Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr Għawdex — Bini ta' rmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9050 u jgħid jekk ingħatax xi kuntratt għal feasibility study/environmental impact assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/ijiet fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr Għawdex biex jintuża/w bħala cruise berth/s? Jekk ingħata, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 wara sejħa għall-offerti li nħarġet fl-istess sena,, ingħata kuntratt lill-ECORYS B.V. li kien jinkludi feasibility study u environmental impact assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-port tal-Imġarr Għawdex biex jintuża/w bħala cruise berth/s. L- Environmental Impact Assessment mistenni jitlesta din is-sena.

Offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8779 u jgħid jekk is-sejħa għall-offerti għat-trasport marittimu bejn Malta u Għawdex hijiex se torbot lill-kuntrattur li jħaddem b'mod regolari, tal-anqas kif inhu llum, is-servizz tal-cargo għal Sa Maison? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Imġarr - Rmiġġi roro

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9041 u jgħid jekk ngħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

St. Francis Foundation for Animals — eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee

Question

Billi fil-media kien hemm rapporti li St.Francis Foundation for Animals (SFFA) ma kenitx ser tibqa' taħdem fil-qasam tal-annimali billi l-gvern ma tax eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee għal żewġ vetturi li skond huma jintużaw għall-ġarr tal-annimali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy f'każ ta' talbiet bħal dawn, għall-eżenzjoni mit-taxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Triq San Ġorġ - xogħlijiet meħtieġa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma twettaq xogħol li kien u għadu meħtieġ li jsir fl-ewwel parti ta' Triq San Ġorġ u cioè bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, u dan biex l-inkonvenjenti kbar lir-residenti u lil dawk li jgħaddu minn din it-triq, fil-fatt jispiċċaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq ix-Xitwa - bini ta' sub station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' sub station li kien imwiegħed mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi kienx tlesta u dan bediex jiffunzjona minħabba li l-problema ta' vultaġġ baxx fit-toroq ta' l-inħawi għadha għaddejja? Jista' l-Ministru jinvestiga kif din il-problema tista' tkun solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq il-Wied - bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol tal-bankina ġdida li nbdiet fi Triq il-Wied, Ħal Qormi mill-Awtorità dwar it-Trasport waqaf f'dawn l-aħħar ġranet u qed ikun hemm dewmien fix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol minħabba l-inkonvenjent li jista' jinħoloq waqt il-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex, Kerċem — Katusa mgħottija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9385 u cioè: Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kercem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, jista` l-Ministru jara kif tista' tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li loading/unloading bay tneħħiet minn Alley 1 St.James Square ġewwa Ħaż-Żabbar meta din hija utli ħafna għal ħwienet li hemm fl-istess pjazza? Min iddeċieda li titneħħa u fuq liema kriterji? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex konsultat il-Kunsill Lokali jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza? Jekk le, ma jaħsibx li ilu li wasal ż-żmien li tieqaf din l-arroganza minn-naħa tal-awtorità ma ċertu kunsilli? Barra minn dan, tista' l-istess awtorità terġa' tagħmel din il-bay li fl-aħħar mill-aħħar ma kienet qed ittellef lil ħadd anzi kienet tgħin l-organizzazzjoni fil-pjazza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Triq Vittorio Cassar - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq Triq Vittorio Cassar ġewwa Wied il-Għajn li kienet imwiegħda li ser issir fil-programm ta' bejn l-2006 u l-2008 u sal-lum tinsab fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 9413.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-klijenta tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, intbagħtilha kont ta' €542.20c permezz ta' ittra ta' 28 ta' Novembru, 2008 u jgħid għalxiex qed jintalbu dawn l-€542.20c?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9372, 9096, 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-1 ta' Ġunju 2009, l-ADT kitbet lill-persuna li qed jirrefri għaliħa l-Onor. Interpellant dwar x'jista' jsir fuq il-każ.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9392, 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Karozza tal-linja bin-numru 300

Question

Peress li r-rotta numru 300 ma tkoprix ir-raħal ta' Wied il-Għajn (b'eċċezzjoni ta' darba għas-7.30 am) imma tasal biss sa Ħaż-Żabbar kull siegħa, jaħseb il-Ministru li dan mhuwiex sewwa mal-poplu ta' Wied il-Għajn li għandu jkollu aċċess bħall-irħula kollha l-oħra għall-Isptar Mater Dei u lura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament hemm żewġ ħinijiet bir-rotta 300 li jitilqu minn Wied il-Għajn. Dawn huma tas-6.30 u tas-7.00 ta’ filgħodu. Madanakollu, is-suġġeriment li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ dan is-servizz ser jiġi ikkunsidrat fil-qafas tar-riforma tat-trasport pubbliku.

Tabelli ta' rottot mal-bus stop

Question

Filwaqt li niringrazzja lill-Minisitru u l-Awtorità dwar it-Trasport għal inizjattiva li ħadu sabiex ma kull bus stop fil-Mosta illum għandha tabella li turi n-numri ta' rottot ta' servizz pubbliku. Madankollu nixtieq niġbed l-attenzjoni lill-awtorità li tabella ma bus stop li hemm fil-pjazza tal-Mosta għal xi raġuni inqagħlet u ma reġgħetx tpoġġiet f'postha. Jista' l-Ministru jara li l-awtorità terġa' tpoġġi it-tabella f'postha biex f'kull bus stop ikun hemm it-tabelli kollha meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-Awtorita konċernata.

Marsa — Powerstation - emmisjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi u liema metodu nħadmu l-figuri tal-emmisjonijiet ta' CO2 SO2 NOx u particular matter li qed jidhru f'advert li qed juri kemm ħerġin minn dawk il-kimiċi mill-impjant tal-power station tal-Marsa

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pont tal-Knisja tal-Isperanza fil-Mosta

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Awtorità dwar it-Trasport jikkonsidra li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex fuq il-pont tal-Knisja tal-Isperanza fil-Mosta ma tibqax il-possibilità li minn punt jibqgħu jgħaddu żewġ vetturi (two lanes) fl-istess waqt? Għalhekk qed nissuġerixxi li ssir tabella ta' prijorità għal vettura fuq oħra u b'hekk jitnaqqas il-periklu li żewġ vetturi ma jistgħux jgħaddu mill-wiesgħa li hemm.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Tajt struzzjonijiet biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li minħabba d-detall mitlub, trid ċertu żmien biex tinġabar.