Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kellu għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti bejn Jannar 2017 u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ dokumenti li ġew illegalizzati bejn l-1 ta’ Jannar u l-14 ta’ Settembru 2017 kien ta’ sitta u għoxrin elf,mitejn u tlieta u erbgħin (26,243).Dan ifisser li f’disa’ xhur tmint elef,tliet mija u disgħa u ħamsin (8,359) persuna ġiet biex tinqeda mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni Kummerċjali.
Pajjiżi tal-Amerika Latina, Amerika Ċentrali, pajjiżi Ażjatiċi u oħrajn Ewropej – ftehim pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Latina, tal-Amerika Ċentrali, pajjiżi Ażjatiċi u oħrajn Ewropej?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 57 ftehim li preżentament qegħdin fil- proċess ta’ negozzjati mal-pajjiżi tal-Amerika Latina, tal-Amerika Ċentrali, pajjiżi Ażjatiċi u oħrajn Ewropej, li huma elenkati:
Kontinent
Numru ta’ Ftehim
Amerika Latina
14
Amerika Ċentrali
3
Asja
24
Ewropa
16
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru konsli ġodda minn Jannar 2017 u f’liema reġjuni għandhom ġurisdizzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Mill-bidu tas-sena 2017 ġew appuntati seba’ konsli onorarji. Il-pajjiżi u l-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-konsli huwa kif ġej:
Konsli Onorarji
Belt
Pajjiż
Ġurisdizzjoni
Montpellier
Franza
Fuq id-Dipartimenti ta’ Hérault, Aude u Pyrénées-Orientales
Almere
Olanda
Fuq il-Provinċji ta’ Groningen, Friesland, Drente, Flevoland, Overijssel u Gelderland
Munich
Ġermanja
Fuq l-istat tal-Bavarja
Oviedo
Spanja
Fuq il-Prinċipat ta’ Asturias
Venezja
Italja
Fuq ir-Reġjun tal-Veneto
Vigo
Spanja
Fuq il Komunita’ Awtonoma ta’ Galicia
Medan
Indoneżja
Fuq il-Gżira ta’ Sumatra li tinkludi l-provinċji ta’ Aceh, North Sumatra, West Sumatra, Riau, Riau Island, Jambi, Bengkulu, South Sumatra, Bangka-Belitung Islands u Lampung
Sehem ta’ Malta f’missjonijiet ta’ osservanza elettorali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il missjoni ta’ osservanza elettorali ħadet sehem Malta minn Jannar 2017 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Fejn saru dawn l-elezzjonijiet u kemm-il osservatur kellha Malta f’kull okkażjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2017 sa’ Settembru 2017, Malta ħadet sehem f’7 missjonijiet ta’ osservanza elettorali b’rappreżentant wieħed fil-missjonijiet segwenti: Honduras, Liberia, Gambia, East Timor; u b’żewġ rappreżentanti fil-missjoni lejn il-Kenya u l-Kosovo.
Ta’ min jinnota li l-Kosovo kien hemm elezzjonijiet ġenerali mħabbra f’qasir żmien u li saru f’Ġunju. It-tieni sejħa għall-osservaturi fil-Kosovo li saret f’Awwissu 2017 hija għall-elezzjonijiet muniċipali li ser isiru f’Ottubru. Għal kull missjoni t’osservazzjoni fil-Kosovo intgħażel rappreżentant Malti.
Applikazzjoni
Data
Elezzjoni
Osservaturi Maltin maghzula mill-Kummissjoni Ewropea*
Awwissu
26/11/2017
Honduras
1
Awwissu
22/10/2017
Kosovo
1
Awwissu
10/10/2017
Liberia
1
Ġunju
23/08/2017
Angola
0
Mejju
08/08/2017
Kenya
2
Mejju
11/06/2017
Kosovo
1
Marzu
06/04/2017
Gambia
1
Frar
20/03/2017
East Timor
1
*Din l-informazzjoni hija aġġornata sas-7 ta’ Settembru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — transfers ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema sena qiegħed jirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – reklamar fuq Facebook – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju 2017 ma saru l-ebda riklami fuq Facebook.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti inkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunità possibli li Brexit tista ġġib lejn pajjiżna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess.
L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġislatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema sponsorships qiegħed jirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.