Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tkun tista' tirraporta illegalità jew kontravenzjoni fuq il-helpline 138 waqt li tibqa' anonima?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pubbliku ġenerali għandu dritt li jibqa’ anonimu meta jċempel l-helpline 138. Ġaladarba l-aġent ikun infurmat b'din it-talba ma tintalabx informazzjoni personali iżda biss dettalji dwar ir-rapport li jkunu qed jagħmlu. Huwa importanti li kull min jirrapporta illegalitajiet jipprovdi l-post preċiż tas-sit u possibbilment in-numru tal-permess tal-iżvilupp u wkoll deskrizzjoni ċara tal-ksur li qed josserva. Tali informazzjoni hija essenzjali biex ikunu jistgħu jitwettaq l-investigazzjoniji meħtieġa mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni u L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, xahar b'xahar u lokalità lokalità, skont it-tip tal-istabbilimenti matul l-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 saru total ta’ 1210 inspezzjoni mill- Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juri l-informazzjoni disponibli maqsuma xahar b’xahar jew skont l-lokalità.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Vjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru nqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. Infurmat illi l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, u per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies", li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra”.
Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż.
SenaNumru ta’ Safar
20225
20235
20248
Asset Recovery Bureau – ġbir ta’ assi li ġejjin mill-Kriminalità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, bħala valur, inġabru assi mill-Asset Recovery Bureau li ġejjin mill-kriminalità fl-2024? Jista' jelenka wkoll x'tip ta' assi nġabru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 l-Asset Recovery Bureau ġabret assi bil-valur ta’ totali ta’ €1,046,641. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji hekk kif mitluba minnu.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Rifroma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm proċessi ta’ kawżi pendenti u ta’ kawżi deċiżi qed jinżammu under lock and key mill-Qorti u jippreżenta lista tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu u japprezza li jekk kemm -il darba hemm atti tal-Qorti li m’humiex pubbliċi, dan isir jew għax tipprovdi għaliħ il-liġi jew b’ordni tal-istess Qorti.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24743 u jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali relatati ma' inċidenti tat-traffiku li għadhom pendenti wara 60 jum? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn dawn l-inkjesti li jistgħu jiġu preskritti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali relatati ma’ inċidenti tat-traffiku li għadhom pendenti wara 60 jum huwa dak ta’ disgħa u ħamsin (59) fil-Qrati ta’ Malta u ħamsa (5) fil-Qrati ta’ Għawdex.
Gialadarba qed nitkellmu fuq inkesti li jinstabu pendenti allura, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab biss għand il-Maġistrat li qiegħed jikkonduċi l-in genere.
Jista' l-Ministru jelenka lista li turi kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, maqsuma lokalità b’lokalità u f'liema tip ta' stabbilimenti kummerċjali saru l-ispezzjonijiet? Jista' fl-istess lista jgħid ukoll in-numru ta' kontravvenzjoniet li nstabu waqt dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 saru total ta’ 1210 inspezzjoni u inagħtaw 456 kontravvenzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juri l-informazzjoni disponibli maqsuma xahar b’xahar jew skont l-lokalità.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ karozzi tal-Gvern, inkluz il-ħlas taċ-ċitazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tall-mistoqsija parlamentari 24438, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jibda proċess sabiex ikun hemm reġistru jew jintuża reġistru eżistenti fejn kull prokura li tingħata hawn Malta, jew anke fl-esteru, tiġi irreġistrata sabiex ikollha effikaċja legali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jistudja u jirrivedi fejn meħtieġ, diversi aspetti tal-liġijiet, inkluż fil-Kodiċi Ċivili u kull żvilupp jew avviżi dwar din il-ħidma jsiru fiż-żmien opportun, kif dejjem sar.
Qorti Dwar il-Jeddjiet Fundamentali tal-Bniedem – causa petendi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista u informazzjoni dwar il-‘causa petendi’ ta’ kawżi li hemm pendenti kontra Malta quddiem il-Qorti dwar il-Jeddijiet Fundamentali tal-Bniedem?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala kawżi pendent quddiem il-Qorti dwar il-Jeddijiet Fundamentali tal-Bniedem hemm erbgħin (40) kawża, b’erbgħa minn dawn il-kawżi qegħdin fil-proċess fejn possibilment jintlaħaq ftehim. Il-kumplament qedin fi stadju avvanzat li jiġu deċiżi u jitrattaw allegat ksur tal-artikoli 3,5, 6, 8, 13, 14 u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll.
Għal kull buon fini, għandu jiġi ppreċiżat illi jista’ jkun li l-Avukat tal-Istat għadu m’huwiex innotifikat b’ xi atti ġudizzjarji mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, minkejja illi tali kawżi jkunu ġew istitwiti.
Settur tal-kostruzzjoni — Aġġornament tal-Kompendju ta’ liġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi aġġornat il-kompendju ta’ liġijiet speċifiċi għas-settur tal-kostruzzjoni u jekk hemmx ‘time-line’ dwar meta ser jitlesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jistudja u jirrivedi fejn meħtieġ, diversi aspetti tal-liġijiet, inkluż fil-Kodiċi Ċivili u kull żvilupp jew avviżi dwar din il-ħidma jsiru fiż-żmien opportun, kif dejjem sar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi aġġornata l-liġi tal-Condominium u jekk hemmx ‘time-line’ dwar meta dan il-proċess ser jitlesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jistudja u jirrivedi fejn meħtieġ, diversi aspetti tal-liġijiet, inkluż fil-Kodiċi Ċivili u kull żvilupp jew avviżi dwar din il-ħidma jsiru fiż-żmien opportun, kif dejjem sar.
Kodiċi Ċivili — Proposti ta’ emendi li tirregola l-konvenji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed iwettaq studju sabiex jipproponi emendi għal dik il-parti tal-Kodiċi Ċivili li tirregola l-konvenji sabiex jinqatgħu ċertu inċertezzi legali tal-Maltin u l-Għawdxin f’ċertu każijiet li huma qed jiltaqgħu magħhom [Art. 1357]?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jistudja u jirrivedi fejn meħtieġ, diversi aspetti tal-liġijiet, inkluż fil-Kodiċi Ċivili u kull żvilupp jew avviżi dwar din il-ħidma jsiru fiż-żmien opportun, kif dejjem sar.