Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-ħanut indikat separatament jingħata spazju quddiemu fejn suppliers jistgħu jipparkjaw biex iħottu l-provvisti tagħhom fil-ħanut għaliex fl-istess triq m'hemm l-ebda spazju fejn jipparkjaw vetturi biex iwasslu supplies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8411 u 7727 u jgħid illum kemm huwa kalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali (u fil-każ liema huma) jew individwi li fetħu kawża lill-
Malta Communications Authority
minħabba li ġiet stallata antenna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita ġiet notifikata b'protest magħmul mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Lija flimikien ma' terzi persuni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħdux passi biex jitneħħa arblu tad-dawl f'nofs ta' triq, fi Triq Ġdida f'Baħar l-Iswed, The Village, San Giljan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kercem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-Awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, jista` l-Ministru jara kif tista' tigi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 8446 u 9123 u jagħti rendikont ta’ fejn wasal s'issa l-proġett ta’ Smart City fid-diversi aspetti tieghu u fid-dawl tal-obbligi li assumew il-Gvern Malti min-naħa, u l-impriża konċernata min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miri tal-proġett skont il-kalendarju stabbilit fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat, in segwitu tar-riżoluzzjoni parlamentari dwar il-proġett u f’rabta ma’ obbligi assunti lejn terzi parti minħabba l-ftehim ta’ bejniethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' l-obbligi kuntrattwali ta' SmartCity (Malta) versu l-Gvern Malti, il-Kumpanija ħabbret il-bidu tal-kostruzzjoni fl-istess xahar (Novembru '08) meta ħareg il-permess għall-izvilupp ta' l-ewwel blokk ta uffiċini (SCM 01). Il-pjan huwa li dan il-blokk jitlesta sal-1 ta' Lulju 2010.
Fir-rigward ta' l-obbligi tal-Gvern, il-'Government Services Unit' gie mwaqqaf biex ikun il-punt ta' referenza mal-Gvern għall-investituri fi-SmartCity. Il-Government Services Unit zviluppa numru ta' 'service level agreements' ma' entitajiet responsabbli minn servizzi li se jingħataw lill-kumpaniji li se jkunu fi SmartCity. Fix-xhur li ġejjin mistennija jingħalqu is-'service level agreements' li baqa'. L-Enemalta bdiet it-tħaffir tal-mina bejn M'Scala u SmartCity filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tkompli bil-bini tal-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'tal-Barkat kif ippjanat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Porzjunkula, l-Qawra, San Pawl il-Baħar tiġi asfaltata mingħajr iktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq residenzjali li se jsiru din is-sena qegħdin fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament tat-toroq mill-lista oriġinali jsiru aktar tard.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm pelican lights li huma diġa' approvati, u li ilhom approvati għal ċertu żmien, li iżda baqgħu qatt ma twaħħlu? Fejn jinsabu dawn id-dwal approvati u mhux imwaħħla? Meta hu mistenni li fil-fatt jitwaħħlu f'posthom u jinxtegħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8997 u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-proġett li hu maħsub li se jibda sal-aħħar ta' din is-sena huwa l-proġett tal-Pjazza ta' San Ġorġ li ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8837 peress li fi stqarrija li għamel il-Ministru żmien ilu kien stqarr illi mill-hedging agreements il-Korporazzjoni Enemalta għamlet profit, x'inhi r-raġuni li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8837, hu għamel referenza għal telf mill-hedging? Kemm kien it-telf mill-hedging matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis
Question
B'referenza għat-tniġġis tal-livelli tan-nitrati u tniġġis ieħor tal-aquifer, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-aktar żoni/lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis f'Malta u Għawdex rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi t-Triq tas-Salib, limiti tar-Rabat jeħtieġ li tingħata wiċċ tarmac għaliex qed tkun ta' żvantaġġ għar-residenti, bdiewa Maltin u turisti li jiffrekwentawha, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet in kwestjoni isiru immedjatament u dan b'rispetti lejn il-partijiet konċernati? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed jirreferi għaliha ssir meta ir-riżorsi jippermettu.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' relazzjoni hemm bejn il-kunsilli lokali u l-
Malta Communications Authority
?
Qabel ma ssir xi antenna fuq xi bejt ta' xi lokalità, il-
Malta Communications Authority
tagħmel kuntatt mal-kunsill lokali ta' dak il-post fejn tkun ser tiġi stallata l-antenna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority dejjem żammet relazzjonijiet tajbin ma kull entitita’ li jkollha kuntratt magħha minħabba r-rwol regolatorju li għandha inkluż, fejn u meta kien hemm il-bżonn, il-Kunsilli Lokali.
Madankollu fil-każ ta’
antennae
li jitwaħħlu fuq il-bjut, ir-rwol tal-Awtorita’ mhux dak li tawtorizza fejn u kif titwaħħal stallazzjoni iżda li tali stallazzjoni tkun konformi mal-obbligi tal-liċenzja ta’ komunikazzjoni maħruġa mill-Awtorita’.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq:
a)
Coleridge Street
b) Nazju Ellul Street
ċ) Belvedere Street
d) Edgar Bernard Street
fil-Gżira? Jista' jindika ukoll id-data approssimattiva ta' tlestija? Jaf il-Minsitru li dawn it-toroq kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena li għaddiet (2008) skond kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9096, 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina?
Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju ta’ din is-sena? Kif jipparagunaw dawn il-figuri mas-sena ta’ qabel?
Kemm minnhom kienu ta’ ċilindratura fuq l-1600cc fis-sena 2008 u 2009? Kemm minn dawk importati din is sena huma second hand cars mir-Renju Unit u x’kien il-valur totali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju ġew reġistrati is-segwenti numru ta’ karozzi;
Perjodu
0 sa 1599cc
1600cc il’ fuq
Jannar sa Mejju 2008
4165
1409
Jannar sa Mejju 2009
5156
2563
Rigward l-importazzjoni ta'
second hand cars
, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-kwestjoni tal-vetturi mingħajr numri tar-reġistrazzjoni li kienu Malta (undocumented vehicles), jista' l-Ministru jgħid għaliex wara kważi sena li għalqet din l-iskema, ħadd għadu ma ngħata numru tar-reġistrazzjoni biex ikun jista' juża vettura vverifikata bħala genuine classic?
Jista' jgħid għaliex minkejja li ħafna applikazzjonijiet kienu eżaminati mill-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, u vverifikati bħala vetturi ġenwini, xorta waħda min-naħa ta' l-Awtorità dwar it-Trasport ma ħareġ xejn?
Jista' jispjega għaliex meta applikanti li ilhom żmien jistennew, jmorru jistaqsu lill-Awtorità dwar it-Trasport x'inhuma r-raġunijiet tad-dewmien kollu, r-risposta tkun li "weħlu l-files għand il-Ministeru tal-Finanzi" iżda meta dawn l-istess applikanti jistaqsu għand il-Ministeru tal-Finanzi, r-risposta dejjem tkun li l-files kienu pproċessati u qegħdin għand l-Awtorità dwar it-Trasport?
Jista' jagħti deadline raġonevoli biex din il-kwestjoni tkun riżolta, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-Awtorità dwar it-Trasport għandu f'idejh eluf ta' euros tan-nies, liema flejjes kienu tħallsu madwar sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT irċeviet madwar 560 applikazzjoni fuq it-tip ta’ karozzi li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant. Dawn l-applikazzjonijiet kienu kollha vverifikati mill-ADT u wara anke mill-Federazzjoni Maltija tal-Vetturi Antiki sabiex jkun stabbilit jekk dawn il-vetturi humiex ġenwinament ta’ tip Classic, Vintage jew Veteran u jekk id-dettalji fl-applikazzjoni kienux awtentiċi. Dan il-proċess ħa ftit żmien peress li kull dettal tal-vettura ried ikun ivverifikat mas-sistema kompjuteriżżata tal-VERA sabiex jkun stabbilit jekk vettura kinitx verament minn dejjem hawn Malta iżda bla dokumenti ta’ reġistrazzjoni jew inkella jekk fil-fatt il-karozza kinitx waħda impurtata.
Li jonqos huwa li, fil-konfront tal-vetturi li nstabu li kienu ġenwini, tinħareg eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi. Hekk kif din l-eżenzjoni tingħata l-ADT tkun tista’ tkompli tipproċessa l-applikazzjonijiet sabiex toħroġ il-permessi neċessarji skont il-każ.