Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21956 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Passaġġi fil-Kampanja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il passaġġ fil-kampanja ġie miksi bil-konkrit jew b’materjal ieħor fl-2009 u din is-sena s’issa? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull passaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-lista u pjanti ta' passaġġi fil-kampanja miksija bil-konkrit jew b'materjal ieħor din is-sena s'issa huma kif jidhru fid-dokumenti li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 13549/09.
Leg 11 PQ #21957 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapital III

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2010 taħt il-Vot Kapitali III item 7239 Eco-Gozo? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 21706.
Leg 11 PQ #21948 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — siġar u arbuxelli mħawlin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm siġar u arbuxelli tħawlu din is-sena sal-lum u kemm se jitħawlu fl-2011 fit-toroq u wesgħat f'Għawdex? Tista’ tagħti din l-informazzjoni siġar għalihom u arbuxelli għalihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 sal-lum tħawlu 928 siġra u 19,935 arbuxelli fit-toroq u wesgħat f'Għawdex. Jien infurmata wkoll li għas-sena 2011 qiegħed jitħejja l-programm ta' tħawwil.
Leg 11 PQ #22062 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nuqqas ta' Diovan 80 fl-ispiżeriji Għawdxin

Question

Peress li fil-farmaċiji ta' Għawdex u dik tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm nuqqas ta' Diovan 80, tista' l-Ministru tara li dawn il-pilloli jiġu suppliti biex ikun jista' jinqeda l-pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, il-pazjenti ma naqsu qatt li jiġu mogħtija d-Diovan 80 fejn dan kien meħtieġ. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċini provduti fl-ispiżeriji affiljati fl-iskema Pharmacy of Your Choice f'Għawdex, bħal dawk f'Malta, huma amministrati mill-Ministeru tas-Saħħa. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lil dan l-istess Ministeru.
Leg 11 PQ #22065 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema tas-Central Sterile Services Department — trasferiti f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni ħaddiema tas-Central Sterile Services Department fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġew infurmati li se jintbagħtu jaħdmu Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 21874.
Leg 11 PQ #21818 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ ħitan tas-sejjieħ inbnew fid-diversi lokalitajiet f’Għawdex matul l-2009 u l-2010? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? Tista’ tagħti r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-2010 sa issa nbnew 2043 metri kwardu ta' ħitan tas-sejjieħ bi spiża ta' €2,381. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14209.
Leg 11 PQ #21819 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu s’issa biex il-Ministeru għal Għawdex jiġi ristrutturat? Tista’ tgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet li ngħataw lill-karigi li nħolqu ġodda? Min kellu dawn ir-responsabbilitajiet qabel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li ġew maħluqa tliet pożizzjonijiet. Dawn huma dik ta' Direttur Ġenerali (Strategy and Support), dik ta' Direttur (Eco Gozo Regional Development) u Direttur (Tourism and Economic Development). Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Position Descriptionta' kull waħda minn dawn il-pożizzjonijiet. Dawn huma responsabilitajiet ġodda relatati mal-istrateġija tal-Gvern biex titmexxa l-pjan lejn il-kunċett ta' Għawdex bħala gżira ekoloġika u emfasi akbar fuq il-ħtieġijiet tat-turiżmu f'Għawdex u l-possibilta' ta' aktar impjiegi għall-Għawdxin.
Leg 11 PQ #21874 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

ħaddiema Għawdxin mibgħuta Malta minħabba sterelizzar ta' apparat

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex se jintbagħtu Malta kull filgħaxija fl-Isptar Mater Dei biex jisterilizzaw l-apparat mediku li jintuża fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u dan meta qegħdin isiru t-testijiet neċessarji mill-uffiċjal inkarigat għall-istess fini f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' sterilizzar ta' apparat mediku fil-preżent jsir mill-ħaddiema Għawdxin fl-Isptar Ġenerali t'Ghawdex.
Leg 11 PQ #21812 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq il-Ġebla tal-Ġeneral — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta suppost li jitlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Ġebla tal-Ġeneral skont il-kuntratt ta’ dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fuq Triq il-Ġebla tal-Ġeneral għandu jitlesta fil-25 ta' Frar 2011 skont il-kuntratt tal-proġett.
Leg 11 PQ #21813 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta suppost li jitlestew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli San Lawrenz skont il-kuntratt ta’ dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli San Lawrenz, għandhom jitlestew fi żmien erbgħin ġimgħa mill-ordni biex jibda x-xogħol.
Leg 11 PQ #21814 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — grant agreement

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 18645 u 19001 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Tista’ l-Ministru tgħid għaliex f’5 xhur ma kenitx kapaċi sempliċement tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li ilu għandha żmien twil?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-grant agreement qed jiġi finalizzat.
Leg 11 PQ #21815 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 18644 u 19002 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett tal-Villa Rundle iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Ujoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Tista’ l-Ministru tgħid għaliex f’5 xhur ma kenitx kapaċi sempliċement tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li ilu għandha żmien twil?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21816 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq residenzjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ toroq residenzjali ġodda nbnew fid-diversi rħula t’Għawdex, skont ir-raħal, matul l-2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar toroq residenzjali li saru mill-Gvern Ċentrali fl-2010, ninsab infurmata li matul din is-sena saru xogħlijiet ta' kisi f'toroq ġodda fl-Għarb u x-Xagħra u ġew asfaltati mill-ġdid partijiet minn triq fir-Rabat u oħra fin-Nadur b'total ta' 3,300 metri kwadri.
Leg 11 PQ #21817 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Farm access roads

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ passaġġi fil-kampanja (farm access roads) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2009 u l-2010? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhi r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-2010 sa issa saru 2615 metri kwadru ta' passaġġi fir-raba' bi spiża ta' €17,476. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol. Dwar partijiet oħra tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 14207.
Leg 11 PQ #21806 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapital 7228 — General Improvements

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7228 General Improvements? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-item 7228 'General Improvements' hu intiż biex ikopri titjib ġenerali li għandu x'jaqsam, fost l-oħrajn, mar-ristrutturar li seħħ fil-Ministeru għal Għawdex kif ukoll mat-tlestija ta' uffiċċji relatati ma' 'back office'.
Leg 11 PQ #21807 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot Kapital 7228 — European Union Structural Funds

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7228 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Vot Kapitali III item 7228 m'għandux x'jaqsam mal-Fondi Strutturali 2007-2013.
Leg 11 PQ #21808 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot tal-Ministeru għal Għawdex fil-budget tal-2011

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 li matul is-sena li għaddiet qasmu lejn Għawdex 4 miljun ruħ u 1 miljun karozza? Tista’ tgħid din l-istatistika minn fejn ġabitha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li d-diskors tiegħi msemmi kien ibbażat fuq ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fit-12 ta' Ottubru 2010 dwar it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex li jindikaw li fl-2009 qasmu 1,069,331 vettura u 3,792,041 passiġġier.
Leg 11 PQ #21809 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet f'Villa Rundle

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 li x-xogħlijet li qed isiru f’Villa Rundle se jitlestew fi żmien ftit ġimgħat oħra? Tista’ tgħid meta huma suppost li jitlestew skont il-kuntratt ta’ dawn ix-xogħlijet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru fl-Estimi għall-2011 jiena għidt 'bħalissa qegħdin nirristrutturaw Villa Rundle u għaddejjin bix-xogħol biex ftit xhur oħra nerġgħu nagħtu lill-Għawdex u lil kull min iżur lill-Għawdex ġnien, ristrutturat, ġnien isbaħ ...'. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol għaddej biex dak li qed inwegħdu jitwettaq.
Leg 11 PQ #21810 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieqa Waterfront — proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta suppost li jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront skont il-kuntratt ta’ dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija huma mistennija li jkunu lesti sal-aħħar tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #21811 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq ta' Pinu — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta suppost li jitlestew ix-xogħlijiet fuq it-Triq ta’ Pinu skont il-kuntratt ta’ dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħlijiet skont il-kuntratt huma mistennija li jkunu lesti sal-aħħar ta' din is-sena.