Operating Theatre u Twaqqif ta' Radiology Unit — upgrade
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus kull xahar s’issa fuq kull wieħed mill-proġetti tal-upgrading tal-Operating Theatre u tat-twaqqif tar-Radiology Unit li se jkunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Fuqiex intnefqu? Taħt liema Vot Kapitali tal-Estimi Ġenerali jidhru l-fondi approvati għal dawn il-proġetti? X'hemm kommess għan-nefqa lum fuq kull wieħed minnhom? Għalxiex huma kommessi? X’jonqos isir fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-flus li ntefqu s'issa, kull xahar huma skont it-tabella t'hawn taħt:
Xahar
Xogħol
Ammont incl VAT*€
Awwissu 2010
Information Boards
1,391.22
Diċembru 2010
Apparat tad-Dipartiment tar- Radjoloġija
2,163,695.82
Marzu 2011
Lead Sheeting
103,468,30
Il-Fondi approvati għal dawn il-proġetti jidhru taħt Vot III.
Fid-Dipartiment tar-Radjoloġija x-xogħol tlesta filwaqt illi fid-Dipartiment tal-
Operating Theatre
jonqos ix-xogħol ta'
Refurbishment
u l-installazzjoni tal-apparat.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — operating Theatre - upgrading
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta il-proġett għall-upgrading tal-Operating Theatre fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l- kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-proġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhi l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-grant agreement il-proġett kellu jibda f'Ġunju 2007 u jitlesta sa Marzu 2010. Peress li l-proċess ta' tendering tax-xogħlijiet tal-Operating Theatre qed jieħu aktar fit-tul milli kien mistenni, id-data tat-tlestija tal-proġett fil-grant agreement kellha tiġi riveduta darbtejn. L-estensjonijiet ġew approvati mill-Managing Authority.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'humiex ser jintilfu flus Ewropej. Ngħarraf ukoll li kull proġett huwa mmexxi minn project leader u li d-Direttorat (Strateġija u Sapport) joffri sapport lill-project leader.
Xogħol li baqa' jsir fl-Operating Theatre jinkludi r-Refurbishment tas-Sala tal-Operazzjonijiet u l-installazzjoni tal-makkinarju.
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta il-proġett għall-upgrading taż-Żewwieqa Waterfront skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur, u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’sar s’issa fuq dan il-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhi l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-grant agreement dan il-proġett kellu jibda f'Mejju 2009 u għandu jitlesta sa Diċembru 2011. Il-kuntratt tax-xogħlijiet ta' dan il-proġett għadu qed jiġi ffirmat.
Ninforma wkoll li kull proġett huwa mmexxi minn project leader u li d-Direttorat (Strateġija u Sapport) joffri sapport lill-project leader. It-tlestija tal-proġett u l-iskeda tal-pagamenti jsiru skont kif ikun stipulat fil-kuntratt rispettiv.
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta il-proġett għar-rikostruzzjoni ta’ parti mit-Triq tax-Xlendi skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur, u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhi l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-grant agreement il-proġett tat-Triq tax-Xlendi kellu jitlesta sa Diċembru 2010. Din id-data ġiet estiża sa Mejju 2011. Id-data tat-tlestija tal-proġett ġiet riveduta darbtejn minħabba li l-proċess tat-tendering ħa aktar żmien milli kien mistenni kif ukoll minħabba maltemp u issues tekniċi li telfu x-xogħlijiet. L-estensjonijiet għat-tlestija ta' dan il-proġett ġew approvati mill-Managing Authority.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'humiex ser jintilfu flus Ewropej. Ngħarraf ukoll li kull proġett huwa mmexxi minn project leader u d-Direttorat (Strateġija u Sapport) joffri sapport lill-project leader.
Xogħol li baqa' jsir jinkludi finishing works u tkomplija tal-water culvert. L-iskeda tal-pagamenti hija skont il-kuntratt, fejn il-pagamenti għal xogħlijiet isiru abbażi tal-kejl filwaqt li ħlasijiet tas-servizzi jsiru perjodikament.
Hospital and community care, elderly and special needs
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru tagħha kull sena mill-2006 sal-2010 fuq (i) hospitalisation and community care u (ii) elderly and special needs?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — mediċini konsmati - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern kull sena mill-2006 sal-2010 fuq (i) mediċini kkonsmati fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u (ii) mediċini maħruġa lill-pubbliku mill-ispiżerija ta’ Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa globali tal-Gvern għal kull sena fuq mediċini kkonsmati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u mediċini maħruġa lill-pubbliku mill-ispiżerija ta' Għawdex jidhru hawn taħt:
Sena
Nefqa Attwali
2006
€3163920.33
2007
€10616936.73
2008
€3392924.89
2009
€2984914.15
2010
€1877138.83
L-ammont għas-sena 2010 ma jinkludix il-mediċini li ġew maħruġa mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), liema skema bdiet titħaddem f'Għawdex fil-5 ta' Lulju 2010.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex ma daħlu fl-ebda kuntratt ta' servizz ta' sigurtà jew tindif ma' kumpaniji u kuntratturi privati.
Tista' l-Ministru telenka l-makkinarju u appart kollu li nxtara u ġie stallat fid-Dipartment tar-Radjoloġija? Tista' tgħid il-mudell ta' kull magna u apparat? Tista' tgħid meta ħarġet it-tender, min issottomettiha u lil min ġiet aġġudikata? Tista' tagħti l-specifications ta' kull magna, tgħid meta nxtrat, meta twaħħlet u meta bdiet tintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif murija hawn taħt:
L-apparat li nxtara u l-mudell ta' kull magna/apparat li ġie stallat fid-Dipartiment tar-Radjoloġija jinkludi:
Digital Radiographic/Fluoroscopic Unit - (Philips - DuoDiagnost)
Skeletal Digital X-Ray Unit - (Philips - DigitalDiagnost)
Spiral CT Scan Unit - (Philips - Brilliance 64 Slice)
Direct Digital mammography Unit - (Hologic - Selenia Dimensions)
Ultrasound Unit with Colour Doppler - (Philips - HD15)
Computed Radiology Digitization System - (Philips-PCR Eleva)
X-Ray Cassettes and Plates - (Philips-PCR Eleva S)
It-tender għall-apparat tad-Dipartiment tar-Radjoloġija ħarġet fid-19 ta' Ġunju 2009 u l-informazzjoni dwar il-Kumpaniji li ssottomettew offerta għaliha tinsab fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Is-sejħa għall-offerti ntrebħet minn TrioMed Ltd.
L-apparat ġie nstallat bejn Settembru u Novembru 2010. L-X-ray, Flouroscopy, Ultrasound u l-Mammogram bdew jintużaw f'Novembru 2010 filwaqt li CT Scan bdiet tintuża f'Jannar 2011.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24177, fejn il-Ministru qalet li fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż kollu, Malta u Għawdex, kien jaqa' taħt il-għan tal-konverġenża (li qabel kien magħruf bħala l-Objective 1 Status) għall-perjodu 2007-2013, l-istudju dwar il-ħteġijiet speċjali t’Għawdex sabiex Għawdex jegħleb l-insularità doppja u jibqa’ jgawdi minn sehem xieraq ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea skont id-Dikjarazzjoni ta’ Għawdex anness mat-Trattatt ta’ Sħubija ma kienx meħtieġ, tista’ l-Ministru tgħid jekk hija kenitx taqbel li dan l-istudju ma kienx meħtieġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ġa la darba Malta u Għawdex flimkien baqgħu eliġibbli taħt il-għan tal-konverġenza, il-Gvern aġixxa bl-aktar mod għaqli u mexa fuq il-prinċipju ta' 'collective responsibility', b'hekk Malta u Għawdex flimkien baqgħu jgawdu mill-ogħla livell ta' finanzjament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24177, fejn il-Ministru qalet li l-proposti dwar il-perspettivi finanzjarji (il-budget finanzjarju) tal-Unjoni Ewropea post-2013 għadhom iridu jiġu ppreżentati u huma mistennija għas-sajf 2011, taf il-Ministru li l-kummissjonij diġà għamlet konsultazzjonijiet wiesgħa u ħafna gvernijiet ressqu l-ideat u l-għażliet tagħhom, liema ideat ġew mgħarbla mill-istess kummissjoni u l-proposti aċċettati se jkunu tradotti fi proposti konkreti mill-Kummissjoni għall-perspettivi finanzjarji li jmiss?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa biss ladarba l-proposti jkunu ppublikati, wieħed ikun jista' jikkonferma jekk l-Istat Membru ta' Malta, li jinkludi l-gżejjer ta' Malta u Għawdex, hux ħa jibqa fi ħdan il-għan tal-konverġenza għall-perjodu post-2013. Jekk dan ma jkunx il-każ il-Gvern ser jagħmel talba biex isir studju dwar il-bżonnijiet speċifiċi ta' Għawdex, qabel il-bidu tan-negozjati rigward il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2010 huma kif imniżżla fil-lista li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Tourism Association — impjieg ta' kap eżekuttiv
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 24180, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mmejda tal-Kmara kopja tal-ftehim li sar bejn il-Minsteru għal Għawdex u l-Gozo Tourism Association dwar l-allokazzjoni finanzjarja li l-Ministeru tagħha se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex din timpjega kap eżekuttiv fuq bażi full-time?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-ftehim għadu fi stadju ta' abbozz u għaldaqstant ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tagħha, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 iċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru kollu kienet tammonta għal €47,451.26.
Gozo Tourism Association — impjieg ta' kap eżekuttiv
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja li l-Ministeru tagħha se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex din timpjega Kap Eżekuttiv fuq bażi full-time? Għalkemm-il sena se tingħata din l-allokazzjoni finanzjarja? Tista’ l-Ministru tassigura lil din il-Kamra li l-Ministeru mhux se jindaħal fl-għażla ta’ dan il-Kap Eżekuttiv, peress li f’Għawdex ix-xniegħa hi li din l-allokazzjoni se ssir biex taġevola lil persuna tal-qalba li ppretenda li jsir hu Direttur tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjoni finanzjarja hija ta' tnejn u tletin elf ewro fis-sena. Il-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) għandha terminu ta' ħames snin.
Il-Ministeru ried li l-għażla tal-persuna għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-GTA kellha tirrifletti d-deċiżjoni u l-fiduċja ta' l-istess Assoċjazzjoni, għalhekk l-għażla ġiet determinata a bażi tan-nomina kif espressa mill-Kunsill tal-GTA.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — korsijiet full-time u part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet full-time u part-time qed jingħataw bħalissa fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? Meta beda kull kors? Kemm hu t-tul ta' żmien ta' kull kors? Sa fejn iwassal kull kors bħala kwalifiki? Kemm hemm studenti jsegwu kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Tourism Association — allokazzjoni finanzjarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Ministeru mhux se jagħti allokazzjoni finanzjarja lill-Gozo Business Chamber u lill-Gozo NGOs Association kif se jagħti lill-Gozo Tourism Association biex jimpjegaw huma ukoll Kap Eżekuttiv full-time għall-organizzazzjoni tagħhom? Tista’ tikkonsidra li tingħata l-istess allokazzjoni finanzjarja lil dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet ukoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-kariga ta' Kap Eżekuttiv mal-Gozo Tourism Association (GTA) u l-Gozo Business Chamber (GBC) tmur lura sa mill-2002. L-għotja finanzjarja kienet u għadha marbuta mal-funzjoni speċifika taż-żewġ organizzazzjonijiet fit-tessut ekonomiku ta' Għawdex.
Għar-rigward tal-Gozo Business Chamber it-talba kif espressa b'mod formali minnhom stess hija li jkun hemm għotja finanzjarja li tkun tistà tintuża biex jitħallsu servizzi relatati ma' konsulenzi fuq temi speċifiċi li jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien.