Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Safety audits fuq toroq ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4117, jista’ l-Ministru jgħid mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm saru safety audits tal-proġetti ta’ toroq ġodda li saru mill-Ministeru għal Għawdex f'dawn is-snin? Għal liema toroq saru dawn l-audits? X'kien ir-rżultat ta' dawn l-audits? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn is-safety audits?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex li matul dawn l-aħħar snin, kull meta sar proġett tat-toroq, il-Ministeru dejjem aderixxa mar-rekwiżiti meħtieġa.

Għawdex – nefqa fuq il-qasam kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fil-qasam kulturali f'Għawdex għas-sena 2022? Jista' jagħti break down ta' din in-nefqa? Jista' jgħid mill-bidu ta’ din is-sena sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kienet in-nefqa f'dan il-qasam? Jista' jgħid x'vot hemm għas-sena 2023 f'dan il-qasam?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – Iż-Żebbuġ – Telgħa ta’ Triq is-Sagħtrija — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4481 dwar xogħlijiet li saru fil-parti tat-telgħa ta' Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Għawdex, mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2022, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispiża li saret mid-Diviżjoni tal-Istrateġija u s-Sapport sabiex saret it-trinka biex ikun jista’ jiġi mgħoddi l-cable tal-elettriku u jgħid kemm ġie jiswa dan il-cable tal-elettriku? Jista’ jgħid ukoll jekk id-downlighters bdewx jinxtegħlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata appena l-ispiża tkun definittiva.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174, 20272 u 23269 tat-13-il Leġiżlatura, kollha kemm huma (intiera), u jgħid kemm kien hemm u fil-preżent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service, Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Għawdex — Pjazza tax-Xewkija - cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3961 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien ġie mwieġeb "li s-sejħa għall-offerti ġiet abbozzata", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx u jekk iva, meta ħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin .

Ministeru għal Għawdex – għajnuna f’fondi lil parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4517 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li tingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħatat u minn liema Direttorat jew Diviżjoni ngħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fl-iskejjel ta’ Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4519, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-iskejjel f’Għawdex.

Ministeru għal Għawdex — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għal Għawdex u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għal Għawdex — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Il-vettura uffiċjali tal-Ministru għal Għawdex, hija tal-għamla BMW 520 D Saloon. Din hija l-unika vettura uffiċjali tal-Ministru, peress li dan ma għandux second car. Preżentement, il-vettura qed tinkera għal €10,220 fis-sena.

Għawdex – spiża u xogħol fuq grawnds tal-futbol

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2019 sal-lum kemm kienet l-ispiża totali fuq grawnds tal-futbol f’Għawdex min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull grawnd partikolari u x’kien ix-xogħol li sar? Jista' jgħid ma’ kull grawnd tal-futbol f’Għawdex kemm hemm ħaddiema assenjati mill-Ministeru għal Għawdex jew minn xi skema u x’inhu x-xogħol ta' kull ħaddiem? Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol fadal isir fuq il-grawnds tal-Qala u tan-Nadur u meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex — uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3713 u 4798 kollha kemm huma (intiera) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn Manager, Manager I u Manager II ’il fuq fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 3713.

Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3634, 3823 u 4601 dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 3823 u 4601.

Għawdex — ftuħ tas-CDAU

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 dwar il-ftuħ ta’ Child Development Assessment Unit (CDAU) ġewwa Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejnu u l-Ministri kkonċernati l-oħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għas-Saħħa u għall-Edukazzjoni.

Rabat/Marsalforn, Għawdex – Triq Marsalforn – applikazzjoni għal fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk applikax għal Fondi Ewropej għar-rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn, mir-Rabat għal Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kostruzzjoni ta’ din it-triq ser isiru minn fondi lokali. Ix-xogħol għadu ma bediex minħabba appell li għaddej quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Gozo Innovation Hub – kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji privati ġewwa l-Gozo Innovation Hub? Kemm iħaddmu persuni dawn il-kumpaniji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari numri 2509 u 6469 .

Kompetizzjoni ta’ summien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6171, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikolutra, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'azzjonijiet ħa dwar kompetizzjoni li seħħet nhar is-Sibt, 4 ta' Frar 2023, fejn għadd ta' summien li ġew imfaqqsa u trabbew fil-magħluq, ġew mitluqin u numru ta' kaċċaturi flimkien mal-klieb tagħhom setgħu joqtluhom? Jista' jispjega kif din l-attività setgħet issir ladarba l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, speċifikament jipprojbixxi dan u jsostni dan li ġej: "8.(2) L-ebda annimal m'għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn jew jiġi soġġett għal attivitajiet li ma jkunux fin-natura tiegħu. L-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat.". Jista' jgħid din il-kompetizzjoni kif setgħet tiġi aċċettata li ssir jekk dawk is-summien ġew mitluqa u abbandunati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-attività li saret nhar l-4 ta’ Jannar 2023 ma kinitx tinvolvi l-abbandun ta’ annimali, iżda r-rilaxx u kaċċa fuq summien imrobbi fil-magħluq għall-iskop ta’ taħriġ ta’ klieb tal-kaċċa. It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) awtorizzat dan l-avveniment skont it-termini tar-Regolament 18(1)(a) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (S.L. 549.42).

Konvenzjoni Ramsar – projbizzjoni dwar l-użu ta’ sparar biċ-ċomb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta u Għawdex hux se jaderixxu mal-Konvenzjoni Ramsar (bħall-bqija tal-Ewropa) li tipprojbixxi l-użu ta' sparar biċ-ċomb peress li dan jikkawża problemi tossiċi kbar kemm fl-għasafar kif ukoll fil-kreaturi kollha li possibbilment jixorbu minn dan l-ilma, f’artijiet pubbliċi u privati li huma mistagħdra (wetlands) jew li għandhom għadajjar sew jekk huma naturali kif ukoll jekk huma artifiċjali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġà qed jissalvagwardja l-għan tal-Konvenzjoni. Dan għaliex iż-żewġ siti ta’ artijiet mistagħdra u l-madwar tagħhom designati taħt il-Konvenzjoni Ramsar huma santwarji tal-għasafar fejn il-kaċċa hija projbita, kif ukoll il-fatt li l-kaċċa minn fuq l-art hija projbita f'50m minn bajjiet protetti u anki minn fuq il-baħar f'distanza ta' inqas minn 3km mill-kosta.

Xagħra, Għawdex — Triq Għajn Ħosna – manutenzjoni, restawr u bini ta’ ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir u x’inhu l-andament tax-xogħol ta’ manutenzjoni, restawr u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna, fix-Xagħra, Għawdex li twassal sal-wied tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, li jinkludu wkoll Triq ir-Ramla, Triq ta' Xurdin, Triq l-Inżul tal-Franċiżi, Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma u r-restawr u tindif ta' 250 metru ta' taraġ Ruman fil-wied tar-Ramla li hu ffinanzjat minn fondi Ewropej?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ fi Triq Għajn Ħosna huma kważi lesti. Ix-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ Triq ir-Ramla, Triq ta’ Xurdin, Triq l-inżul tal-Franċiżi u Triq ir-Ramla l-Ħamra sad-Daħla ta' Għajn Damma ser ikunu qed isiru fix-xhur li ġejjin. Ir-restawr u t-tindif tat-taraġ Ruman qiegħed jiġi diskuss internament.

Għasri, Għawdex – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab din l-għassa? Jista' l-Ministru jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija ġo fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex – speed limits fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ispeed limit ta' triq arterjali li saret mill-ġdid bejn in-Nadur u Għajnsielem huwa ta' 30 kilometru fis-siegħa matul it-triq kollha? Jista' jgħid minn irrakkomanda dan? Jista' jispjega kif imbagħad fi Triq Sant'Antnin li fiha r-residenzi fiha u parti minnha hija dejqa ħafna, l-ispeed limit huwa ta' 50 kilometru fis-siegħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audit tax-xogħol li sar f'dawn it-toroq (Triq l-Imġarr Nadur u Triq Sant’Antnin Għajnsielem)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn l-ispeed limit huwa ta’ 30 kilometru fis-siegħa dan sar minħabba perikli li veloċità żejda tista’ toħloq b’liwjiet li jeżistu. Is-sinjali kollha tat-traffiku kemm ta’ Triq l-Mġarr u Triq Sant’ Antnin saru b’konsultazzjoni ma’ Transport Malta.