Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew appuntati inclusive co-ordinators f'kull Kulleġġ? X'inhi l-funzjoni ta' dawn il-co-ordinators? F'liema skejjel qegħdin stazzjonati dawn il-co-ordinators, co-ordinator b'co-ordinator? Tista' tgħid meta s-servizz tal-inclusive co-ordinators ser jiġi estiż għall-iskejjel sekondarji? Hemm xi ħsieb li servizz bħal dan jiġi estiż fl-iskejjel Privati u tal-Knisja? Hemm xi ħsieb li l-inclusive co-ordinators jipprovdu pariri lill-ġenituri ta' studenti bi bżonnijiet speċjali fuq aspetti ta' inclusivity?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4717 dwar sensittività tat-tagħrif mitlub, jista' tagħrif jingħata b'mod ġenerali bħala konklużjonijiet ewlenin tal-audits li saru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala konklużjonijiet ġenerali mill-External Audits tal-iskejjel jirriżulta dan li ġej:
· Skejjel indaf u bla periklu għat-tfal, imma sibna wkoll li f’xi partijiet tal-iskejjel hemm postijiet li jistgħu jittranġaw, eż.
playing area
għat-tfal mingħajr
soft tiling
.
· Tfal ġeneralment kuntenti, u ħafna drabi l-iskola tgawdi reputazzjoni tajba fil-komunità.
· Il-kapijiet tal-iskejjel għandhom għal qalbhom il-progress tal-iskola u mal-istaff joħolqu
development plans
ta’ tliet snin biex l-iskola timxi aktar ‘il quddiem. Xi nuqqasijiet sibna wkoll bħal: ma kienx hemm kunsill ta’ l-istudenti, jew il-kunsill ta’ l-iskola ma jiltagħqax b’mod formali. F’xi każijiet sibna wkoll li kien hemm xi disgwid bejn il-kapijiet u l-kumplament ta’ l-istaff.
· Ġeneralment sibna għalliema ppreparati sew biex jgħallmu, imma sibna li fil-primarja l-għalliema jagħtu ħafna aktar importanza lis-suġġetti eżaminabbli, b’detriment għal suġġetti oħra. Sibna wkoll li fil-primarji l-
computers
ma jintużawx daqs kemm imisshom bħala għodda għat-tagħlim.
· Sibna għalliema li jgħallmu tagħlim differenzjat u oħrajn li huma ħafna aktar tradizzjonali. Sibna li f’xi skejjel il-mod kif l-għalliema jżommu
records
ta’ assessjar ta’ l-istudenti ma kienx sodisfaċenti biżżejjed. B’mod ġenerali l-iskejjel jieħdu ħsieb l-iżvilupp totali tat-tfal u jorganizzaw attivitajiet f’ħafna oqsma differenti.
· Riżorsi fiżiċi f’iskejjel sibna ħafna imma l-għalliema mhux dejjem jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
· Sibna skejjel fejn l-għalliema jħossu li għandhom il-koperazzjoni tal-ġenituri waqt li oħrajn ilmentaw minn nuqqas ta’ interess tal-ġenituri.
· Sibna xi skejjel fejn hemm problema ta’ assenteiżmu kif wkoll nuqqas t’dixxiplina fost l-istudenti.
· Is-sistema ta’ kif jinżammu l-
files
u finanzi ta’ l-iskola kienet skont id-direttivi stabbiliti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti kienu daħlu f'kull grupp ta' studenti li sejrin jiggradwaw din is-sena, fakultà fakultà? Dawk l-istudenti li waqfu milli jkomplu dawn il-korsijiet, f'liema sena kienu waqfu milli jkomplu l-kors tagħhom? Kemm kien hemm resits f'kull fakultà matul kull kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kwalifiki li student għandu bżonn biex jidħol għall-kors tal-mediċina? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-kwalifiki jinbidlu fil-futur qarib?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kwalifiki meħtieġa biex student jidħol fil-kors tal-Mediċina jidhru fil-prospectus tal-Università. Dawn huma li ġejjin:
Iċ-ċertifikat tal-matrikola mill-inqas bi grad C u jekk mhux diġà inklużi f’dan iċ-ċertifikat, l-Ingliż, il-Malti u l-Matematika mill-inqas bi grad 5 fil-livell tas-SEC. Barra dan hemm ukoll bżonn dawn is-suġġetti:
Bijoloġija u Kimika bi grad B jew aħjar fil-livell avvanzat tal-MATSEC u suġġett mil-lista li ġejja bi grad B jew aħjar fil-livell intermedjarju tal-MATSEC:
Accounting
,
Applied Mathematics (Mechanics)
, Għarbi,
Computing
, Ekonomija,
Engineering Drawing and Graphical Communication
, Ingliż, Franciż, Ġeografija, Ġermaniż, Grieg, l-Istorja,
Information Technology
, Taljan, Latin, Malti, Filosofija, Fiżika,
Pure Mathematics
, Reliġjon, Russu, Soċjoloġija u Spanjol.
L-istudenti jridu jgħaddu minn dawn it-tliet suġġetti kollha flimkien f’sessjoni tal-eżamijiet waħda u għandhom ikunu minn Bordijiet tal-Eżamijiet minn pajjiż wieħed.
Peress li dawn il-kwalifiki jidhru li qed jipprepraw tajjeb lill-istudenti għall-Kors tal-Mediċina, ma hemmx ħsieb li jinbidlu fil-futur qrib, għalkemm mhux eskluż li ssir diskussjoni fil-fond dwar il-kwalifiki meħtieġa biex studenti jidħlu għal dan il-kors.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow Schools f’Malta u Għawdex separatament kull sena minn Jannar 2008 sal-lum? Fuqiex kienet kull nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — Institute of Business and Commerce - retake ta' eżami
Question
Nagħmel referenza għal ċirkolari maħruġa fis-26 ta' Awwissu mill-Institute of Business and Commerce tal-MCAST fejn dawk li kienu weħlu minn Unit 30 - CBE (retake) intalbu jħallsu €50 biex jerġgħu jagħmlu l-eżami fil-11 ta' Settembru? Għaliex dawn l-istudenti ma ngħatawx irċevuti għall-flus li ħallsu? Tista' l-Ministru tgħid ukoll għaliex dawk li weħħlu mir-retake se jerġgħu joqogħdu għall-eżami ieħor fit-23 ta' Settembru? Għaliex ingħataw żewġ opportunitajiet u mhux wieħed kif isir is-soltu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Unit 30 tal-eżami li weħlu minnu l-istudenti kien l-eżami li sar fit-8 ta’ Ġunju 2009. Kif isir is-soltu l-istudenti kellhom l-opportunità li jerġgħu joqogħdu għall-eżami f’Settembru. L-Association of Accounting Technicians (AAT) ma tindikax l-ammont ta’ drabi li l-istudent jista’ joqgħod għall-eżami, allura kien possibli għal dawk l-istudenti li weħlu fl-eżami biex jerġgħu jagħtuh.
L-AAT ma tagħtix riċevuti. Madankollu l-istudenti jindunaw li ħallsu meta jaraw li d-
docket
tkun attivata fuq il-kompjuter. Dan ikun prova li l-AAT irċeviet il-ħlas tal-eżami. Prova oħra li jkun sar il-ħlas tkun meta l-AAT toħroġ ir-riżultati tal-eżami ta’ dawk l-istudenti li kienu ħallsu
on-line
.
Tista' l-Ministru fiex waslu l-pjani tal-Gvern biex tinbena l-estensjoni u jiġi mmodernizzat l-MCAST? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett għall-bini ta’ campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-proċess li tingħalaq l-applikazzjoni għall-Outline Development Permit mill-MEPA.
Id-data ta’ meta hu maħsub li jibda x-xogħol għadha mhix magħrufa u tiddependi fuq ħruġ ta’ permessi mill-MEPA għall-
Full Development Permit
li għad irid isir wara l-approvazzjoni tal-
Outline Development Permit
.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' subject co-ordinators fl-iskejjel tal-Istat suġġett b'suġġett? Kemm suppost ikun il-full compliment f'kull suġġett? X'inhu r-rwol u l-funzjoni ta' dawn is-subject co-ordinators fl-iskejjel fid-dawl tal-aħħar ftehim mal-Malta Union of Teachers? Kemm minn dawn is-subject co-ordinators huma nisa u kemm minnhom huma irġiel? Meta kien appuntat/a kull subject co-ordinator? F'liema skejjel qegħdin iservu dawn il-co-ordinators?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' sgass fl-iskejjel matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u skola bi skola? Kemm minn dawn ġew rapportati lil pulizija? Kemm minn dawn l-iskejjel kellhom il-preżenza ta' watchman? Fl-iskejjel li sar l-isgass x'mezzi ta' sigurtà kien hemm minbarra serraturi, skola bi skola? Hemm xi ħsieb li jibdew isiru rondi minn aġenziji tas-sigurtà mal-istabillimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sew matul il-jum kif ukoll matul il-lejl?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
replacement ta' affarijiet li jiġu misruqa minn skejjel tal-Istat
Question
Meta tqis li ħafna mill-iskejjel li jsirilhom xi sgass u jinsterqulhom affarijiet, ħafna drabi jibgħu mingħajr replacement ta' dak li jkun itteħdilhom, jidhrilha l-Ministru li wasal iż-żmien li jiġu bbaġittjati fondi għal skopijiet ta' insurance għal kull skola sew fuq il-bini kif ukoll fuq il-contents? Tista' tgħid jekk qattx ġiet ikkonsidrata din l-alternattiva? Jekk iva, tista' tgħid x'kienu l-outcomes ta' dawn il-konsiderazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hix il-policy tal-Gvern li jinxurja l-propjeta’ tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema kulleġġi u f'liema skejjel jintuża l-interactive whiteboard skola bi skola? Kemm ġew jiswew lil kull kulleġġ dawn l-interactive whiteboards? X'qed iżomm milli teaching/learning resource daqshekk importanti ma jiġix provdut lil kull klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm facilitators f'kull kulleġġ, skola bi skola u klassi bi klassi? Kemm intalbu facilitators minn kull kulleġġ tul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u kemm fil-fatt ġew provduti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel ta' l-istat — items konsidrati unserviceable ingassati minn fuq l-inventarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ġie ingassat minn fuq l-inventarju ta' kull skola tal-Istat bħala obsolete jew unserviceable matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena skola bi skola? Kemm minn dawk l-items konsidrati unserviceable ġew sostitwiti b'oħrajn ġodda? X'kienu l-items kunsidrati unserviceable li ġew ingassati mill-inventarju tal-iskola, sena b'sena skola bi skola? X'kien il-valur oriġinali ta' dawk l-items konsidrati unserviceable u kemm ġie jiswa kull item li inxtara minflok dawk unserviceable sena b'sena u skola bi skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema ministeru huwa responsabbli mill-istazzjon televiżiv Education 22? Tista' tagħti rendikont ta' kemm-il darba l-Prim Ministru, ministri u segretarji parlamentri għamlu programmi jew dehru fuq programmi u taw intervisti matul Settembru 2008 u Awwissu 2009? Tista' tgħid kemm-il darba ġew intervistati biex jagħtu l-veduti tagħhom kelliema tal-Oppożizzjoni wara li jkunu taw il-veduti tagħhom il-kelliema tal-Gvern fuq l-istess stazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Education 22 jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli interpellant kien hemm intervisti/kummenti mingħand Ministri jew Segretarji Parlamentari 10 darbiet. Kien hemm intervista waħda ma’ kelliemi ta’ l-Oppożizzjoni.
Dawn kienu intervisti/kummenti li fihom il-Ministri kienu jagħtu aktar tagħrif fattwali dwar inizjattivi li kienu qed jittieħdu mill-Ministeri rispettivi tagħhom b’risq il-pubbliku. L-intervisti/kummenti ma kienux dwar materji ta’ kontroversja pubblika.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux pjanijiet biex jinbidel l-iscore board fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, peress li dak eżistenti mhux tant viżibbli sew għall-isportivi kif ukoll għall-ispettaturi li jkunu ħallsu biex jaraw logħba waterpolo?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent m’hemmx pjan biex jinbidel l-iscore board fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-ingaġġ ta' numru ta' studenti għall-BSc Nursing fl-Università, ġietx meqjusa wkoll il-ħtieġa akuta fid-djar, residenzi u sptarijiet għall-anzjani kif ukoll l-opportunitajiet ta' taħriġ li joħolqu dawn l-istrutturi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Studenti fil-kors tan-nursing jagħmlu placements kliniċi f’ambjenti diversi relatati mal-kura tal-anzjani. Dawn jinkludu r-Residenza San Vinċenz de Paule, l-Isptar Zammit Clapp, l-Isptar Karen Grech u d-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa. Bħalissa m’hemmx nuqqas ta’ placements ta’ taħriġ għal studenti fil-kors tan-nursing marbuta mal-kura tal-anzjani, u konsegwentement dan ma rriżultax f’restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ studenti li jistgħu jiġu aċċettati fil-korsijiet tan-nursing fi ħdan l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
San Pawl il-Baħar — skola primarja - maintenance u xogħlijiet oħra
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar sarx xi xogħol ta' maintenance, jew xogħol ieħor, matul l-aħħar xhur? Hawn xi rapporti li jindikaw li hemm bżonn ta' iktar tiswija li trid isir f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar xhur fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar sar xogħol ta’ tibjid fil-klassijiet, fil-kurituri u fit-tromba; sar bieb tal-ħadid, saret tiswija ta’ mitt siġġu u mitt mejda, saret ukoll tiswija tal-membrane u tas-sewer, ġew installati 22 emergency light, 18-il fan, 9 energy saving units, railing fuq ċint baxx u hand-rail mal-poġġaman tat-taraġ, gandott twil ġie mgħotti bil-gradi tal-ħadid, saret estensjoni ta’ network tal-Internet fis-sezzjoni tal-Kindergarten, u xi xogħolijiet oħra minuri.
Ix-xogħol li fadal isir ġie mgħoddi lis-Sezzjoni għas-Servizzi Tekniċi u ma jdumx ma jkun proċessat.