Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-multi mogħtija mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li ġew imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell, kemm kienet il-multa oriġinali u kemm ordnat li tkun il-Qorti tal-Appell?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika mitluba hija skont it-tabella t'hawn taħt:
Penalty as issued by FIAU
Penalty as confirmed by the Court
€17,500
€17,500
€42,500
€42,500
€139,500
€0
€3,711,300
€851,792
€30,000
€30,000
€8,000
€0
€10,999
€1,214
€6,080
€0
€6,000
€500
€6,600
€0
€40,500
€6,450
€110,277
€15,749
€156,202
€31,240
€18,750
€7,950
€327,500
€68,000
€58,238
€7,000
€9,000
€2,600
€12,000
€2,000
€10,500
€2,000
€30,000
€4,000
€26,707
€17,500
€20,000
€7,000
€6,600
€0
€500,017
€375,013
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali minn dak mogħti fil-mistoqsija parlamentari 18427 tat-XIII-il Leġiżlatura? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi benefiċċji jew perkaċċi oħra ma' din ir-remunerazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda tibdil fir-remunerazzjoni tal-Gvernatur tal- Bank Ċentrali minn dak mogħti fil-mistoqsija parlamentari 18427 tal- XIII-il Leġiżlatura.
Il-benefiċċji tal-użu ta’ karozza, mobile phone u assikurazzjoni huma wkoll l-istess bħal dawk li jingħataw lill-Gvernaturi ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jieħu xi passi dwar il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali wara s-sentenza tal-kawża ‘Adrian Delia vs Prim Ministru et al’, li fiha ġie ddikjarat li l-kuntratt li sar mal-Vitals u ma' Steward meta dan il-Gvernatur kien Ministru għall-Finanzi huwa wieħed frawdolenti u ddikjarat null?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għax-xhieda relevanti minn individwi li okkupaw irwoli fil-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll nitlob l-Onor. Interpellant jinforma ruħu fuq l-indipendenza u l-awtonomija li joperaw fihom istituzzjonijiet simili.
Ministeru għal Għawdex – tender għas-servizz ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ reċentement għas-servizz ta' sigurtà mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid għaliex reġa’ ħareġ mill-ġdid? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat dan il-kuntratt u għal kemm-il sena hu dan it-tender u jelenka s-servizzi kollha li se jkunu qed jingħataw u fejn se jingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm-il entità liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) tat surrender volontarja tal-liċenzja tagħha, għal kull sena mill-2013 sal-2022? Jista’ jqassam dawn l-entitajiet skont it-tip ta’ entità (jekk hijiex trust/fiduciary; SICAV; crypto jew tali exchange; jew oħrajn)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tintalab għas-snin 2013-2021 hija disponibbli għall-pubbliku fuq ir-rapporti annwali tal-MFSA li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-MFSA.
Id-dejta għas-sena 2022 (li għaliha bħalissa għad m'hemm l-ebda rapport annwali disponibbli) tista' tinstab hawn taħt:
Sector
2022
2022
surrenders
new licences
Credit Institutions
1
0
Financial Institutions
3
2
Insurance
Undertakings
2
1
Intermediaries *
2
12
Pensions
2
0
Securities
Schemes (SICAV) **
19
7
Investment Firms
7
4
Recognised Fund Administrators
1
0
Fund Managers
2
2
Recognised Incorporated Cell Company
1
0
Notified Alternative Investment Funds
4
8 (Subject to a notification not licensing)
Company Service Providers
23
105
Trustees and Fiduciaries
13
0
VFA Framework
Service Providers
3
1
Agents
3
0
Ninfurmah ukoll li kien hemm xi tibdil f’xi liġijiet u nbidlet ukoll ċertu nomenklatura fejn ghandu x’jaqsam tip ta' liċenzji.
*Id-dejta ma tinkludix l-‘enrolment’ ta’ Tied Insurance Intermediaries ġodda.
**It-total tas-SICAV ma jinkludix Sub Funds li m'għandhomx personalità ġuridika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern tax garanzija għas-self li l-Bank of Valletta ta lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’tip ta’ garanzija ta? Jista’ jqiegħed id-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fl-24 ta’ Frar 2023 dwar dan il-każ, kif ukoll għax-xhieda tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi ta’ dak iż-żmien li tinsab fl-istess sentenza.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab fuq ir-reġistru biex taħdem taħt l-iskeda/Fondazzjoni Lino Spiteri, se tingħata xogħol, u dan fid-dawl li hi trid taħdem iżda ħadd ma bagħat għaliha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri toffri servizz minnufih lil kull persuna li tinsab fuq ir-reġistru.
Dan wara li jiġi evalwat kull każ speċifiku sabiex tittieħed azzjoni li tindirizza l-bżonnijiet, il-ħiliet u l-aspirazzjonijiet tal-persuna, bil-għan li kull persuna ssib impjieg addattat u li jkun sostenibbli.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiz, izda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inzid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb (xahar u sena) biex terġa’ toħroġ is-sejħa 'FOR THE HIRE OF ONE ROPAX VESSEL UNDER A TIME CHARTER AGREEMENT' (BIMCO ROPAXTIME)' biex jinkera r-raba’ vapur għall-Gozo Channel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4490, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2022.
Persuni b'diżabilit
à li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2022
Età
Irġiel
Nisa
Total
Taħt 25
21
9
30
25-39
43
12
55
40-54
62
18
80
55+
49
14
63
Total
175
53
228
L-aħħar cifri tal-qgħad ippubblikati huma ta’ Diċembru 2022.
Air Malta – Early Retirement Scheme u Voluntary Redundancy Scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem tal-Air Malta ngħata s-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme? Jista’ jgħid minn liema gradi u kemm ingħataw, grad grad?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 351 ħaddiem li ngħataw is-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme kif ġej;
Industrials 137
Office Administration and Management204
Engineers10
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6597, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu, u jippubblika l-kuntratt tas-sussidjarja tal-Air Malta għat-trasferiment tas-Selmun Palace mingħand is-sussidjarja tal-Air Malta għal għand il-Gvern fl-24 ta' Marzu 2016?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Selmun Palace Hotel Co. Ltd. għaddiet għand il-Gvern b’akkwist ta’ ishma li kellha l-Air Malta plc. u KM Holdings Ltd. f’din il-kumpanija.
It-Transferiment sar fl-24 ta’ Marzu 2016 u ġie reġistrat fir-Reġistru tal-Kumpaniji kif dovut mil-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi tal-barklora li daħlet fis-seħħ fl-1933 għadhiex fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm inġabru f’dan il-fond matul l-aħħar għaxar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nikkonferma lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori, Kap. 73 tal-Liġijiet ta’ Malta, għadu fis-seħħ.
F’dawn l-aħħar għaxar snin ma tħallsu jew inġabru l-ebda ħlasijiet f’dan il fond mid-Dwana, u mill-aġenti tal-vapuri.
Infurmat ukoll illi d-Dwana kkonfermat li fl-aħħar 16-il sena, il-vapuri fil-port dejjem użaw il-passarella għall-iżbark tal-passiġġieri.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6735 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6290, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru tal-Executive Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u jagħti range tal-pakketti finanzjarji? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull membru speċifiku u min hu dak il-membru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità taħdem bi struttura ta’ gradi fejn kull rwol fl-awtorità jaqa’ taħt grad speċifiku. Il-grad tal-eżekuttiv, barra dak taċ-Chief Executive Officer, huwa grad Nru 2 u l-pakkett finanzjarju rispettiv huwa kif indikat hawn taħt.
Chief Officer
Grad
Bracket tal-Pakkett Finanzjarju
Chief Executive Officer
Grade 1
Post Vakanti
General Legal Counsel
Grade 2
€91,000 - €109,000
Chief Officer Enforcement
Grade 2
€91,000 - €109,000
Chief Officer Supervision
Grade 2
€91,000 - €109,000
Chief Operations Officer
Grade 2
€91,000 - €109,000
Chief Strategy Policy and Innovation
Grade 2
€91,000 - €109,000
Il-membri, bħall-impjegati kollha tal-MFSA, huma wkoll intitolati għall-Performance Bonus skont il-performance tagħhom matul is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji nħadem il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA (Cost of Living Allowance)? Jista' jagħti d-dettalji tal-kalkoli rispettivi li saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Community Work Scheme — ħaddiema assenjati f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt l-Iskema tal-Community Work Scheme assenjati ma’ kull wieħed mill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Jista’ jgħid x’qed jagħmel kull wieħed minn dawn il-ħaddiema ma’ kull Kunsill u kemm ilu assenjat ma’ dan il-Kunsill kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom s’issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-iskema tas-CWSEF hemm 108 ħaddiema assenjati fost it-13-il Kunsill Lokali f’Għawdex.
Hija responsabilità tal-kuntrattur li jiddeċiedi dwar it-taħriġ li kull parteċipant għandu bżonn. Jobsplus tkun infurmata minn xahar qabel dwar liema parteċipanti għandhom jattendu liema taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.