiet li waslu ghalihom l-awdituri?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn mindu d-Day Centres ġew f’idejn l-Aġenzija Sapport ma sarux audits esterni ħlief l-iSkills Audits mill-Misco li saru sabiex jiġi evalwat l-ħiliet tal-ħaddiema biex jingħata taħriġ fejn kien neċessarju. Sar ukoll awditjar tal-finanzi fuq bażi annwali kifinhu mitlub mill-liġi.
Fuq bażi regolari isir awditjar intern rigward l-operat taċ-ċentri sabiex jittejjeb is-servizz mogħti
Korrispondenza mis-Sigurtà Soċjali — e-mail address taħt l-isem
Question
Jista’ l-Ministru jagħti ordni biex l-ittri kollha li jintbagħtu minn xi skrivan, jew persuna nkarigata minn xi uffiċjal tas-Sigurtà Soċjali, taħt isimhom jiktbu l-email address tagħhom sabiex min jirċievi l-ittra jkollu l-opportunità li jistaqsi jew jagħti l-informazzjoni meħtieġa permezz tal-email minflok ma joqgħod imur fil-queue?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor interpellant li il-korrespondenza li toħroġ mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Socjali jkun hemm imniżżel l-indirizz elettroniku social.security@gov.mt. Għaldaqstant kull min jirċievi xi ittra u jrid jikkomunika ma xi uffiċjal ta’ l-istess diviżjoni jista jikkuntattjah fuq l-indirizz imsemmi. Meta l-postmaster tircievi dawn l-emails din tgħaddihom lill-uffiċjal inkarigat biex il-benefiċjarju jingħata tweġiba mill-aktar fis.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12219 u 11970 u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm, xahar b'xahar, kien in-numru ta' persuni li daħlu fid-dipartiment tal-emergenza matul din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn il-persuni, fil-fatt kienu marru l-poliklinika qabel ma marru f'dan id-dipartiment (jekk tali informazzjoni tinżamm)?
Billi n-numru ta' anzjani li għandna f'pajjiżna qeegħed dejjem jiżdied, u billi hemm indikazzjonijiet li xi djar tal-anzjani tal-Knisja ser jingħalqu (jew ma jibqgħux jaċċettaw persuni ġodda fihom), jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inizjattivi ġodda qed jittieħdu biex l-anzjani tagħna jibqa' jkollhom fejn imorru meta jkollhom bżonn jiġu rikoverati f'xi istituzzjoni?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm area offices tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali għandha erbgħa u għoxrin (24) uffiċċji Distrettwali mqassmin tnejn u għoxrin (22) f’Malta u tnejn (2) f’Għawdex.
Dawn huma:
MALTA
Balzan
Birkirkara
Birgu Access
Fgura
Hamrun
Luqa
Marsa
Mosta
Msida
Naxxar
Paola
Qawra Access
Qormi
Rabat
San Gwann
Siggiewi
Sliema
Valletta Access
Żabbar
Żebbug
Żejtun
Żurrieq
GHAWDEX
Nadur
Victoria
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm day care centres tal-Gvern jew tal-Kunsilli Lokali? X'tip ta' għajnuna tingħata lill-anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Faċilitajiet Korrettiva ta' Kordin - għajnuna neċessarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tiġix f'kuntatt mal-awtoritajiet tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, biex jiġi assigurat li dawk il-persuni li jkunu ser joħorġu minn din l-istituzzjoni, fil-fatt tingħatalhom l-għajnuna neċessarja biex ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol? X'tip ta' għajnuna jingħataw dawk li joħorġu minn dawn l-istituzzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-KXT permezz tas-Supported Employment Section tagħha għandha kuntatt stabbilit mal-Awtoritajiet tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. Dan kemm fir-rigward ta’ taħrig, fejn jiġi organizzat programm ta’ taħrig iffinanzjat mill-KXT ġewwa Kordin stess u anke fejn ikun il-każ, meta persuni li qegħdin iservu sentenza jattendu korsijiet ta’ taħrig ġewwa l-ETC f’Ħal-Far.
Fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, jeżisti arrangament partikolari fejn il-prigunieri li jkunu eligibbli għall-
Prison Leave
jitpoġġew fuq il-
Bridging the Gap Scheme (BTG),
skema li toffri opportunita ta’
Work Exposure,
bil-probbabilita’ li jkun hemm xogħol lest, wara li jiġi skontat il-perjodu ta’ detenzjoni..
Meta ‘
ex-inmate
’ jaqbad tirreġistra għax –xogħol u jinforma bis-sitwazzjoni tiegħu, dan mill-ewwel jiġi riferut lis-
Supported Employment Section,
bil-għan li jingħata servizz aktar partikolari minn Klijenti ‘
mainsteam
’.
Sabiex l-ingaġġ tagħhom fix-xogħhol jiġi aktar faċilitat, l-
Employer
jiġi offrut kemm l-iskema tal-
BTG
u anke jekk ikun eligibbli għall-sussidju fuq is-salarju li huwa jagħti lill-
‘ex-inmate’
taħt l-
Employment Aid Programme
’
.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi li għandna mwaqqfa f'Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma s-setturi tax-xogħol li fil-fatt fihom hemm koperattivi mwaqqfa? Kemm hu n-numru ta' persuni li huma organzizzati b'dan il-mod fid-diversi koperattivi li għandna bħalissa f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fil-preżent hemm 57 koperattiva reġistrata mal-Bord tal-Koperattivi fil-gżejjer Maltin. Dawn il-koperattivi jinqasmu f'erba' kategoriji, jiġifieri, tal-Konsumatur, tas-Servizzi, tal-Ħaddiema u tal-Produzzjoni.
Sal-lum il-Moviment Koperattiv iħaddan fih 5618 membru.
Iktar tagħrif mitlub ser jitpoppa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm hawn kumpaniji parastatali u ex-parastatali li joffru skema ta' pensjonijiet vantaggjuza għall-ħaddiema tagħhom apparti l-pensjoni tal-Gvern? Liema huma dawn l-iskemi? Kemm hawn nies li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi skont kull parastatali jew ex-parastatali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal
-gamma scan
?
b) Kemm swiet kull gamma machine?
ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena?
d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura?
e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet:
a) fuq mediċini inpatients?
b) fuq mediċini outpatients?
ċ) salarji?
d) bonuses?
e) overtime?
f) ikel?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10602, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-Gvern jieħu lura l-bini li hemnm viċin tal-ispiżerija u li llum qed jintuża bħala każin tal-Partit Nazzjonalista ħalli minflok l-ispiżerija issir hemm u b'hekk dawk kollha li jagħmlu użu minnha u l-ħaddiema jkunu aħjar mis-sitwazzjoni ħażina preżenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid jagħmlu ħilithom kollha u jaħdmu b’dedikazzjoni biex joffru l-aħjar servizz possibbli lil kull min jagħmel użu mis-servizzi li toffri l-ispiżerija ta’ din il-lokalita.
Informat ukoll li l-post konċernat m’għandux spazju addattat biex iservi ta’
waiting area
komda għall-volum kbir ta’ nies li jinqdew minn din l-ispiżerija. Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja għamel diversi attentati sabiex jakkwista
area
fil-vicin mingħand terzi sabiex ikun jista’ jitkabbar il-post u n-nies tinqeda aħjar. Dawn it-tentattivi, li l-aħħar wieħed minnhom kien fil-bidu ta’din is-sena, ma rnexxewx. Sadanittant id-dipartiment għadu kif beda proċess sabiex jibda xogħol ta’ ristrutturar tal-post. Għaddeja wkoll konsultazzjoni interna sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx lok ta’ titjib tas-sistema.
L-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid m’hijiex milquta minn l-ebda azzjonijiet industrijali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-waiting lists għall-operazzjonijiet bejn Jannar u Settembru 2008 u Jannar u Settembru 2009 naqsitx, baqgħetx l-istess jew żdiedet? Jekk inbidlet minn kif kienet is-sena l-oħra, xkien il-fattur li biddel dan kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nies li qegħdin jistennew għal intervent kirurġiku fid-diversi oqsma klinici fl-Isptar Mater Dei ġew evalwati f’Ottubru 2008 kif ukoll fl-aħħar ta’ Ġunju/bidu ta’ Lulju 2009. Iżda qabel ma jħares lejn il-figura ta’ pazjenti fuq il-waiting lists, wieħed għandu jinnota dawn il-punti relevanti:
· Pazjenti qed jiġu kontinwament miżjuda fil-listi ta’ l-operazzjonijiet u dawk li saretilhom l-operazzjoni huma mneħħija minn fuq il-listi
.
· Pazjenti li il-kundizzjoni ta’saħħithom titbiddel tali li l-operazzjoni li qed jistennew ma tkunx tista’ ssirilhom, ġieli ma jinfurmawx l-isptar sabiex jitneħħew minn fuq il
-waiting list.
Fl-istess kategorija jkun hemm pazjenti li għamlu l-operazzjoni x’imkien ieħor jew li jmutu jew li jħallu l-pajjiż waqt li għadhom jidhru fuq il-lista.
· Pazjenti li jkollhom bżonn ta’ żewġ operazzjonijiet e.g.
bilateral cataracts
. Dawn il-pazjenti, allavolja operati, jibqgħu fuq il
-waiting list
għat-tieni operazzjoni.
· Id-disponabbilità ta’mezzi fl-
operating theatres
e.g.
prosthetics
, ħin disponnibli fl-
operating theatres
, etc. jeffetwaw il-
waiting lists
.
· Il-kapacità tal-isptar sabiex jitratta pazjent tiddependi fuq in-numru ta’ sodod, tobba, infermiera eċċ. għall-popolazzjoni li tkun qed taqdi.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra fejn qed jingħataw id-dettalji tal-
waiting lists
f’Ottubru 2008 u fl-aħħar ta’ Ġunju / bidu ta’ Lulju 2009. Peress li bħalissa għaddej eżercizzju sabiex il-
waiting lists
jiġu centralizzati, jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jiftaħ course ieħor matul is-sena skolastika 2009/2010 għal dawk l-istudenti li xtaqu jattendu courses relatati mal-qasam tas-saħħa u ma ntgħażlux minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12049 u 11822 u jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009?
Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet.
Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f'idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn dan għarrfu f'Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b'xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-prodott Forsteo li fiħ il-mediċinali Teriparatide m’huwiex fuq il-formularju tal-Gvern però jingħata mis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern lill-pazjenti li jinħtiġuħ fuq bażi individwali (named patient basis). Dawn il-pazjenti li huma intitolati għalih huma dawk li qed isofru minn osteoporożi severa ikkaġunata minn mediċinali ta’ jew marda kronika oħra li taqgħa taħt l-iskeda V, li fuqhom ġew ippruvati diversi mediċinali oħra fuq il-formularju u li ma kenux effettivi rigward l-osteoporożi u li kaġun ta’ dan qiegħdin ibgħatu jew qiegħdin f’riskju kbir ta’ ksur f’diversi għadam madwar ġisimhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?