Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24177 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trattat ta' Sħubija — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Peress li issa wasal iż-żmien tan-negozjati l-ġodda dwar il-perspettivi finanzjarji tal-EU għall-2014-2021, tista’ l-Ministru tgħid x’għamel il-Ministeru tagħha s’issa biex, kif hemm imniżżel fid-Dikjarazzjoni annessa mat-Trattat ta’ Sħubija, minn qabel il-programm il-ġdid ta’ fondi mill-2014 ‘il quddiem, isir studju dwar il-ħteġijiet speċjali t’Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa’ jgawdi minn sehem xieraq ta’ fondi mill-Ewropa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Infakkar l-Onor. Interpellant li l-għan primarju tad-dikjarazzjoni huwa li jiġi żgurat li l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex u l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-insularità doppja tiegħu tibqa' prijorità fi ħdan id-dimensjoni ta' numru ta' 'policies' Komunitarji, primarjament (għalkemm mhux esklussivament) il-politika reġjonali u 'policies' tal-Komunità assoċjati magħha, bħall-politika tal-kompetizzjoni. Fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż kollu, Malta u Għawdex, kien jaqa' taħt il-għan tal-konverġenża (li qabel kien magħruf bħala l-Objective 1 Status) għall-perjodu 2007-2013, l-istudju ma kienx meħtieġ. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-prijoritajiet territorjali ta' Għawdex inagħtaw importanza fit-tfassil tal-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali u Programmi Operattivi għall-perjodu 2007-2013. F'dan ir-rigward l-ammont allokat tal-Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni (jiġifieri €840 miljun) tipprevedi klawżola speċifika li tgħid li mill-inqas 10% tal-allokazzjoni totali huwa allokat għal Għawdex (li nfakkar tinkludi biss 7% tal-popolazzjoni ta' dawn il-gżejjer). L-Onor. Interpellant għandu jinnota li l-proposti dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea post-2013 għadhom iridu jiġu ppreżentati u huma mistennija għas-sajf 2011. Ladarba l-proposti jkunu ppublikati, jekk jidher li Malta u Għawdex, mhux ħa jibqgħu fi ħdan il-għan tal-konverġenza għall-perjodu post-2013 il-Gvern ser jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta' Għawdex, qabel in-negozjati rigward il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni.
Leg 11 PQ #23509 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — printer

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24148 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — stallazzjoni ta' Wi-Fi

Question

Tista' l-Ministru tara li fil-bini tal-Qorti ta' Għawdex jiġi stallat il-Wi-Fi peress li kulma jinħtieġ huwa estenzjoni tas-servizz li hemm diġà?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-istallazzjoni tal-Wi-Fi ġewwa l-bini tal-Qorti ta' Għawdex qed tiġi kkunsidrata bil-ħsieb li tkun attwata fi ftit żmien ieħor.
Leg 11 PQ #24164 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — nefqa kapitali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex u mħallsa mill-Voti tal-Ministeru għal Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-nefqa kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex u mħallsa mill-Voti tal-Ministeru għal Għawdex kull sena mill-2003 sal-2010 kienet kif tidher hawn taħt: Sena Nefqa 2003 €257,170 2004 €245,765 2005 €151,004 2006 €590,261 2007 €394,847 2008 €421,417 2009 €459,965 2010 €682,016 Jiena nfurmata wkoll li din in-nefqa tkopri xogħol fuq il- Masterplan tad-drenaġġ, estensjoni u titjib tas-servizz tad-drenaġġ u xiri ta’ materjal u apparat u xogħol relatat.
Leg 11 PQ #24165 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

titjib tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar u kemm intnefqu flus kull sena mill-1999 sal-2010 għat-titjib tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita għall-użu fl-agrikoltura f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 tnaddfu żewġ ġibjuni fil-Wied ta' Żejta fil-limiti tar-Rabat u ġibjun fil-Wied ta' Marsalforn u li saru tiswijiet tal-ħitan fil-ġibjuni tal-Wied ta' Żejta. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa ta' dawn ix-xogħlijiet fl-2010 kienet ta' €154,454 u ġew iffinanzjati mill-fondi allokati għal Eko-Għawdex. Ġew identifikati wkoll ġibjuni oħra li għandhom jitnaddfu.
Leg 11 PQ #23747 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħlasijiet ta' tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li llum huwa kkalkulat li l-ħlasijiet li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex iridu jgħaddu lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji jammontaw għal €126,569.70
Leg 11 PQ #22854 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tagħha? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23500 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — laptops

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 nxtraw 4 netbooks wara sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet. Dawn inxtraw mingħand Intercomp għall-prezz ta' €425 -il wieħed.
Leg 11 PQ #23693 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Eco-Għawdex

Question

Tista l-Ministru tagħti data indikattiva meta ser jigi ppubblikat il-pjan sħiħ dwar Eco-Għawdex aktar u aktar billi dan ilu jigi mwiegħed minn Novembru 2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan t'Azzjoni għal Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012 li ġie ppublikat u mqassam nhar id-9 ta' Novembru 2009 flimkien mad-diskors tal-Baġit 2010, jinkludi 80 rakkomandazzjoni li ntagħżlu minn fost dawk kollha miġbura waqt il-konsultazzjoni pubblika wara li ġew ukoll analizzati minn grupp ta' esperti. Għaldaqstant għadu għaddej xogħol biex il-kumplament tar-rakkmandazzjonijiet validi li nġabru fl-eżerċizzju ta' konsultazzjoni jiġu ppubblikati f'dokument ieħor li jħares lejn il-proġett Eko-Għawdex iktar fit-tul. Filwaqt li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex qed jagħti prijorità lit-twettiq tat-80 miżura inklużi fil-Pjan t'Azzjoni 2010-2012 hu ppjanat li dan id-dokument jiġi ppublikat qabel jagħlaq il-perjodu kopert mill-Pjan t'Azzjoni għal Eko-Għawdex imsemmi hawn fuq.
Leg 11 PQ #23941 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Istitut għall-Istudji Turistiċi - impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati mhux akkademiċi li jaħdmu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala – Għawdex? Fiex tikkonsisti l-istruttura tat-tmexxija tal-ITS Għawdex, jekk hemmx xi vacant positions fl-ITS f'Għawdex, jekk hemmx xi sejħiet pendenti biex jimtlew xi vakanzi u f’liema grad?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm 3 uffiċjali pubbliċi fl-amministrazzjoni u 6 general hands. Bħalissa hemm pożizzjoni vakanti għal Senior Manager.
Leg 11 PQ #23942 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Istitut tal-Istudji Turistici - informazzjoni dwar il-hostel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’użu qed isir mill-hostel li hemm fl-Istitut għall-Istudji Turistici fil-Qala? Kemm kien in-numru ta’ persuni li ġew akkomodati f’dan il-hostel matul is-sena l-ohra? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx ħaddiema impjegati fuq bażi full-time jew part-time u f’liema grad fil-hostel tal-Qala? B’liema mod huma involuti l-istudenti li jattendu l-ITS tal-Qala f’din il-hostel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Hostel fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed jintuża biex jakkomoda nies mibgħuta fil-maġġor parti tagħhom minn Dipartimenti tal-Gvern, kunsilli lokali u NGOs. In-numru ta' persuni li ġew akkomodati fil-hostel matul is-sena 2010 kien ta' 105 persuni. Sal-lum il-ġurnata l-hostel ħadu ħsiebu l-istess impjegati tal-I.T.S.
Leg 11 PQ #23491 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2010 xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23909 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — ħlasijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħlasijiet kollha li saru in konnessjoni mal-edizzjonijiet tan-Notte Gozitana li saru fl-aħħar snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel edizzjoni tan-Notte Gozitana (2007) in-nefqa nqasmet bejn il-Ministeru għal Għawdex u dak tat-Turiżmu u Kultura. Fit-tieni edizzjoni tal-2008 l-Ministeru għal Għawdex ma kellu x'jaqsam xejn mal-organizzazzjoni ta' din l-attività. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar in-nefqa mill-Ministeru għal Għawdex hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23778 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — CT Scan

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23639, tista’ l-Ministru tgħid meta mistennija tibda taħdem is-sistema tal-PACS/RIS fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u b’hekk is-CT scans kollha jibdew isiru Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li huwa ppjanat li s-sistema tal-PACS/RIS fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tibda taħdem sal-aħħar ta' Marzu.
Leg 11 PQ #23862 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti t'Għawdex — magna tal-kafè

Question

Peress li l-pubbliku li jkun fil-Qorti t'Għawdex ripetutament jilmenta għaliex m'hemm ebda tip ta' servizz jew magna tal-kafè u dan meta xi żmien ilu kien hemm magna tal-kafè, tista' l-Ministru tindirizza dawn l-ilmenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bid-dħul in vigore tal-emendi tal-2008 dwar "Prattika u l-Proċedura tal-Qorti u l-Bon-Ordni", b'Avviż Legali Numru 279 tal-2008 (illum inkluż bħala Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 12.09 mal-Kap.12 tal-Liġijiet ta' Malta) u Avviż Legali Numru 280 tal-2008, bejgħ ta' kull xorta ta' ikel u xorb fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa pprojbit.
Leg 11 PQ #23482 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ta' liema ditta huma? Tista' tgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23473 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tagħha, xahar b'xahar? Tista' tgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Tista' tgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista hija apparti dik mogħtija fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. W169.
Leg 11 PQ #23694 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn Triq Salini - manutenzjoni

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Salini f'Marsalforn, Għawdex hija fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Triq Salini, Marsalforn, ġarrbet xi ħsarat minħabba x-xita ta' dan l-aħħar u ser issir il-manutenzjoni li hemm bżonn mill-aktar fis.
Leg 11 PQ #23697 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat Road - tarmac

Question

Tista' l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex għalkemm fis-sena 2007 kienet ħarġet it-tender biex Sannat Road li hija triq prinċipali tingħata t-tarmac u sal-ġurnata tal-lum għadha ma ngħatax tarmac? Tista' tispjega jekk hemmx il-ħsieb li l-istess triq tingħata t-tarmac fil-futur qarib?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tarmac f'din it-triq ma sarx minħabba li hemm bżonn li jsir water culvert biex inaqqas il-kwantità ta' ilma li jgħaddi mill-wiċċ tat-triq. Dan ix-xogħol isir aktar 'il quddiem.
Leg 11 PQ #23311 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha li għandhom diżabilità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità huwa ta' 0.23 fil-mija.