Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b’diżabilità fil-Kunsilli Lokali? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħatriet tagħhom u f’liema kunsilli jaħdmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella li turi kemm hemm persuni bi b¿onnijiet speċjali f’kull Kunsill Lokali. L-Onor. Interpellant jifhem li l-ħatra ta’ dawn l-individwi m’għandiex tingħata għal protezzjoni tal-identita’ tagħhom.
Kunsill Lokali
Ammont
Il-Belt Valletta
Nil
L-Imdina
Il-Birgu
1
L-Isla
Nil
Bormla
1
Ħal Qormi
2
Ħa¿-¯ebbug
Nil
Ħa¿-¯abbar
2
Is-Siġġiewi
Nil
I¿-¯ejtun
Ir-Rabat (G)
1
Ħ’Attard
Nil
Ħal Balzan
Birkirkara
Bir¿ebbuġa
Ħad-Dingli
1
Il-Fgura
Nil
Floriana
Il-Fontana
Il-Gudja
Il-G¿ira
Għajnsielem
1
L-Għarb
2
Ħal Għargħur
Nil
L-Għasri
Ħal Għaxaq
Il-Ħamrun
1
L-Iklin
Nil
Il-Kalkara
Ta’ Kerċem
1
Ħal Kirkop
Nil
Ħal Lija
Ħal Luqa
1
Il-Marsa
Nil
Marsaskala
1
Marsaxlokk
Nil
Il-Mellieħa
L-Imġarr
Il-Mosta
L-Imqabba
L-Imsida
Il-Munxar
In-Nadur
In-Naxxar
1
Paola
Nil
Pembroke
Tal-Pietà
1
Il-Qala
Nil
Il-Qrendi
Ir-Rabat (M)
Ħal Safi
1
San Ġiljan
Nil
San Ġwann
San Lawrenz
San Pawl il-Baħar
Ta’ Sannat
1
Santa Luċija
1
Santa Venera
Nil
Tas-Sliema
Is-Swieqi
Ta’ Xbiex
Ħal Tarxien
1
Ix-Xagħra
Nil
Ix-Xewkija
Ix-Xgħajra
1
I¿-¯ebbuġ
1
I¿-¯urrieq
Nil
L-Imtarfa
Total:
23
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter”?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta u Ħal Għargħur huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter".
Qorti – Każijiet ta’ sewwieqa pożittivi għall-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet kriminali quddiem il-Qrati tagħna konnessi ma' sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzer test fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika fir-rigward ta’ sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzertest.
Qorti — Kundanna għal każijiet ta’ sewqan taħt l-effett tal-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kundanni mill-Qrati ta' pajjiżna fuq każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol bejn l-2015 u l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta’ każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol.
Qorti – każijiet ta’ persuni li rrifjutaw il-breathalyzer test
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet quddiem il-Qrati ta' pajjiżna ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test bejn l-2015 u l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:
a. vjolenza domestika;
b. pussess tad-droga;
c. traffikar tad-droga;
d. ħsara volontarja; u
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuni oħra?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat matul il-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant ma ngħatat ebda maħfra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?
Priġuniera meħlusa mill-ħabs fuq rakkmandazzjoni tal-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkmandazzjoni saret mill-Qorti lill-Prim Ministru dwar l-inqas żmien li fil-fehma tal-istess Qorti għandu jgħaddi qabel priġunier jiġi meħlus mill-ħabs skont l-artikolu 493 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid dwar liema każijiet kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet u jindika jekk ġewx aċċettati jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni mill-Qorti ta’ Malta u Għawdex lill-Prim Ministru dwar l-inqas żmien li fil-fehma tal-istess Qorti għandu jgħaddi qabel priġunier jiġi meħlus mill-ħabs skont l-artikolu 493 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta).
Rakkmandazzjoni minn Imħallef lill-President għal maħfra jew tnaqqis ta’ piena
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkmandazzjoni saret minn Imħallef lill-President ta' Malta sabiex persuna kkundannata tingħata l-maħfra jew tnaqqis tal-piena skont l-Artikolu 494 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid dwar liema każijiet kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet u jindika jekk ġewx aċċettati jew le?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 8207.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 8208.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddejja konsultazzjoni bejn il-periti taż-żewġ naħat, u għaldaqstant ix-xogħol ta din it-triq għadu mhux konkluż u mhux possibbli li jingħata l-ammont f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq Santa Maria f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux possibbli tingħata l-istima għal kemm ġiet tiswa Triq Santa Marija, peress li l-proġett kollu kien jinkorpora fih ż-żona ta’ Triq Santa Marija, Triq Betta u Vjal Simmons. L-ammont globali tal-proġett kien ta’ €107,043.20.
Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking
Question
B’referenza għar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2018, u tenut kont li minkejja l-mistoqsijiet parlamentari 5837, 7777 u 8103 fejn allura ma ġiex żvelat liema awtorità pubblika f’Malta hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar ta’ dan ir-regolament, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jsiru lmenti jekk ikun hemm ksur tar-Regolament dwar il-Geo-blocking?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità kompetenti għall-infurzar tar-regolament dwar il-Geo-blocking skont l-Artikolu 7 hija l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni. Ilmenti mingħand operaturi ekonomiċi jintlaqgħu mill-istess Awtorità filwaqt li ilmenti mingħand konsumaturi jintlaqgħu miċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta’ Malta, li huwa l-entità li ġie assenjat li jagħti assistenza prattika lill-konsumaturi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8559 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?