Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22765 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Masterplans għall-Marsalforn u Xlendi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 21954 u 22448, tista’ l-Ministru tgħid min qed iħejji l-masterplans (i) għall-bajja ta' Marsalforn u (ii) għall-bajja tax-Xlendi? Tista’ tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender? Sar xi kuntratt għal dawn ix-xogħlijiet? X’inhi l-ispiża kuntrattwali għal kull wieħed mix-xogħlijiet? Meta hija d-data kuntrattwali għat-tlestija ta’ kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi qed isiru minn Perit impjegat tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #22700 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot kapitali III item 7211

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22206 dwar Vot Kapitali III item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry, tista’ l-Ministru tgħid dwar kull proġett imsemmi x’inhuma u kemm huma l-ispejjeż l-oħra li mhumiex eliġibbli taħt dan il-Vot? Tista’ tgħid kemm tħallas VAT taħt kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispejjeż l-oħra, li mhumiex eliġibbli taħt dan il-Vot, tal-proġetti msemmija fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22206/10 huma relatati mal-utility services, liema spejjeż għadhom ma tħallsux. S'issa l-ammont ta' VAT li tħallas fuq il-proġetti msemmija huwa ta': €186,333.59 (Villa Rundle) € 3,355.93 (Żewwieqa) € 25,124.04 (Operating Theatre & Radiology Unit) € 724.45 (Higher Education Courses).
Leg 11 PQ #22453 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet fuq Triq ix-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fuq it-triq tax-Xlendi tlestewx kollha? Jekk fl-affermattiv, kemm saru pagamenti s’issa u x’jonqos jitħallas? Jekk ix-xogħlijiet għadhom ma tlestewx, x’jonqos isir? Meta mistennija li jkunu tlestew kollha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li fadal x'isiru huma xogħlijiet żgħar u l-aħħar parti tal-istorm water culvert mill-parking area sal-bajja, liema xogħlijiet huma mistennija li jkunu lesti fl-ewwel kwart ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #22448 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn u x-Xlendi — masterplans

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21954, tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jitlesta x-xogħol fuq il-masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi x-xogħol fuq il-masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin.
Leg 11 PQ #22213 Sitting 298 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru tal-Istudji Turistiċi — ħlas lill-kuntrattur fuq il-proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-bini taċ-Ċentru tal-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22214 Sitting 298 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat f'Għawdex — ħlas lill-kuntrattur fuq il-proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-estensjoni taċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat u l-bini ta’ Ċentru għall-Iżviluipp tal-Artiġjanat f’Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22215 Sitting 298 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proġett ta' niche tourism

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett Niche Tourism for the Island of Gozo li sar taħt il-Budget Ewropew 2004-2006? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22216 Sitting 298 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — San Lawrenz - proġett tal-bini fuq triq San Lawrenz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas kull kuntrattur fuq il-proġett tal-bini mill-ġdid tat-triq San Lawrenz, Rabat Għawdex? Kemm ingħataw kuntratti, lil min u għalxiex? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22207 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xogħol ta' Back Office

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21806, tista’ l-Ministru tgħid fejn huwa s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office? Meta beda u jekk bediex ix-xogħol fuq dawn l-uffiċċji? Jekk ma bediex meta mistenni li jinbeda? Meta mistenni li jitlesta? Liema xogħol ta’ back office ġie magħżul li jiġi trasferit għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sit magħżul għal xi uffiċċji relatati ma' back office jinsab f'parti mill-iskola Roża Magro fix-Xewkija. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f'Lulju 2010 u għandhom jitlestew f'Marzu ta' din is-sena. Id-diskussjonijiet rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija għadhom m'humiex konklużi.
Leg 11 PQ #22208 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati fuq roster

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21704, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull talba li saret u ta’ kull approvazzjoni li ngħatat għar-rosters ġodda li ngħataw fil-Ministeru tagħha matul l-2010? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rilaxx ta’ kull impjegat mill-post fejn kien jaħdem qabel ma ngħata r-roster?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Inħoss li r-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21704 hija suffiċjenti u għaldaqstant m'għandix x'inżid aktar magħha.
Leg 11 PQ #22209 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrence - xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ngħatat l-ordni biex jibdew ix-xogħlijiet fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ordni biex jibda x-xogħol ingħatat b'effett mis-6 ta' Diċembru 2010.
Leg 11 PQ #22211 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Turiżmu intern f'Għawdex

Question

B’referneza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21808, tista’ l-Ministru tikkonferma dak li qalet lil din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar il-Vot tal-Ministeru tagħha fil-Budget għall-2011 u ċioe’ li “f’dak li huwa turiżmu intern s-sena l-oħra qabeż il-miljun vettura u kważi 4 miljun passiġġier”? Tista’ l-Ministru tikkonferma li n-numri li tat huma żbaljati u li t-turiżmu intern f’Għawdex kien ferm anqas milli qalet hi? Jekk fl-affermattiv, tista’ titlob skuża lill-Kamra u lill-poplu tat-tagħrif żbaljat li tat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif diġa għidt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21808 id-diskors tiegħi msemmi kien ibbażat fuq ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant dawn huma ċifri uffiċċjali u huma bbażati fuq in-numru ta' biljetti li jkunu nxtraw biex vetturi u passiġġieri jaqsmu l-fliegu.
Leg 11 PQ #22142 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22206 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Vot kapitali III item 7211

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu programmat li jsir fl-2011 taħt il-Vot Kapitali III item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 (i) Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-programm li ser isir taħt il-Vot Kapitali III Item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 jinkludi l-proġett tal-Villa Rundle, il-proġett taż-Zewwieqa, parti mill-proġett tal-Operating Theatre u tar-Radiology Unit, il-proġett tal-Higher Education Courses to address Skills Mismatches in Gozo u dak ta' Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Villa Rundle hija stmata €883,934.35. Ix-xogħolijiet bdew fit-tieni kwart ta' 2010 u mistennija jispiċċaw fit-tielet kwart tal-2011. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett taż-Żewwieqa hija stmata €6,165,173.25. It-tmiem ta' dan il-proġett jiddependi minn meta jispiċċa l-proċess ta' tendering tax-xogħolijiet. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Operating Theatre hija stmata €1,065,360.20. It-tmiem ta' dan il-proġett jiddependi minn meta jispiċċa l-proċess ta' tendering tar-refurbishment tal-operating theatre. L-ispiża ta' xogħlijiet li fadal li jsiru fuq il-proġett tal-Higher Education Courses to address Skills Mismatches in Gozo hija stmata €46,450. Il-proġett beda fl-aħħar kwart tal-2009 u mistenni jispiċċa fit-tielet kwart tal-2013. L-ispiża fuq il-proġett tat-Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce hija stmata €99,770. Il-proġett beda fl-aħħar kwart tas-sena 2010 u mistenni jispiċċa fl-ewwel kwart tal-2011. Dawn l-istejjem jinkludu l-VAT u spejjeż oħra li mhumiex eliġibli taħt dan il-Vot.
Leg 11 PQ #22016 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li t-triq tax-Xlendi se tkun lesta minn kollox sal-aħħar ta’ Diċembru 2010? Jekk fin-negattiv, xi jkun jonqos isir u meta mistennija li tkun lesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20560.
Leg 11 PQ #22019 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — strateġija ta' Eko-Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 21706, tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti mibdija matul l-2010 u li se jitkomplew fl-2011 taħt Eko Għawdex? Tista’ tgħid kemm se jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti u kemm mistenni li jitħallsu flus taħt kull proġett fl-2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġetti mibdija din is-sena u li se jitkomplew is-sena d-dieħla jinkludu ġnien ġdid f'Marsalforn, l-Iżvilupp ta' Strateġija għar-Riżorsi Umani f'Għawdex, proġetti ta' afforestazzjoni, skema għar-restawr ta' Rdieden tar-Riħ, kampanja ta' marketing internazzjonali għal Għawdex bħala destinazzjoni għall-għadds, l-iżvilupp tal-Farm Sperimentali f'Ċentru ta' Riċerka, it-tindif tal-Widien, programm ta' monitoraġġ tal-ibħra madwar Għawdex, l-estensjoni ta' xogħolijiet ta' landscaping, Energy Audits fil-proprjetajiet tal-gvern, il-kampanja edukattiva fl-iskejjel, kampanji għat-tfal dwar ħajja attiva u healthy eating, il-Proġett ICER dwar destinazzjonijiet rurali, kampanja ta' edukazzjoni u awareness dwar il-pestiċidi, riċerka dwar il-potenzjal t'Għawdex fil-kamp tal-enerġija alternattiva, l-bini jew restawr ta' ġibjuni għall-ilma u skemi għal proġetti marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex mill-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet volontarji Għawdxin. Peress li numru ta' proċessi ta' tendering jew għażla għadhom mhux konklużi, l-ispiża finali ta' dawn il-proġetti għadha mhix magħrufa.
Leg 11 PQ #22134 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22175 Sitting 295 2010-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — mediċini out of stock

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock il-Vastarel mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u mill-ispiżeriji li qed jipparteċipaw fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Għawdex? Billi f'Malta min ma jsibx il-mediċina fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħu jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa jkun jista' jmur jiġbor l-mediċina mill-Isptar Mater Dei, f'Għawdex minn fejn jista' jiġbor il-mediċina min ma jsibix fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħu? Tikkonsidra l-Ministru li għandu jingħata xi forma ta' kumpens lil min mhux isib il-mediċini fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pilloli Vastarel kienu ilhom neqsin mill-Ispiżerija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minn Lulju 2010. L-ispiżerija tal-Isptar ta' Għawdex ingħatat 2400 pillola Vastarel mill-Government Pharmaceutical Services fil-25 ta' Novembru 2010, għall-pazjenti rikoverati fis-swali. Il-Vastarel (Trimetazidine 20mg tablets) bħalissa qiegħed in stock u ġie mqassam fl-ispiżeriji kollha li qed jipparteċipaw fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex.
Leg 11 PQ #21954 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

titjib f'Marsalforn u Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’titjib hu maħsub li jsir fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi? Tista’ tgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet fuq dawn il-proġetti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi fil-preżent qed jitlesta x-xogħol fuq masterplans għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi.
Leg 11 PQ #21955 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti skemi eċċ. f'Għawdex konfinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Tista’ tgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.