Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa — Sqaq għall-Għolja ta' Borg in-Nadur - tqegħid ta' lampi tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għat-tqegħid ta' lampi tad-dawl fid-daħla tal-isqaq għall-Għolja ta' Borġ in-Nadur, Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8154 u jgħid kemm-il kilometru kwadru ta' toroq għandna f'Malta? Jista' jgħid kemm-il kilometru ta' art oħra hija miksija bl-asfalt wkoll? Kemm jiġi dan il-persentaġġ mill-ispazju kollu tal-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Baċir Nru. 1 - marina temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8713 u jgħid meta ser tibda topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla. ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif ser ikunu mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-marina temporanja fl-area tal-Baċir Nru. 1 f'Bormla mistennija tibda topera f'Lulju . Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta' din il-marina.

Rati riveduti tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew ippubblikati t-tariffi l-ġodda dwar ir-rati riveduti tal-elettriku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tariffi l-ġodda dwar ir-rati riveduti tal-elettriku ġew ippubblikati permezz ta’ Legal Notice No 164 li emendaw ir-regolamenti tal-provista ta’ l-elettriku u deheru fil-gażżetta tal-gvern numru 18432 tat- 02 ta’ Ġunju 2009.

Bini ta' airstrip f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritlux xi rakkmandazzjoni li ġejja mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-MCESD biex isir studju ta’ fattibilita’ dwar bini ta’ airstrip f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq din ir-rakkmandazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma rċevejt xejn minn dak li qed isemmi hu.

Kottonera Waterfront Group u Port Kottonera — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt għall-iżvilupp tal-Kottonera Waterfront, kemm dak tal-Kottonera Waterfront Group kif ukoll tal-Port Kottonera fit-termini taż-żmien kif previst fl-istess kuntratt? Jekk fl-affermattiv, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplet kif previst fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tignè Ponit u Manoel Island — xogħlijiet fuq proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previst skond il-kuntratt tal-MIDI kemm f'Tignè Point kif ukoll f'Manoel Island b'mod partikulari meta mqabbel maż-żmien li kellhom jitlestew skond l-istess kuntratt? Jekk fl-affermattiv, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplet kif previst fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Delimara — power plant - impatt ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8794 u jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Smart City — kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal il-proġett ta' Smart City? Jista' jgħid kemm huma l-impjegati li ġew reklutati f'din l-aħħar sena? Jista' jgħid hux minnu li l-istess proġett tilef wieħed mill-kuntratturi li kien qed iforni xogħol lill-istess proġett? X'inhuma l-projections li għandu l-Gvern dwar l-istess proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Proġett ta' Smart City hu proġett privat u konsegwentement ma nistax nirrispondi l-ewwel tliet mistoqsijiet. Il-Projections tal-Gvern huma stipulati fil-kuntratt taċ-ċens li ġie approvat fil-Parlament.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett ta' Smart City

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8446 u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Smart City fid-diversi aspetti tiegħu u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti minn-naha, u l-impriza koncernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewg naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-progett u f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Tahal report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8781 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3216, jista' jgħid jekk dan ir-rapport ġiex finalizzat? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8667, 8452 u 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta Waterfront mill-Viset — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8849 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-Valletta Waterfront mill-Viset? Jekk fl-affermattiv, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplet kif previst fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8647 .

Persuni b'diżabilità — eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq

Question

Peress li issa in konsegwenza tat-talbiet li saru fuq ħlas tad-dazju fuq il-vetturi, il-persuni b'diżabilità ġew affetwati avversament, jaħseb il-Ministru li ta' l-inqas dawn il-persuni għandhom jiġu eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Burmarrad saż-Żebbiegħ — linking function - irranġar

Question

Billi t-triq li twassal minn Burmarrad saż-Żebbiegħ għandha funzjoni importanti bħala linking function u billi f'din it-triq hemm madwar żewġ kilomentri tul li mhumiex tajbin għal użu mill-vetturi, minħabba l-istat tat-triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata wiċċ bit-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produzzjoni tal-ilma — prezz medju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7726 u jgħid kemm kien ikalkulat il-prezz medju f'ċifra ta' flus għall-produzzjoni ta' litru ilma mill-impjant tar-Reverse Osmosis f'pajjiżna matul 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-prezz medju għall-produzzjoni tal-ilma mill-impjant tar-Reserve Osmosis matul l-2008 kien ta' €0.37 kull metru kubu.

Produzzjoni tal-ilma — flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7725 u jgħid, illum, kemm huma kalkulat li tiswa f'ċifri ta' flus il-produzzjoni ta' litru ilma mill-impjanti tal Reverse Osmosis f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bil-prezzijiet t-Ottubru 2008, l-ispiża tal-produzzjoni tal-ilma hija ta' €0.37 kull metru kubu.