Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-investiment li sar fl-2017, 2018, 2019 ufl-2020 mill-Gvern Ċentrali fuq l-iżvilupp tal-ġonna madwar il-Belt Valletta, f'liema ġonna sar dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-On Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2020, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, ngħataw tnejn u disgħin (92) promozzjoni. Dawn kienu mqassimin hekk:
Fis-Servizz Pubbliku, ħmistax-il (15) promozzjoni li kollha ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet; Fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA), disgħa u tletin (39) promozzjoni li dsatax (19) minnhom ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-għoxrin (20) l-oħra saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv; Fl-Awtorità tal-Ippjanar, tmienja u tletin (38) promozzjoni li minnhom erbatax (14) ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, dsatax (19) saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv, filwaqt li ħamsa (5) ngħataw b’assimilazzjoni mal-kisba ta’ kwalifika xierqa.
Jista' l-Ministru jispjega jekk teżistix xi tip ta' għajnuna lil dawk l-individwi li jridu jiżirgħu iktar siġar fil-għelieqi tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, diġa’ joffri servizz ta’ xiri ta’ siġar ghall-bdiewa bi prezz adattat. Barra minn hekk il-Ministeru tieghi permezz ta’ Ambjent Malta ghandu ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ ghaqdiet bhall-FKNK, KSU u ohrajn ball-FWA fejn jassistihom fit-thawil ta’ siġar. Din l-itess ghajnuna tinghata wkoll lill-ghaqdiet ambjentali li jitolbuha. Sadanittant, konxji mill-fatt li ħafna mill-art tal-Gvern hija mikrija lill-terzi, l-Ministeru tieghi qed ifassal skema ta’ kif jista’ jkun inċentivat aktar t-tħawwil ta’ siġar f’għelieqi privati.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ipjajnar — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-Segretarjat Privat tiegħi, l-karigi li mtlew minn barra l-Amministrazzjoni Pubblika huma dawn li ġejjin. Ngħarrfu wkoll li fil-Ministeru tiegħi ma hemm l-ebda Segretarju Parlamentari.
Is-Segretarju Privat
L-Uffiċjal tal-Customer Care
Is-Segretarju għall-Kommunikazzjoni
L-Assistent Segretarju Privat
Uffiċjal tas-Segretarjat (żewġ postijiet) Membru tal-Pool
tas-Segretarjat (tliet postijiet) Messaġġier tas-Segretarjat/Charwoman
(tliet postijiet) Ix-Xufier Personali/Uffiċjal tas-Sigurtà
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-allowances li tħallsu lill-impjegati li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2017 sal-lum kienu jammontaw għal wieħed u għoxrin elf u disgħa u tletin ewro (EUR 21,039).
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Ħlas ta’ Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Copy of PQ 16148 - Ħlas ta' Allowances.pdf
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar sitt xhur u f'liema grad?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, id-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu, ma j¿ommux informazzjoni tal-impjegati skont jekk għandhomx diżabilità.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nisa impjegati minn skala 7 ’l fuq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa ’l fuq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, in-numru ta’ nisa impjegati fil-livelli li tirreferi għalihom il-mistoqsija huwa ta’ mija erbgħa u ħamsin (154). Dan l-ammont jinkludi nisa minn skala sebgħa ’l fuq fuq l-iskali tas-Servizz Pubbliku u, fejn jikkonċerna l-entitajiet, nisa impjegati mill-ogħla livell ta’ middle-management ’il fuq.
WasteServ – riżenji, tkeċċijiet, ħatriet ġodda u ħolqien ta’ karigi ġodda fil-middle u top management
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul din il-leġiżlatura, kemm kien hemm riżenji, tkeċċijiet, ħatriet ġodda u/jew ħolqien ta' karigi ġodda fl-istruttura tal-middle u top management tal-Wasteserv u meta seħħew? Hemm xi diretturi tal-kumpanija li għandhom xi rwol eżekuttiv fit-tmexxija jew management tal-istess kumpanija? Hemm xi uffiċjali li qed jservu bħala liaison bejn il-kumpanija u l-ministeru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tkeccija filwaqt li kien hemm tlett rezenji fil-middle u top management tal-WasteServ. Ma dan kollu sar razzjonalizzazjoni tal-organigramma hekk kif normali jsir f’entitajiet illi huma kommessi li jtejbu l-operat tagħhom b’mod kontinwu. Dan l-istreamlining wassal biex jiġu issimplifikati l-linji ta’ rappurtaġġ, biex tinħoloq aktar sinerġija bejn id-dipartimenti, kif ukoll biex jittejbu r-riżultati tal-kumpanija. Bħala parti minn dan il-proċess, numru ta’ funzjonijiet li jeħtieġu sinerġija assoluta għaddew direttament taħt l-ufficju tal Kap Ezekuttiv il-ġdid li fih gew integrati numru ta manigers ezistenti kif ukoll ġodda. Ukoll, gie ingaġġat awditur principali ġdid ġewwa l-ufficju taċ- Cermen u dan bil-għan li jiġu żgurati l-kontabilita` u li l-kontrolli interni qeghdin jitħaddmu b’mod effettiv. Nikkonferma li ma hemm ebda diretturi tal-kumpanija li għandhom xi rwol eżekuttiv fit-tmexxija jew management tal-istess kumpanija. Nikkonferma wkoll li ma hemm l-ebda persuna fi hdan il-WasteServ li qed isservi b mod specifiku bhala liaison bejn il-kumpanija u l-Ministeru.
Ta’ min wieħed jispega li dan it-tibdil diġa qed iħalli l-frott b’numru ta’ suċċessi li ġew imħabbar diġa b’mod specjali fejn jidħol ir-riciklar, u b’oħrajn li ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid preżenteament kemm hemm permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-billboards madwar Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-postijiet fejn jinsabu u d-data ta' meta nħarġu dawn il-permessi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazjonijiet li gew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar minn meta twaqqfet l-Awtorita s’issa, kull sena għal kull lokalità.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-PA number 01606 /19 'Levelling of existing debris to reinstate existing road, create Park and Ride parking facilities with permeable ground cover, charging points for electric buses, Bus terminal, and roofed deck top house recreation areas' li jinsab Ta' Xhajma fix-Xewkija Għawdex u jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni u f’liema xahar u sena hu ppjanat tiġi deċiża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA1606/19 tinsab fl-ahhar stadju tal-process tal-ippjanar fejn qed jigi preparat id- "Development Permit Application Report" b'rakkomandazzjoni biex b'hekk l-applikazzjoni tkun tista tintbaghat ghad-decizjoni quddiem il-Bord tal- Ippjanar. Huwa ppjanat li din l-applikazzjoni tigi deciza fix-xahar ta’ Novembru ta' din is-sena.
Ftehim iffirmat rigward l-Art fil-Miżieb u l-Aħrax
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-ERA ser tiffirma/iffirmat flimkien mal-Awtorità tal-Artijiet u l-FKNK relatat mal-Imsaġar tal-Miżieb u l-Aħrax, liema ftehim sar referenza għalih fis-seduta tal-Erbgħa 7 ta’ Ottubru?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-istaff ministerjali tiegħu li jservu wkoll fuq boards li fihom hemm rappreżentanza tal-Gvern Malti anke bħala minority shareholder? Liema huma dawn il-membri tal-istaff, x’kariga għandhom, fuq liema boards iservu u kemm jitħallsu ta’ dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema – talba għal trasferiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu trasferimenti minn ħaddiema fid-dipartiment/uffiċini li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u kemm minnhom intlaqgħu? Jista' jgħid minn liema dipartiment intalab it-trasferiment u għal fejn sar it-trasferiment?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar sitt xhur, ma kien hemm l-ebda uffiċċjal pubbliku fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar li talab trasferiment u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ printers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2019 u 2020 sabiex jintużaw fil-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Jista’ jgħid minn fejn inxtraw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu indikat, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar inxtraw ħames (5) printers, li tlieta (3) minnhom huma multifunction printers li jservu wkoll ta’ photocopier u scanner għal numru ta’ users. Dawn it-tliet (3) multifunction printers inxtraw mingħand Image Sytems wara li ntgħażlet l-orħos offerta minn fost dawk li kienu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. Il-prezzijiet rispettivi (bil-VAT inkluża) kienu EUR 5029, EUR 1171 u EUR 2056. Iż-żewġ (2) printers l-oħra nxtraw mingħand PC Options għall-prezz ta’ EUR 306 u EUR 128 (VAT inkluża). L-ewwel wieħed inxtara a bażi tal-orħos offerta minn fost dawk konformi mal-ispeċifikazzjonijiet filwaqt li t-tieni wieħed inxtara b’direct order.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlas ta’ overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'
overtime
matul is-snin 2019 u 2020, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlasijiet lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u l-provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħidma u xogħlijiet b’riżq persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar sena, fil-Ministeru għall-Ambjent it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar saru xogħlijiet sabiex jitjieb l-aċċess u jkun hemm faċilitajiet aħjar għall-persuni b’diżabilità. Dawn ix-xogħlijiet, li saru f’Casa Leoni, fil-Head Office tal-Ministeru u f’Hexagon House, kienu jinkludu faċilitajiet sanitarji, spazji għall-parkeġġ, rampi għall-aċċessibiltà u twessigħ ta’ bibien.