Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11201, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, u jgħid meta bdew in-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn in-negozjati?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan id-dekasteru tiegħi ma tat l-ebda kuntratt jew ftehim ta’ servizzi/xogħol jew konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11691 u 12261, u jispjega d-dewmien mill-Awtorità tad-Djar biex isir xogħol ta’ tiswija fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità rċiviet l-ewwel rapport tal-ħsarat estensivi li hemm, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li jeħtieġ isiru?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ tiswija jirrikjedi ko-ordinazzjoni bejn il-Kunsill Lokali, l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta. Ninforma wkoll li x-xogħol ta’ tiswija ma setax jibda sakemm ingħatat l-approvazzjoni meħtieġa mis-sidien ta’ kull garaxx li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa.
Bħalissa għaddej proċess biex jiġi ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta sabiex dawn it-tiswijiet ikunu jistgħu jinbdew.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li qed isiru fil-Binjiet ta’ Għeriexem u fuq liema kriterji ntgħażlu partijiet ta’ binjiet u mhux oħrajn?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar twettaq tiswijiet strutturali meħtieġa fi proprjetajiet residenzjali li huma proprjetà tal-Gvern u tal-Awtorità tad-Djar. F’każ ta’ proprjetajiet li jkunu ġew mixtrija mingħand l-Awtorità tad-Djar permezz ta’ diversi skemi fejn inkwilini bbenefikaw u saru sidien ta’ djarhom, ir-responsabbiltà ta’ tiswijiet taqa’ fuq is-sidien tal-istess proprjetajiet. Fil-każ imsemmi x-xogħlijiet qed isiru fi proprjetà li għadha tappartjeni lill-Awtorità tad-Djar.
Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti ta’ akkomodazzjoni soċjali — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11299 dwar l-istallazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex ġew installati l-lifts indikati fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll fejn għad hemm bżonn li jiġu installati lifts oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment fuq il-lifts installati skont it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 11299 kienet ta’ €331,891.49c. Bħala applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ lifts fl-istess lokalitajiet imsemmija hemm 3 f’Ħal-Għaxaq u 3 fiż-Żejtun.
Awtorità tad-Djar — Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11300 dwar l-istallazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex ġew installati l-lifts indikati fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll fejn għad hemm bżonn li jiġu installati lifts oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment fuq il-lifts installati skont it-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 11300 kienet ta’ €649,530.53c. Bħala applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta’ lifts fl-istess lokalitajiet imsemmija hemm 2 fil-Gudja, 2 f’Raħal Ġdid, 3 f’Santa Lucija u 1 f’Ħal Tarxien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qegħdin jistennew akkomodazzjoni soċjali alternattiva u li għandhom każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 15-il applikazzjoni minn persuni li għandhom każijiet marbuta ma’ vjolenza domestika. Barra minn hekk inżid ukoll li persuni li jkunu sfaw vittma ta’ vjolenza domestika jieħdu benefiċċju tal-kera għola, filwaqt li l-Awtorità tad-Djar tħallsilhom l-ewwel depożitu.
Awtorità tad-Djar — Persuni maqtugħa mil-lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mil-lista ta’ stennija matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar, minħabba li dawn ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet u l-kriterji li titlob l-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sas-7 ta’ Novembru 2023, l-Awtorità tad-Djar għalqet 362 applikazzjoni peress li ma kienux konformi mal-kundizzjonijiet u kriterji. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar kif ġej:
XaharTotal
Jannar 202214
Frar 20228
Marzu 202217
April 20229
Mejju 202236
Ġunju 202222
Lulju 202216
Awwissu 202211
Settembru 202219
Ottubru 202232
Novembru 202212
Diċembru 202218
Jannar 202324
Frar 202316
Marzu 202348
April 202313
Mejju 20238
Ġunju 202316
Lulju 20236
Awwissu 20232
Settembru 20236
Ottubru 20236
Novembru 20233
Minkejja dan, l-Awtorità tad-Djar toffri skemi oħrajn bħall-Equity Sharing Scheme (ESS) u t-10% Deposit Scheme (DPS) fejn jista’ jagħti l-każ li l-applikanti jkunu jikkwalifikaw għal dawn l-iskemi imma mhux għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu s-sussidju tal-kera fil-mument taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument l-Awtorità tad-Djar għandha s-segwenti persuni li qed jieħdu s-sussidju tal-kera taħt l-iskemi Rent Subsidy Scheme (RSS), Private Rented Sector (PRS) u Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS):
Rent Subsidy Scheme (RSS)153
Private Rented Sector (PRS)233
Private Rent Housing Benefit Scheme (HBS)3,033
Grazzi għall-miżuri maġġuri mill-Baġit tas-sena d-dieħla fis-settur tal-akkomodazzjoni, il-benefiċċju tal-kera se jkun qed jiżdied għal sena oħra.
Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20994 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn sussidju għal stairlift bejn l-2013 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Total Stairlifts
2013
55
2014
103
2015
87
2016
136
2017
112
2018
129
2019
139
2020
165
2021
183
2022
152
2023*
72
* sat-13 ta’ Novembru 2023