Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Victoria, Għawdex – Triq Enrico Mizzi — Xogħlijiet
Question
Fir-rigward tax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta’ Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet; fiex kienu jikkonsistu; meta ħarġet is-sejħa u fejn ġiet ippubblikata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq sar mill-period contract.
Kerċem — Triq Għajn Abdul, Triq Wied Junu u Triq ta’ Spiteri - Downlighters
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26863 dwar sejħa li ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu għall-proġett ta’ bini ta’ tliet toroq f’Kerċem, Triq Għajn Abdul, Triq Wied Junu u Triq ta’ Spiteri ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, fejn ġie mwieġeb li “l-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi toroq imtejba u alternattivi mal-inħawi ta’ barra l-qalba tar-raħal ta’ Kerċem, b’tali mod li l-vetturi, speċjalment dawk tal-bdiewa u vetturi kbar, ikollhom aċċess dirett u aktar sigur lejn l-għelieqi u żoni oħra mingħajr ma jkun hemm bżonn jgħaddu mill-pjazza u t-toroq ċentrali. Dan ifisser li jonqos il-volum tat-traffiku fil-qalba tar-raħal, u b’hekk titnaqqas il-konġestjoni u anke r-riskju ta’ inċidenti.”, fid-dawl li partijiet kbar minn dawn l-imsemmija toroq huma dojoq wisq fejn saħansitra żewġ karozzi kontra xulxin ma jgħaddux, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex ser jitwessgħu fl-iktar partijiet dojoq? Peress li ntqal li dawn it-toroq se jservu bħala toroq alternattivi, jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jingħadda cable tad-dawl, biex bħalma sar fix-xhur li għaddew mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fi Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, ikunu jistgħu jsiru Downlighters?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali twessiegħ tat-triq inevitabbilment tinvolvi t-teħid ta’ art agrikola. Tali twessiegħ bl-użu ta’ art agrikola ma jibqax jaqa’ taħt l-iskop tal-finanzjament minn fondi Ewropej.
In-Nadur, Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet fuq bankini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26591 dwar xogħlijiet li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq Xandriku, fin-Nadur, u fi Triq San Duminku, fir-Rabat Għawdex fejn ġie mwieġeb li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se twettaq xogħlijiet fuq il-bankini ta’ Triq San Duminku f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex ser jitwettqu wkoll xogħlijiet fuq bankini fi Triq Xandriku fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qed tagħmel ix-xogħlijiet, appena dawn ix-xogħlijiet ikunu lesti ser isir resurfacing tat-triq kollha.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27137 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Timeline għal kull proġett li għaddej bħalissa ġewwa Għawdex u li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema proġetti qed jirreferi.
Iż-Żebbuġ, Għawdex — Triq Għajn Mhelhel - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26866 dwar Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni fejn intqal li saru l-interventi meħtieġa biex din it-triq tista’ tkompli tintuża, jista’ l-Ministru jgħid:
i. fiex kienu jikkonsistu dawn l-interventi;
ii. minn min saru;
iii. min kienu l-persuni tekniċi inkarigati minn dawn ix-xogħlijiet min-naħa tal-Ministeru; u
iv. kemm ġew jiswew?
Jista’ jgħid ukoll jekk fil-preżent hemmx periklu għall-persuni u għall-vetturi li jgħaddu minn din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26866.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-investiment fuq proġett ġdid fis-sit industrijali fix-Xewkija li jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ Trailer Park, kif ukoll infrastruttura u faċilitajiet ġodda fil-madwar? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li għaddejjin id-diskussjonijiet mal-INDIS.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Sigurtà waqt il-vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27127 u jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos, u jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali dwar is-Sigurtà Tal-Ħajja Fil-Baħar (Safety of Life at Sea)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 27128.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern minn żmien għal żmien.
MV Malita, MV Gaudos u MV Ta’ Pinu — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom bejn Għawdex u Malta, u viċi versa, fuq il-MV Malita, l-MV Gaudos, u l-MV Ta’ Pinu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 27118.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-karozzi tagħhom fuq l-MV Nikolaos, iżda mhux fuq il-bqija tal-flotta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ingħatat fil-mistoqsija parlamentari 27118.
Awtorità tal-Ippjanar – Fondi miġbura minħabba żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) minħabba żvilupp li jkun qed iseħħ fil-lokalitajiet differenti ta’ Malta? Kemm minn dawn il-fondi (f’kull lokalità) huma maħsuba għall-użu dirett tal-kunsill lokali; għal-liema skopijiet jistgħu jintużaw, u kemm mill-istess fondi jistgħu jintużaw minn organizzazzjonijiet volontarji fil-lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont ta’ fondi miġburin mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li huma maħsubin għall-użu dirett tal-kunsill lokali u minn organizzazzjonijiet volontarji fil-lokalitajiet jammonta għal €90,784,888. Din il-figura hi netta minn ħlas amministrattiv u proġetti li diġà huma mħallsa. Fondi miġbura mill-PA li ġew allokati ghall-skema ta’ restawr tad-djar jammontaw għal €13,933.453, skema Ħaddar Darek €14,909,595 u skema Island Wide Green Transport €5,000.000. Dawn il-figuri huma netti minn hlas amministrattiv u proġetti li diġà huma mħallsa. Il-fondi li jistgħu jintużaw direttament mill-kunsilli lokali (f’kull lokalita’) tramite l-“Locality Funding Scheme” kif ukoll l-ammont disponibbli għal organizzazzjonijiet li ma humiex kunsilli lokali (li jinkludu organizzazzjonijiet volontarji) huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. L-iskopijiet li għalihom jistgħu jintużaw dawn il-fondi huma elenkati fid-dokument ippubblikat fil-website tal-PA f’ċirkulari PA1/22; https://www.pa.org.mt/file.aspx?f=A335B9EC559BA0B08BC1AD60605D1BC796D948929253498A
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Vjaġġi uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid:
(a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom?
(b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ?
(ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu?
(d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arranġament ta’ vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, u per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies. Ninfurmah ukoll li ma kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gozo Channel taċċetta li l-MV Nikolaos m’għandhiex aċċessibilità, bħalma huma lifts jew elevaturi, għall-persuni li ma jistgħux jaċċessaw il-gverta tal-passiġġieri?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura għall-imbark u d-diżimbark tal-passiġġieri b’mobilita’ mnaqqsa fuq il-MV Nikolaos - lejn u mit-terminal - issir permezz tar-rampa tal-passiġġieri fuq in-naħa tal-ġenb. Biex wieħed jaċċessa l-upper deck, il-lounge, il-kafetterija u ż-żoni tat-toilet, il-passiġġieri jistgħu jużaw ic-chairlift. Jekk il-passiġġier hu f’siġġu tar-roti, jista’ juża l-lift apposta għas-siġġijiet tar-roti, kif jidher fir-ritratti mehmuża li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-direzzjonijiet għaċ-chairlifts huma mmarkati b’kulur oranġjo u jidhru b’sinjali. Din il-proċedura hija simili għal dik li tintuża fuq il-vapuri l-oħrajn.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Nuqqas ta’ aċċessibilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li n-nuqqas ta’ aċċessibilità tal-MV Nikolaos jiġġustifikax li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27125.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Sigurtà waqt il-vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos, u jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali dwar is-Sigurtà Tal-Ħajja Fil-Baħar (Safety of Life at Sea)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.