Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki f'kull qasam industrijali separatament? Jista' jġħid kemm timpjega nies kull waħda minnhom maqsum skont minn 1-5 impjegati, minn 6-50 impjegati, minn 51 - 100 impjegati u aktar minn 100 impjegat u skont fejn qegħdin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-MIP huwa ta’ 675, u l-informazzjoni mitluba ddettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hemm imbagħad numru ta’ fabbriki oħra f’żoni industrijali f’art tal-privat, li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità diretta tal-MIP, u għaldaqstant mhumiex inklużi mal-informazzjoni li qed tingħata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fejn hu mitlub in-numru ta’ impjegati li jħaddmu dawn il–fabbriki, nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-ETC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li għandhom arretrati fuq ħlas ta' kera? Kemm hu l-ammont totali li għandu jinġabar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta kumpaniji li għandhom arretrati huwa ta’ 376. L-ammont ta’ arretrati ta’ kera sal-lum huwa ta’ €9,972,774.08. Dan jinkludi ammont ta’ madwar €4,343,250 minn kumpaniji li m’għadhomx joperaw mill-fabbrika allokata lilhom. Qed isir eżercizzju sabiex jiġi stabbilit kemm fil-fatt minn dan l-ammont jista’ jinġabar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ilmenti f'isem il-kostitwenti
Question
Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?
Response (FENECH, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-
Customer Care
li hemm f’kull Ministeru.
Enemalta — Sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija mal-mistoqsija parlamentari 17703, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm sejħa għal tendersgħal Health and Safety Consultancy Services mal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għal Health, Security and Safety Consultancy Services se toħroġ fil-ġranet li ġejjin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18574 dwar l-insurances tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hu l-
premium
li jitħallas għal din il-polza;
b) kemm hu l-brokerage li jaqla' l-insurance broker fuq din il-polza;
ċ) huwiex il-każ li jkun hemm tender kull tant żmien biex jiġi stabbilit jekk kundizzjonijiet aħjar jistgħux jiġu ottenuti kemm mingħand il-brokers kif ukoll mingħand l-underwriters?
Dan fid-dawl tal-kompetizzjoni li teżisti fil-kamp tal-assigurazzjoni kif ukoll biex il-Korporazzjoni Enemalta tkun ċerta li l-aħjar prezzijiet u servizz qed jiġi ottenut?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18661 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fabbriki joperaw fiż-żoni industrjali f’Għawdex? Jista’ jgħid x’jipproduċu u kemm iħaddmu nies? Kemm minnhom jesportaw il-prodotti tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fiż-żoni industrijali Għawdxin li huma amministrati mill-Malta Industrial Parks (Xewkija u Ta’ Dbiegi) hemm 72 fabbrika. Dawn joperaw fil-manifattura ta’, prodotti ta l-ikel, għamara, plastic, artiġjanat, metalli, stampar, inġinerija u servizzi.
Il-Malta Enterprise hija infurmata li 6 minn dawn il-kumpanniji diġa jesportaw il-prodotti tagħhom. Ta’ min jinnota li il-klijenti ma għandhom ebda obbligu legali li jinformaw lil Korporazzjoni dwar l-esportazzjoni li jagħmlu.
Nitlob l-Onorevoli Interperllant biex jagħddi il-parti tal-mistoqsija dwar l-impjieg lil Ministru responsabbli mill-ETC.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena kemm kienu s-servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minħabba kontijiet pendent? Jista’ jindika kemm minn dawn kienu servizzi domestiċi u kemm minnhom kienu kummerċjali?
Jista' l-Ministru jindika kemm pajjiżna għandu emergency oil available għalih f każ li pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jaqtgħu s-supply taż-żejt taħt il-ftehim bejn Malta u l-Italja? Taħt ċirkostanza ta emerġenza għal kemm ġranet dan l-emergency oil ikun jista' jissodisfa r-rikjesta normali ta' pajjiżna?
proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li se jinbiegħu
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-proprjetajiet tal-gvern jew ta' korpi parastatali li huma mistennija li jitqiegħdu għall-bejgħ matul l-2010? Meta hu mistenni li joħorġu għall-bejgħ dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda tagħrif li se jsir bejgħ ta’ proprjetajiet ta’ korpi parastatali. Rigward il-proprjetà tal-Gvern, il-bejgħ isir wara li kull każ jiġi kkunsidrat u jekk jiġi deċiż li l-bejgħ jista’ jsir, tinħareġ sejħa għall-offerti.
Entitajiet governattivi permessi li jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat, lista tal-entitajiet kollha governattivi li minn Ġunju 1987 sal-lum, ingħataw il-permess mill-istess Ministeru biex jissellfu minn banek jew istituzzjonijiet finanzjarji kemm lokali kif ukoll barranin, filwaqt li jgħid x'inhu l-massimu li kull entità hi permessa tissellef?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji tal-awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tender jew direct order ta' kumnpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatatx xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA tat direct order wieħed lil MM&A għal xogħol ta’ żmantellar ta’ xi pajpijiet.
Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ffirmat ftehim ta’ manutenzjoni b’direct order mal-kumpanija MM&A Services Ltd. Dan il-ftehim jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
Kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document għall-estensjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document li ġabret il-BWSC għall-estensjoni tal-power station ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kopja tal-Kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document għall-estensjoni tal-power station, maħruġa nhar il-11 ta’ Novembru, 2006, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18769.
Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali taċ-Chairman u CEO
Question
B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances? Kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18719.
Jista' l-Ministru jikkonferma li turbina ta’ 60 MW, fil-Power Station tal-Marsa, li fil-ġimgħat li għaddew ma kenitx qed taħdem minħabba ħsarat, intbagħtet barra minn Malta biex tissewwa? Jekk iva, fejn intbagħtet, min għamel ix-xogħol u kemm sewa dan ix-xogħol? Jikkonferma li s-soltu tiswijiet bħal dawn kienu jsiru fit-Tarzna ta’ Malta u jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol kull darba li sar fit-Tarzna, b’mod separat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18670.
Jista’ l-Ministru jghid jekk il-gvern għandhux il-ħsieb li jirrialloka s-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana li jinsabu l-Port il-Kbir biswit il-cruise liner terminal għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv, xi ħsieb għandu l-Gvern għal dan il-bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda nformazzjoni jekk is-servizzi tad-Dipartiment tad-Dwana, li jinsabu fil-Port il-Kbir, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor.