Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30204 fl-intier tagħha u jgħid x’proporzjon minn multa ta’ €200 jmur għand il-kuntrattur tat-towing u xi proporzjon imur għall-proġetti li ġew approvati (90) madwar Malta u Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif provdut fir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 30204, id-dħul minn kwalunkwe ħlas ta’ multa (kemm kontravenzjonali kif ukoll amministrattiva) li jitħallas lill-Aġenzija, jintuża biex jiġi ffinanzjat l-operat tagħha, u kull surplus imbagħad jiġi investit fi proġetti għall-benefiċċju tal-lokalitajiet tagħna. L-Aġenzija ma tagħmilx distinzjoni mis-sors tad-dħul, iżda dan jitqies bħala dħul wieħed.
Fir-rigward tal-irmonk, l-Aġenzija tħallas lill-kuntrattur skont ir-rati stabbiliti fil-kuntratt konkluż wara sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li marru d-Domestic Violence (DV) Hub tal-Furjana fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn 1 ta Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien hemm seba’ mija u erbgħa u tmenin (784) persuna li marru d-Domestic Violence (DV) Hub il-Floriana. Bejn 1-1 ta’ Jannar u 7 ta’ Settembru 2025, kien hemm erbgħa mija u erbgħa u erbgħin (444) persuna li marru fl-istess hub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li marru d-Domestic Violence (DV) Hub ta’ Santa Luċija fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn 1 ta Jannar 2024 u l-aħħar ta’ Dicembru 2024 kien hemm disa’ mija u ħamsa u disgħin (995) persuni li marru d-Domestic Violence (DV) Hub ta’ Santa Luċija. Bejn 1 ta’ Jannar u 7 ta’ Settembru 2025, kien hemm ħames mija u sitt (506) persuna li marru fl-istess hub.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Bord ta’ Monitoraġġ — Rapport Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28859 u jgħid jekk isirx xi forma ta’ rapport annwali mill-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jagħmel rapport annwali u ser ikun qed jigi mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fiż-żmien li ġej.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14812 rigward l-organigramma li turi kif inhi mqassma l-istruttura tat-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proċess ġiex konkluż u approvat? Jekk iva, jista’ jqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tidher fit-tabella hawn taħt.
Position
Name
Chief Executive Officer
Christopher Siegersma
Chief Operations Officer
Col (retd) Etienne Scicluna
Head of Finance
Ayrton Mizzi
Head Security and Intelligence
Robert Edmondson
Head Care, Reintegration & Education
Mariella Camilleri
Deputy Head Administration
Silvio Farrugia
Deputy Head Payroll
Pierre Sciberras
Deputy Head Health & Safety
Saviour Baldacchino
Deputy Head Education & Training
Marie Claire Boffa
Deputy Head Projects
Dylan Grima
Deputy Head CoRRS
Gabriella Grima Micallef
Is-Swieqi - Kunsilli Lokali – Fondi li talloka l-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tas-Swieqi applikax għall-fondi li talloka l-LESA għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll jekk din l-applikazzjoni kinitx approvata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-LESA sal-lum offriet żewġ skemi lill-Kunsilli Lokali – kull skema b’investiment ta’ tliet miljun ewro. Dawn il-progetti kellhom isiru f'diversi oqsma li huma proġetti ta' sigurtà, ambjentali, ta’ riġenerazzjoni u ta’ trasport alternattiv, fost oħrajn.
Infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi applika skont kif ġej:
2021 - Ma applikax
2022 - Ma applikax
2023 - Applika sabiex jixtri vettura. Din l-applikazzjoni ġiet aċċettata u l-proġett sar.
2024 - Ma applikax
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali ġewx offruti fondi biex jinvestu f’miżuri ta’ sigurtà, inkluż cameras fil-lokalitajiet tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn il-kunsilli lokali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-LESA permezz ta’ investiment ta’ madwar sitt miljun ewro, tħaddem żewġ skemi li permezz tagħhom isiru proġetti għat-tgawdija tal-familji f’lokalitajiet differenti, b’uħud minn dawn il-proġetti jżidu s-sigurtà. Permezz ta’ dawn l-iskemi kull lokalità tistá tibbenifika sa massimu ta’ tmenin elf (80,000) ewro u kull skema tkopri perjodu ta’ tlett snin.
Kemm fl-ewwel skema (2021-2023), kif ukoll fit-tieni (2024-2026), kien hemm diversi Kunsilli li għażlu li jissottomettu proġetti marbuta ma’ sigurtà, per eżempju b’installazzjoni tal-kameras jew per eżempju b’riġenerazzjoni li twassal biex żona mwarrba tkun imdawla fost oħrajn. Il-proġetti għalhekk li jirrelataw mas-sigurtà huma s-segwenti:
Sena
Lokalitá
Proġett
2021
Bormla
Riġenerazzjoni ta’ Housing Estate Żona ta’ San Ġwann t' Għuxa, b'iktar dwal għall-sigurta'
2021
Il-Ħamrun
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
L-Imsida
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
Il-Mellieħa
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
Paola
Riġenerazzjoni ta’ Gnien Lorry Sant b'iktar dwal u sigurta'
2021
San Ġwann
Riġenazzjoni ta’ art mitluqa u abbandunata ghall-spazju miftuħ u sigur
2021
Is-Siġġiewi
Miljorament Ġenerali li jinkludi dwal, u pedestrian crossings, u aċċessibilta'
2021
Ħal Tarxien
Milojorament ta' Gnien Joanne b'iktar dwal u sigurta'
2021
Ix-Xgħajra
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
Marsaxlokk
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
Rabat (M)
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
L-Għarb
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Reġjun Punent
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Il-Belt Valletta
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Il-Mosta
Dawl fuq il-pont tal-Mosta u l-madwar għall-iktar sigurta'
2023
In-Naxxar
Installazzjoni ta’ tmienja u għoxrin fanal ornamentali għall-iktar sigurta'
2023
Pembroke
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Il-Furjana
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
L-Isla
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Ħal-Luqa
Dawl dekorattiv fit-toroq u sqaqien għall-iktar sigurta'
2024
Il-Mellieħa
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Il-Mosta
Dwal f’żewġ spazji pubbliċi fiż-żona ta' Santa Margerita għall-iktar sigurta'
2024
Il-Qrendi
Fanali tat-toroq fiż-żona urbana u turistika tal-Qrendi għall-iktar sigurta'
2024
Il-Belt Valletta
Fanali Ġodda f' żoni residenzjali fil-Belt għall-iktar sigurta
2024
Ħaż-Żabbar
Tisbiħ, Sigurtà, u Aċċessibilta tal-Lokal
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deportati persuni barranin għax kisru l-liġi jew ma kellhomx id-dritt li jkunu f’Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn l-2021 sal-31 t’Awwissu 2025, tneħħew 5,481 immigrant irregolari mill-pajjiż.
Minn dawn, 2,298 ġew deportati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom skont kif gej:
Year
Returns
Assisted Voluntary Return
Totals
2021
408
40
448
2022
303
45
348
2023
589
10
599
2024
452
35
487
Aug-25
398
18
416
TOTAL
2298
Dan filwaqt li 3,183 immigrant irregolari oħra ġew trasferiti lejn Membri Stati oħrajn hekk kif ġej:
Year
Returns
2021
122
2022
618
2023
778
2024
937
Aug-25
728
TOTAL
3183
Ir-raġunijiet ta’ tneħħija kienu jvarjaw minn persuni li ma kwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju.
Infurmat li in-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladexx; Indja; Pakistan; Kolombja; Albanija; Eġittu; Serbja; Mali; Gambja; Niġerja; Ċad; Senegal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi tneħħew mil-LESA kull xahar matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalità ġew imneħħija dawn il-vetturi, bl-informazzjoni separata maqsuma għal kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’isir mill-vetturi li jitneħħew mit-toroq/postijiet oħra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija LESA tirmonka vetturi li jkunu qed jostakolaw permessi tal-Kunsilli Lokali. Il-vetturi jiġu rilaxxati lis-sidien tagħhom u F’każ li dawn ma jinġabrux skont il-provvedimenti tal-liġi, l-aġenzija tiddisponi minnhom.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni li tkopri sal-ħmistax ta’ Awwissu, maqsuma għal kull lokalità.
Il-Qawra, is-Salina u San Pawl il-Baħar — Azzjoni dwar storbju minn boat parties
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29863 u jgħid jekk, matul is-sena 2025, il-Pulizija rċevietx rapporti ta’ storbju ġġenerat minn boat parties fil-bajjiet tal-Qawra/is-Salina u San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il każ kien hemm u f’liema xahar saru dawn ir-rapporti? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-risposta sat-22 t’Awwissu 2025 hija fin-negattiv.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji fuq kif intgħażel il-kuntrattur li jiżgombra l-karozzi bit-tow truck?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-kuntratturi responsabbli biex jiżgumbraw il-vetturi b’tow trucks, kemm fil-każ tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll ta’ LESA, jintgħażlu permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif jitqassmu l-flus miġbura minn ċitazzjonijiet ta’ żgumbrar ta’ karozzi bit-tow truck? Jista’ jgħid ukoll kemm minn multa ta’ €200 jmorru għand il-LESA u kemm jitħallas il-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kwalunkwe ammonti riċevuti mit-tahrikiet, wara li jinqatgħu l-ispejjeż għas-servizz u l-operat, qed jiġu investiti lura fis-soċjetà permezz ta' diversi proġetti. Fosthom mill-2021 ġew approvati iktar minn disgħin (90) proġett madwar Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti lid-Domestic Violence Unit (DVU) minn irġiel, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2025 u t-22 ta’ Awissu 2025, kien hemm tlett mija u tmien (308) persuna maskili li rreġistraw rapporti mad-Domestic Violence Unit (DVU).