Legislature:
Category:
Reset
Active:

Improtazzjoni ta' karozzi

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8783, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li huma vetturi li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan ta' l-opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan ta' l-opri tal-baħar, matul l-2008 u sa April 2009? Kemm hemm persuni li ilhom jistennew li jkollhom il-liċenzja mogħtija lilhom mill-Awtorità Marittima ta' Malta? Kemm hemm persuni li għandhom applikazzjoni pendenti biex ikollhom l-liċenzja mogħtija lilhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2008, inħarġu 720 liċenzja għas-sewqan ta’ opri tal-baħar, filwaqt li bejn Jannar u April 2009 it-total kien ta’ 88. Bħalissa hemm 14-il applikazzjoni pendenti għal din il-liċenzja.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta bdiet tiġi użata s-sistema ta' €2 kuljum late payment fee u €30 administration fee mill-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm inġabru flus b'dan il-ħlasijiet ta' late payment fee, u qabel ma għadda mill-Parlament l-Att Nru VI ta' l-2009, a bażi ta' liema liġi kienu qed jiġu mposti dawn il-multi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xlendi — Xiri ta' bagi għal cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-tender specifications għax-xiri tal-baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners fix-Xlendi? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn it-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Triq San Ġorġ Preca - loading/unloading bay

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi ta' Librerija Preca (tas-soċjetà tal-MUSEUM) fi Triq San Ġorġ Preca, il-Marsa, issir loading/ unloading bay minħabba li qed ikun diffiċli biex stampaturi u xerrejja jħottu u jgħabbu, rispettivament, kotba għal din il-librerija pubblika? Jista' jara li ssir bay simili (forsi wkoll oħra fejn jistgħu jieqfu xerrejja privati) minħabba li dan in-nuqqas qed iwassal għal nuqqas ta' xogħol lil din il-librerija?

Response (GATT, AUSTIN)

Għalkemm ninsab infurmat li l-ADT qatt ma rċeviet talba għall-un/loading bay imsemmija, ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Żejtun — Misraħ Karmnu Grima - problema fis-servizzi tal-ilma

Question

Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9014 u jgħid jekk hux minnu jew le li f'Misraħ Karmnu Grima fiż-Żejtun għandhom xi problema fis-servizz tal-ilma? Jekk fl-affermattiv x’inhi din il-problema u meta huwa maħsub li tissewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi — ħsara fl-apparat domestiku minħabba power surge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-familji li sofrew ħsara fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li ġrat fil-11 ta' Marzu, 2009 fi Triq Santa Margerita, Triq Pawlu V1, Triq il-Wied, Triq Dun Manwel Zammit u Triq Ramija fis-Siġġiewi, se jingħataw refund mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħsara li sofrew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex- Xagħra — Triq Ġnien Xibla - Pressa tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9323 u cioè: Peress li r-residenti fit-tarf ta' Triq Ġnien Xibla, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw għaliex m'hemmx pressa ta' l-ilma u qed ikollom inkonvenjent minħabba dan? Jista' jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax illi fl-imsemmija triq kien jew hemm xi rapporti ta’ pressa baxxa tal-ilma. Sadanittant, saret investigazzjoni f’din it-triq u nstab li l-pressa hija tajba ħafna.

Ċirkewwa — helipad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-bini ta' terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa, ġiex ikkunsidrat li jinbena helipad għaliex fejn ikun hemm il-bżonn ta' dan is-servizz, għalkemm l-istanzi naqsu ħafna minn meta daħlu fis-servizz il-vapuri il-ġodda, din il-helipad tkun ta' vantaġġ f'każ li l-vapur ma jkunx qed jaħdem minħabba maltemp għaliex b'hekk id-distanza tkun iqsar milli kieku helicopter jitlaq mill-ajruport internazzjonali b'vantaġġ ta' inqas ħela ta' fuel u ħin f'ċirkustanzi bħal dawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prezz medju ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8412 u 7728 u jgħid matul l-2008 kemm kien il-prezz medju ta' metru kubu drenaġġ trattat f'ċifra ta' flus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2008 l-prezz ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat kien ta' €0.29.

Mtafa Bypass — Tarmac Cracks

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8467, 7929, 7500, 6924, 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u cioè: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, jista' l-Ministru jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermattiv meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isir studju fuq dan il-każ mill-ADT u għandu jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.

Bidnija — Triq Ġirna - Xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7868, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq titnaddaf minn dak li tħalla fiha wara li sar ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jittieħdu l-passi neċessarji biex din it-triq tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Specifications fuq reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema specifications jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta dawn jiġu biex jagħmlu reinstatement tal-postijiet f'toroq maqlugħa mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jsegwu l-i specifications stabbiliti bl-Avviż Legali 364 ta’ l-2003 – Road Works (Design and Construction Standards) Regulations 2003 .

Ħamrun — Triq Wenzu Dyer

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' tqegħid ta' asfalt u tarmak fi Triq Wenzu Dyer, Ħamrun?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li kont tajtu għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3421, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq residenzjali li se jsiru din is-sena.

spezzjoni fuq it-tappieri u spralli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni fuq it-tappieri u spralli oħra li għandna mifruxa fit-toroq Maltin, u dan biex jiġi identifikat fejn hemm bżonn li jiġu rranġati? B'mod partikolari jista' jieħu l-passi neċessarji biex it-tappiera li hemm fit-tarf tal-bypass San Pawl il-Baħar hekk kif taqbad it-triq ta' Għajn Tuffieħa tiġi rranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Għawdex - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq toroq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9002 u jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanazjarja kemm intnefqu flus f’toroq prinċipali li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u mhux minħabba l-emerġenza tal-maltemp, li ngħataw it-tarmac jew inbnew mill-ġdid? F’liema lokalitajiet kienu u kemm intnefaq f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq toroq ta' żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9004 u jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja kemm intnefqu flus f’toroq li jifformaw parti minn żoni industrijali? F’liema żoni saru? Meta saru? X’hemm ipproġettat għall-bqija ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.