Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu internament fl-MCAST sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet li wasslu għall-każ ta’ frodi li spiċċa fil-Qorti aktar kmieni din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal barranin, kemm mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi, fl-iskola primarja tal-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kulleġġ
Maltese
EU
Non-EU
Total
Maria Regina College Mosta Primary A
387
47
80
514
Maria Regina College Mosta Primary B
243
19
50
312
Total
629
66
130
826
Kulleġġ San Benedettu - L-Iskola ta’ Ħal Kirkop - Għalliema tal-Chemistry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola ta’ Ħal Kirkop fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, hemmx nuqqas ta’ għalliema tal-Chemistry? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jintbagħat għalliem jew għalliema għal din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemmx għalliema neqsin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sigurtà mal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jindika x’tip ta’ sigurtà hemm? Jekk le, hemm xi pjanijiet f’dan ir-rigward?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull skola tal-Istat hemm provediment ta’ Uffiċjal tas-Sigurtà mal-bieb tal-iskola kemm primarja kif ukoll sekondarja.
Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-MCAST, bl-assistenza tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, għaddejjin minn Negotiated Procedure sabiex l-isptar jiftaħ u jibda joffri s-servizzi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux ser jerġa’ jiftaħ il-kors ta’ veterinarju offrut mill-MCAST? Jekk fl-affermattiv, kemm applikaw studenti u kemm minnhom ser jibdew dan il-kors?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-kors imsemmi se jerġa’ jiftaħ u s’issa applikaw 25 student.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi full-time tal-MCAST fi ħlasijiet għall-overtime, għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat non-akkademiku fl-MCAST jagħti lectures fuq bażi part-time wara l-ħin tal-impjieg full-time tagħhom fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi li jagħtu lectures part-time għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fis-snin imsemmija b’kollox kien hemm 59 impjegat li taw il-lectures fuq bażi part-time wara l-ħin tal-impjieg full-time tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ overtime saret minn staff akkademiku fl-MCAST u kemm kienet l-ispiża finanzjarja għal dawn is-sigħat, għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-istaff akkademiku tal-MCAST ma jaqax taħt gradi li jitħallsu bir-rati tal-overtime.