Tista' l-Ministru tgħid x’inhuma l-għanijiet tal-Fondazzjoni Marigold?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħol li sar mill-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm irċeviet donazzjonijiet il-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023 u mingħand min?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm nefqet flus il-Fondazzjoni Marigold matul is-sena 2023 u fiex jikkonsistu dawn l-ispejjeż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kumissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kif stipulat fil-liġi li tipprovdi dan id-dritt lil kull ċittadin.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Tista' tindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm nfieq ta’ flus fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, tista’ l-Ministru tgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ma kienx hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa relatati mas-settur li jaqa’ taħti. Nikkonferma wkoll li bħalissa ma hemm l-ebda laqgħa prevista sal-aħħar ta’ Ġunju, li għandi informazzjoni dwarha.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħħa, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħħa matul Ottubru 2023?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Tista' tindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm nfieq ta’ flus fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid xi ħsibijiet hemm għall-postijiet ta' respite bħal Dar Narċiża?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-proġett Narċiż ma kienx li jagħti servizz ta’ respite. Narċiż kellu l-għan li jindirizza l-ħtieġa sabiex persuni bejn it-18 u d-59 sena li għandhom diżabilità u jkunu qed jirresedu f’SVP jew sptar, isegwu programm ta’ riabilitazzjoni fiżika u soċjali fejn jingħataw attenzjoni u sapport bl-għan li jerġgħu jiġu integrati fil-komunità.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex persuni b'diżabilità li tkun ser tiskadilhom il-blue badge tagħhom, jiġu notifikati biex jerġgħu japplikaw għall-blue badge qabel ma tiskadi u dan sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn persuni b'diżabilità, bi żvista, jispiċċaw bil-blue badge skaduta minħabba li ma jkunux applikaw għat-tiġdid tagħha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-Att 560 tal-2017, Artikolu 13, wieħed hu obbligat li japplika għal tiġdid tal-Blue Badge tliet xhur qabel id-data tal-iskadenza tad-dokument. Fil-fatt flimkien mal-Blue Badge tinħareġ notifika biex il-persuna tieħu ħsieb tapplika 3 xhur qabel tiskadi l-Blue Badge. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-paġna tal-Blue Badge fis-sit elettroniku ta’ Aġenzija Sapport li tħaddem dan is-servizz, fuq l-applikazzjoni (kemm għal dokument ġdid kif ukoll għal tiġdid) u fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija, u kull fejn tingħata promozzjoni dwar dan id-dokument u l-użu tiegħu. Fil-preżent għaddej proċess sabiex tiġi aġġornata s-sistema biex din tippermetti li d-detenur tal-Blue Badge jirċievi avviż b’mod elettroniku dwar l-iskadenza tad-dokument.
Blue Badge – Parkeġġi riżervati — Rapporti ta' abbuż
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17385 u 17386, dwar rapporti ta' abbuż minn parking bays għall-persuni b'diżabilità u abbuż minn blue badge fis-sena 2023, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn ir-rapporti sarux minn individwi jew inkella minn xi entità, dipartiment, awtorità oħra, eċċ? Jekk dawn saru minn xi entità, dipartiment, awtorità oħra eċċ., tista' l-Ministru tgħid minn min saru u kemm kien in-numru ta' rapporti f' kull każ?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-maġġoranza l-kbira tar-rapporti saru minn individwi. Il-kumplament huma maqsumin kif ġej:
Aġenzija Sapport
16
LESA
1
Kunsill Lokali Ħamrun
1
Pulizija
3
Total
21
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17386, dwar rapporti ta' abbuż minn blue badge fis-sena 2023, tista' l-Ministru tgħid xi rriżulta minn dawn ir-rapporti u x'azzjoni ttieħdet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-170 rapport riferut fil-mistoqsija parlamentari 17386, kien hemm 16-il rapport fejn ma ngħatatx biżżejjed informazzjoni biex is-CRPD tkun tista’ tinvestiga l-każ, żewġ rapporti marbuta ma’ każijiet fejn ma setgħatx tittieħed azzjoni dwarhom, 37 rapport li wara l-investigazzjoni ħareġ li ma kien l-ebda abbuż u 115-il rapport fejn mill-investigazzjoni ħareġ li kien hemm abbuż.
Minn dawn il-115-il każ, 8 każijiet ġew irrappurtati lill-entitajiet responsabbli, 3 każijiet fejn bdew jittieħdu proċeduri kriminali dwarhom fil-Qorti, 2 każijiet fejn is-servizz qed jiġi rivedut, 24 każ fejn is-servizz ġie revokat, 36 każ fejn ġiet ikkonfiskata Blue Badge ffalsifikata jew ikkupjata u 42 każ fejn l-Uffiċjali tal-Infurzar tas-CRPD widdbu lill-persuni individwali u tawhom informazzjoni utli sabiex jimxu mar-regolamenti tal-Blue Badge u l-ipparkeġġjar.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex jekk il-blue badge tinħareġ lil persuna b'diżabilità permanenti, il-blue badge tkun ukoll waħda permanenti, dan sakemm ma jkunx hemm xi raġuni għaliex il-persuna b'diżabilità ma tibqax tikkwalifika għal blue badge?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li applikant ikun persuna b’diżabilità permanenti, id-dokument tal-Blue Badge jinħareġ għall-perjodu massimu permissibbli bil-liġi (Att 560 tal-2017, Artikolu 13), jiġifieri għal perjodu ta’ 5 snin.
Persuna b’diżabilità li l-Aġenzija għandha informazzjoni li d-diżabilità tagħha hi permanenti, ikollha l-Blue Badge imġedda b’mod awtomatiku wara li tissottometti applikazzjoni għal tiġdid, filwaqt li persuni li l-Aġenzija ma jkollhiex din l-informazzjoni dwarhom, jiġu msejħa għal assessjar minn professjonisti mediċi.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14199 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pilot project report dwar terapija fl-awtiżmu provduta minn Hand-in-Hand li kien sar fl-2018?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-snin 2022, 2021, u 2020, għaliex il-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha, separatament għal kull sena? Tista’ tgħid ukoll kemm-il blue badge kien mistenni li tiġi rritornata minħabba li ġie deċiż li l-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha matul is-snin 2022, 2021 u 2020 separatament għal kull sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Marzu 2022 (meta s-servizz tal-Blue Badge għadda għand Aġenzija Sapport) u Diċembru 2022, kien hemm 114-il dokument li kien mistenni jiġi ritornat minħabba li l-persuna ma baqgħetx eliġibbli għal dan id-dokument legali. Minn dawn s’issa ġew ritornati 84.
Ninfurmaha wkoll, li minkejja li l-Pandemija COVID-19 ġabet magħha tfixkil sħiħ fl-operat tal-ħruġ u l-ġbir tal-Blue Badges, l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità sabiex ittaffi l-effetti negattivi fuq l-applikanti, ħarġet Blue Badge temporanja għal sena lill-applikanti kollha li kellhom appuntamenti mediċi u tħassru, minħabba konsegwenza li dawn l-appuntamenti twaqqfu fl-20 ta’ Marzu 2020. Kull min ibbenefika minn din il-miżura ngħatalu appuntament wara t-2 ta' Ottubru 2020 minflok dak li kellu jseħħ għall-perjodu meta l-appuntamenti kienu sospiżi.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Tista’ tgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tiegħi hemm bord wieħed l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu li jinkludi fih rappreżentanza ta’ erba’ Segretarji Permanenti kif jesiġi (kap.557) artiklu 4 “Persons within the Autism Spectrum (Empowerment) Act". Il-membri fil-kariga huma maħtura ex officiou dawn huma:
1. Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jew rappreżentant tagħha.
2. Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi jew rappreżentant tiegħu.
3. Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jew rappreżentant tiegħu.
4. Segretarju Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jew rappreżentant tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17228 dwar blue badges li kienu mistennija jiġu rritornati lura minħabba li l-persuna b'diżabilità ma tkunx għadha eleġibbli għaliha, tista' l-Ministru tinforma xi proċess qed jintuża biex dawk il-blue badges li ma ġewx irritornati lura, fil-fatt jiġu rritornati lura?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi d-detenturi ta' Blue Badge valida li ma jkunux għadhom eliġibbli għaliha jiġu nfurmati bil-posta sabiex jirritornaw il-Blue Badge li tkun għadha valida. F'każ li l-Blue Badge tkun skaduta, dan l-eżerċizzju ma jseħħx peress illi Blue Badge ġġib data ta' validità li ddekorriet, tiġi awtomatikament skaduta bl-operat ta' Artikolu 8 (3) tal-Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità (Kap 560). Għat-termini tal-istess artikolu, il-perjodu ta' validità ta' Blue Badge m'għandux jeċċedi ħames snin.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2024?