Jista' l-Ministru jispjega kif se ssir ir-riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u x'inhuma t-timeframes relattivi? X'nefqa hi proposta item, item? Se jkun hemm applikazzjoni għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-riġenerazzjoni tal-Forti Sant’Iermu hija ppjanata li ssir fuq tlett fażijiet. L-ewwel fażi hija dik ta’ Upper St.Elmo, it-tieni fażi hija dik ta Lower St.Elmo, fil-waqt li t-tielet fażi tikkonċerna l-Evans Building .
Jien infurmat ukoll li għadhom qed isiru l-istudji neċessarji biex tiġi evalwata in-nefqa globali u
time frames
ta’ dan il-proġett u hemm il-ħsieb li ssir applikazzjoni għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Siġġiewi — ħsara fl-apparat domestiku minħabba power surge
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9533 u jgħid meta l-familji li sofrew ħsara fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li ġrat fil-11 ta' Marzu, 2009 fi Triq Santa Margerita, Triq Pawlu V1, Triq il-Wied, Triq Dun Manwel Zammit u Triq Ramija fis-Siġġiewi, se jingħataw refund mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħsara li sofrew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwi konċernati.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterji ġew magħżula l-periti għall-proġett ta' embellishment f'Dockyard, Pjazza Gavino Gulia, Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Periti magħżula għall-proġett ta’ embellishment f'Dockyard, Pjazza Gavino Gulia, Bormla huma l-istess Periti li għamlu d- disinji għan-nom tal-Konsortium “Romegas” għall-applikazzjoni tal-permessi. Għaldaqstant l-periti ġew magħżula għax id-disinji huma tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-periti għall-proġett ta' vertical transportation system f'Lascaris Ditch Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Periti għall-proġett tal-Vertical Transportation Systemġew magħżula biex jagħmlu d-disinji preliminari biss. Il-proġett se jingħata fuq bażi ta’ design & build (servizzi ta’ periti inklużi), liema għażla għadha trid tiġi magħmula wara sejħa publika.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport beħsiebha tagħmel it-testijiet u toħroġ il-liċenzji għal dawk li ilhom li applikaw ħalli jkollhom liċenzja biex jgħallmu s-sewqan tal-karozzi? X'ikkawża dan id-dewmien, f'ċerti każijiet ta' aktar minn sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-testijiejt imsemmija ser jibdew nhar it-Tlieta, 30 ta' Ġunju 2009.
Infurmat ukoll li d-dewmien biex dawn it-testijiet jerġgħu jibdew kien dovut għall-fatt li kien hemm il-ħtieġa ta’ bidla sħiħa fil-proċeduri li jwasslu biex persuni jigu awtorizzati jibdew jgħallmu s-sewqan tal-vetturi. Il-bidla fil-proċeduri kienet teħtieġ, fost oħrajn, it-taħriġ u l-għażla ta’ persuni adatti biex jeżaminaw lil min ikun applika biex isir
instructor.
Tajjeb li jingħad li l-
instructors
prospettivi jridu jgħaddu minn tliet eżamijiet biex jikkwalifikaw u jiġu awtorizzati jgħallmu: eżami tat-teorija, eżami dwar abbiltà fis-sewqan u eżami dwar l-abbiltà fit-tagħlim tas-sewqan.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9772 u jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodi indikati u cioè:
a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007?
b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008?
ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riallokazzjoni tal-Insinwa għall-post il-ġdid fejn qiegħed illum? X'ser jsir mill-post antik tal-Insinwa fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Kemm ser jiswew il-modifikazzjonijiet u ristrutturar ta' dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża tar-riallokazzjoni tal-Insinwa għall- post il-ġdid ġiet tiswa €67,317.
Kif diġa spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija nru. 8681, Palazzo Zondadari se jintuża bħala uffiċċju tal-Ministeru tiegħi waqt li jkun qed jiġi rijabilitat b’mod li jixraqlu bħala post ta’ sinifikat arkitettoniku fil-Belt Kapitali.
Peress li għadhom qed isiru l-istudji neċessarji dwar l-interventi li hemm bżonn isiru għadni m’hiniex f’pożizzjoni li nagħti d-dettalji mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li kuntratturi privati jridu jitħallsu tax-xogħol li għamlu f'bini ta' toroq ġodda u manutenzjoni tat-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT tagħmel ħlasijiet lill-kuntratturi tat-toroq wara li jkun hemm l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet kollha neċessarji. Bħalissa l-ammont pendenti skont dawn iċ-ċirkostanzi huwa ta' ftit aktar minn €27,000.
Toroq arterjali u distributorji — privatizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward il-proposta li jipprivatizza l-operat kollu tat-toroq arterjali u distributorji ta' Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma teżisti ebda proposta tal-Gvern li jipprivatizza xi toroq, huma liema huma.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru tal-applikazzjoni lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tqegħid tal-baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners fix-Xlendi? Jista’ jpoġġi kopja tal-case officer report u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità rigward din l-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni dwar il-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal dawk li huma grounds tal-football jew faċilitajiet sportivi oħra u dan biex ma jibqgħux iħallsu l-kontijiet b'rata kummerċjali, iżda almenu b'rati residenzjali u dan peress li ħafna drabi dawn ikunu ċentri filantropiċi, iktar milli ħaġa oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodu indikati u cioè:
a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007?
b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008?
ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istima għax-xogħol sabiex isir devjazzjoni ta' drenaġġ fl-Imtarfa? Id-dettalji ta' dan ix-xogħol qed jintbagħat b'mod separat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi użati mid-dipartimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumitati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8892, 8171 u 7659 u jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.