Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dejn Nazzjonali - Sostenibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika proġezzjonijiet aġġornati dwar is-sostenibbiltà tad-dejn li juru l-proporzjon tad-dejn pubbliku ta’ Malta lil hinn mill-2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ħa tingħata fid-diskors tal-Baġit.

Air Malta - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779, 28972, 29121 u 31083 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b’xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment hemm 19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €82,448.59.

Defiċit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux fit-triq it-tajba biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit fiskali għall-2025, u x’miżuri korrettivi qed jiġu kkunsidrati jekk din ma tintlaħaqx?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ħa tingħata fid-diskors tal-Baġit.

MTCA – Rinnovazzjonijiet tal-uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-ispejjeż li ntefqu fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-uffiċċji tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA) fil-Furjana matul l-aħħar 4 snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Opinjoni Finali tal-Ombudsman - Ħlas ta’ taxxa

Question

Fid-dawl tal-Opinjoni Finali tal-Ombudsman imressqa f’Novembru 2023 – li ġiet formalment riferuta lill-Ispeaker skont l-artikolu 22(4) tal-Att dwar l-Ombudsman u li ġiet imqiegħda quddiem din il-Kamra – u fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman li “a notary failed to transfer stamp duty and capital transfer taxes due on property deeds, despite having received payments from clients”, peress li l-vittmi ġew mitluba jħallsu t-taxxa darbtejn, u peress li din ġabet protesti mill-pubbliku, jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Gvern sa issa naqas milli jaġixxi fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll il-Gvern meta biħsiebu jimplimenta miżuri konkreti, inklużi dawk proposti mill-Kunsill Nutarili u mill-Ombudsman, sabiex jingħata rimedju immedjat u jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawk il-bona fide taxpayers?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru diskussjonijiet inter-ministerjali f’dan ir-rigward bil-għan li jiġu proposti miżuri biex jitnaqqas l-abbuż u jiġu salvagwardjati drittijiet ta’ terzi.

Kumpaniji - Servizzi finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji liċenzjati li joffru servizzi finanzjarji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Settembru 2025, kien hemm total ta’ 2,497 kumpaniji liċenzjati li joffru servizzi finanzjarji f’Malta.

Dħul ta’ iktar minn €120,000 - Individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2024 kien hemm 5,308 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Dħul ta’ iktar minn €100,000 - Individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2024 kien hemm 2,900 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Dħul ta’ iktar minn €80,000 - Individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2024 kien hemm 5,584 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Dħul ta’ iktar minn €60,000 - Individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €60,000 matul is-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2024 kien hemm 14,399 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000)

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kwalunkwe miżura li tittieħed, titħabbar fid-diskors tal-budget.

Bonds pubbliċi u privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bonds pubbliċi u bonds privati, separatament, li għalihom il-Gvern huwa garanti? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-total sħiħ ta’ garanzija għall-bonds pubbliċi u bonds privati, separatament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-valur totali ta’ bonds pubbliċi fl-aħħar ta’ Awwissu 2025 kien ta’ €10,122,303,400, kompost minn €9,833,024,800 Stock tal-Gvern ta’ Malta u €289,278,600 62 + Savings bonds tal-Gvern ta’ Malta. Dwar il-garanzija fuq dawn l-istocks, skond klawsola 20.1 tal-Prospett Ġenerali li jirregola l-ħruġ ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta fis-suq domestiku, il-ħlasijiet ta’ kapital u mgħax fuq l-istocks tal-Gvern ta’ Malta għandhom ikunu għal kariku tad-dħul u l-attiv tal-Gvern, u għandhom jitħallsu mill-Fond Konsolidat u fondi pubbliċi oħra tal-Gvern ta’ Malta. Rigward bonds privati, jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal bonds maħruġin minn kumpaniji reġistrati f’Malta, u li huma mniżżla fil-lista uffiċjali tal-Malta Stock Exchange, m’hemm ebda bonds li l-Gvern ta’Malta hu garanti għalihom.