Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' dawl, ilma u/jew drenaġġ, hemm ippjanati għal Triq Pantar, il-Mosta, u meta u kif inhu ppjanat li jsir dan ix-xogħol fl-istadji u l-fażijiet differenti kollha tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrafstructure Malta bħala parti mill-bini mill-ġdid tat-triq indikata, se jinkludu tqegħid ta’ cables ġodda biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żoni tal-madwar kif ukoll konnessjonijiet ġodda għad-distribuzzjoni tal-ilma. Ix-xogħlijiet kollha qed jiġu kkordinati mill-istess aġenzija.
Tista’ l-Ministru permezz tal-Enemalta tara li jitranġaw linji tad-dawl li nqalgħu minn posthom u jinstabu mdendlin mal-faċċati tad-djar fi Triq il-Pepprin il-Fgura u li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret irriżulta li l-linji li qed issir referenza għalihom m’humiex tal-Enemalta.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tinstab soluzzjoni rigward is-sistema tad-drenaġġ fl-impjant tax-Xgħajra hekk kif preżentament qed jinstab id-drenaġġ fil-baħar viċin dan l-impjant?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-iżbroff ta’ drenaġġ li qed isir aċċenn għalih irriżulta minn proċedura ta’ manutenzjoni li kienet ippjanata fuq l-impjant Ta’ Barkat. Interventi bħal dawn iseħħu wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) tkun innotifikat bil-quddiem lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), hekk kif irregolat fil-permess ambjentali maħruġ mill-istess aġenzija. Manutenzjoni fuq din l-iskala tkun meħtieġa okkażjonalment sabiex tassigura li l-impjant jopera bl-aktar mod effiċjenti mingħajr interruzzjonijiet mhux ippjanati.
Tista’ l-Ministru tipprovdi informazzjoni dwar liema dipartimenti jirrapportaw lil kull direttur fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u tispeċifika n-numru ta’ persunal fi ħdan kull wieħed minn dawn id-dipartimenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16322, tista' l-Ministru tgħid jekk inġabritx l-informazzjoni neċessarja mill-entitajiet varji sabiex tkun ippublikata l-policy dwar light pollution li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika fl-2020 u wara erba' snin għadha ma ġietx ippubblikata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17355 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17138, tista' l-Ministru tagħti break down tal-infiq tal-Enemed fuq marketing u reklamar sena b'sena bejn l-2015 u l-2023, u f'kull każ tindika min tħallas, kemm tħallas, ta' xiex, u jekk dan kienx b'direct order, talba għal kwotazzjonijiet, tender, contract for service jew xort’oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ir-reklamar tal-prodotti u servizzi ta’ Enemed fis-suq lokali huwa parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija, bħalma tagħmel kull azjenda kbira oħra biex issostni l-kompetittività, l-operat u l-investiment li tagħmel fl-infrastruttura tagħha. Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, inżid li parti minn dan ir-reklamar jew marketing sar bħala sostenn lil organizzazzjonijiet diversi bħala appoġġ għall-ħidma tagħhom u għal avvenimenti jew inizjattivi oħra li saru minnhom. Din l-għajnuna ngħatat b’mod partikolari lil numru ta’ entitajiet sportivi, kif ukoll programmi televiżivi, websites jew inkella rivisti li jippromwovu l-qasam sportiv, kif ukoll lil NGOs li jaħdmu f’setturi varji, organizzazzjonijiet reliġjużi, istituzzjonijiet edukattivi u anke korpi kostitwiti. Enemed tieħu dawn l-inizjattivi bħala parti mill-impenn tagħha lejn il-komunità, bħalma jagħmlu kumpaniji oħra.
L-ammonti mogħtija jinkludu wkoll għajnuniet li ngħataw fost oħrajn lill-pompi tal-pertrol madwar il-pajjiż biex immodernizzaw id-dehra tagħhom. L-ammonti mogħtija lill-aġenziji tar-reklamar jinkludu wkoll il-ħlasijiet tar-reklamar lill-mezzi tal-midja u ta’ pubbliċità differenti, bħalma huma programmi u stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, gazzetti u midja soċjali.
Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-faċilitajiet kollha tal-WasteServ Malta Ltd, inklużi n-numri tal-permessi rispettivi tagħhom, u d-dati ta’ skadenza ta’ dawn il-permessi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba, ninforma lill-Onor Interpellant li il-faċilitajiet tal-WasteServ huma koperti minn permessi operattivi maħruġin mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
WasteServ Malta Ltd — Faċilitajiet - Multi u ordnijiet
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi għal kull faċilità tal-Wasteserv Malta Ltd, dettalji dwar kwalunkwe multi u ordnijiet maħruġa lill-faċilitajiet, ir-referenza tagħhom, id-dati li fihom inħarġu, ir-raġunijiet, l-ammonti ta’ kwalunkwe multa, jekk dawn il-multi tħallsux, u jekk l-ordnijiet inagħlqux?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-aħħar tliet snin (2021, 2022 u 2023) ma nħarġu l-ebda multi u ordnijiet lill-faċilitajiet tal-Wasteserv. Il-faċilitajiet huma koperti minn permessi operattivi maħruġin mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il avviż ta’ infurzar ħarġet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-2023, u tgħid kemm minn dawn il-każi għadhom attivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-2023, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 650 multa aministrattiva u solviet numru ta’ każijiet oħra mingħajr il-ħtieġa li tinħareġ Ordni ta’ Waqfien u Konformità, filwaqt li nħarġu ħames avviżi ta’ Waqfien u Konformità li għadhom attivi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il avviż ta’ infurzar ħarġet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-2022, u tgħid kemm minn dawn il-każi għadhom attivi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm mill-multi amministrattivi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari qabżu l-€25,000, u f’kull każ tgħid x’kienet ir-referenza tagħhom, fuq min inħarġu, l-ammont tal-multa, in-natura tal-ksur tar-regoli ambjentali li ġġustifikaw tali penali, u jekk dawn il-multi tħallsux?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15431, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-appelli li saru quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva minn deċizjonijiet meħuda mir-REWS u tgħid x’inhu l-istatus attwali ta’ kull każ, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15715, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm Wied iż-Żurrieq huwa l-unika lokalità f’Malta u Għawdex li għadha bla servizz tad-drenaġġ, il-Gvern qed jibqa’ jippersisti li jiddiskrimina mad-diversi ħwienet ta' Wied iż-Żurrieq u ma jinstallax rising main biex dan in-network ikun imqabbad man-network prinċipali tad-drenaġġ meta f’postijiet oħra simili, bħax-Xatt ta' Marsaxlokk, rising main simili ġie installat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nibda billi niċħad li qed ssir xi forma ta’ diskrimnazzjoni kif qed jinsinwa l-Onor. Interpellant. Bħalma jaf ukoll, hemm differenza fit-topografija taż-żewġ żoni li qed jirreferi għalihom, kif ukoll fid-distanza mill-eqreb sors ta’ network tad-drenaġġ. Fil-każ ta’ Wied iż-Żurrieq, id-distanza twila ħafna bejn l-infrastruttura eżistenti tad-drenaġġ u din iż-żona kif ukoll it-topografija partikolari tal-inħawi jagħmluha teknikamanet diffiċli biex issir il-konnessjoni indikata.
Iż-Żurrieq – Applikazzjonijiet għal spazji miftuħa
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14767, 15703 u 15711 dwar spazji miftuħa fiż-Żurrieq, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-photo montages / 3D visuals inkluż il-pjanti u stimi ta' kull proġett sottomess, kemm dawk li ġew approvati u kemm ta' dawk li ma kenux approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar dettalji dwar il-proġett li ntghażel biex sir f’Misraħ il-Karmelitani, fiż-Żurrieq jingħataw ladarba jinħarġu l-permessi meħtieġa u ssir is-sejħa għall-offerti. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar il-proġetti li ma ntgħażlux għall-iskema Community Greening Grant, dawn huma proprjetà ta’ min ipproponihom u għalhekk Project Green jidhirlha li għandha tirrispetta d-diskrezzjoni tal-applikanti konċernati. Dan biex tippermetti lill-applikanti jżommu kontroll fuq il-kunfidenzjalità tal-proposti tagħhom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17138, tista' l-Ministru tagħti break down tal-infiq tal-Enemed fuq marketing u reklamar sena b'sena bejn l-2015 u l-2023, u f'kull każ tindika min tħallas, kemm tħallas, ta' xiex, u jekk dan kienx b'direct order, talba għal kwotazzjonijiet, tender, contract for service jew xort’oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Enemed — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17142 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-Enemed, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
ARMS — Contracts for service u kuntratti ta' konsulenza
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17143 u telenka l-contracts for service u kuntratti ta' konsulenza li għandha fis-seħħ l-ARMS, u tgħid kemm hu l-ammont ta' kull wieħed, min jipprovdi s-servizz u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.