Jista' l-Ministru jgħid kemm-il hawker mit-22 li hemm awtorizzati ġeddu l-liċenzja skont l-Avviz Legali 52 tal-2010 sa' Ġunju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Avviż Legali bin-numru 52 tal-2010 jagħmel referenza għall-Att dwar l-Enemalta Kap 272. L-interpellant hija ġentilment mitluba tiċċara ftit id-domanda tagħha peress illi d-Dipartiment tal-Kummerċ ma joħroġ l-ebda forma ta' liċenzja lill-Enemalta jew lil xi nies li jistgħu jaħdmu magħha.
Korporazzjoni Enemalta — qtugħ ta' dawl minħabba kontijiet mhux imħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sitt xhur għal kull xahar kien hemm djar residenzjali li l-Korporazzjoni Enemalta ordnat li tinqatgħalhom is-sistema tad-dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħetilhom il-provista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għal risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18095.
B’risposta għat-tieni part tal-mistoqsija, l-valur ta’ kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provista tal-elettriku, kien ta €1,067,716.54 mifruxa fuq 775-il kont.
Ta’ min jispjega, li l-proċess li jwassal għall-qtugħ tal-provvista tad-dawl, jagħti bosta opportunitajiet lil min waqa’ lura fil-ħlasijiet biex jirregolarizza ruħu. Il-proċess ta’ sospensjonijiet (mid-data tal-kont) hu kif ġej:
- Il-kont jrid jiġi mħallas sa 45-il ġurnata mid-data ta’ fuq il-kont
- Ittra tal-‘
Interest reminder’
tintbgħat wara 30 ġurnata mid-data tal-kont
- L-interessi jibdew jiġu ikkalkulati wara il-45 ġurnata u jibdew jgħoddu min wara l-15-il ġurnata
- L-avviż ta’ sospensjoni fis-servizz tad-dawl u l-ilma tintbgħat wara 65 ġurnata mid-data tal-kont
- L-aħħar avviż jintbgħat ftit jiem qabel ma il-kont jiġi immarkat għas-sospensjonijiet. Is-sospensjoni tas-servizz tiġi finalment attwata mill-Enemalta, skond il-prijorita tal-lista ta’ kontijiet li jkunu imnizzla għal-qtugħ tas-servizzi.
F’każijiet fejn il-konsumatur jkun minn 61-il fuq u b’kontijiet pendenti li jammontaw minn €1000 l-isfel, is-sospensjoni ma tiġix atwata. L-istess jsir f’każijiet ukoll fejn l-konsumatur jkun pensjonant jew qed jirċievi l-għajnuna soċjali.
Jista' Ministru jikkonferma jekk ARMS Ltd. xtratx jew krietx xi uffiċċju jew uffiċini ġodda fil-Belt Valletta? Jista' jindika l-post fejn se jkun u meta se jiftaħ għall-konsumaturi biex ikunu moqdija aħjar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 16378.
estensjoni tal-power station ta’ Delimara — bini ta' shipping terminal
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern qed jiffinalizza pjani biex jibni shipping terminal bħala parti mill-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, biex skart perikoluż li se joħroġ mill-magni tal-impjant ikkuntrattjat tramite BWSC jiġi esportat bil-baħar minn Marsaxlokk?
Jekk iva, meta mistenni jinħareġ it-
tender
ħalli jinbena dan il-moll mal-
power station
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Enemalta preżentament m’għandha l-ebda pjanijiet biex tibni ‘shipping terminal’ Delimara.
Industrial Estate — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Project Ref. no. ERDF 001) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18372 u jgħid kemm hi stmata l-art (il-valur) fejn mistenni jsir il-proġett White Rocks Sports and Leisure Village? Kemm hi l-kobor tal-art? Minn stmaha? Jista' jpoġġi r-rapport tal-istima fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata f’dan l-istadju minħabba negozjati li għaddejjin. L-informazzjoni tingħata la darba l-proċess jingħalaq u jkun konkluż il-ftehim.
consumer research survey — estensjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18711 u 18308 u jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-komunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, televiżjoni eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18308.
Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17747, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma li hemm fl-istess triq? Jista' jgħid jekk l-istess korporazzjoni qatt kellhiex komunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq u jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji ta' din il-komunikazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa s-servizz biex jinġarr (liquid waste) l-Oil Water minn ġol-vapuri tal-Gozo Channel? Min qed jagħmel dan ix-xogħol? Il-kuntratt għal dan ix-xogħol ingħata b’direct order jew b’sejħa għal tenders ? F’każ li kien hemm sejħa għal tenders min kienu dawk li tefgħu l-offerta tagħhom u x’kien il-valur ta’ kull offerta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz biex jinġarr (liquid waste) l-Oil water minn ġol-vapuri tal-Gozo Channel sewa Eur 20,255 minn Ottubru 2009 sa Ġunju 2010. Dan ix-xogħol isir mill-kumpanija Waste Oils Company Ltd.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr isir ix-xogħol meħtieġ biex numru ta' pelican lights li ġew stallati f'Burmarrad u San Pawl il-Baħar ikollhom id-dawl tagħhom mixgħul?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma jirriżultax li ġew irreġistrati applikazzjonijiet għall-provista tal-elettriku għall-pelican lights f’Burmarrad u San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19055, 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?
WSC — mains ġodda f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa u n-Naxxar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien it-tul ta' mains ġodda li ġew imqegħda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-2009 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? Kemm inbidlu tul ta' mains f'dawn l-istess inħawi fl-istess perjodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19030 u 18703 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19032 u 18701 u jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, ma ndikax fl-applikazzjoni tiegħu jekk kienx ser iċedi l-art kollha jew in kella parti mill-art imqabbla lilu, lit-tfal tiegħu. Għaldaqstant, id-Direttorat għat-Tmexxija tal-Proprjetà fit-30 t’April 2010, kiteb lill-istess individwu sabiex jindika l-ammont ta’ metri kwadri tal-art li ser tiġi trasferita fuq uliedu. Madanakollu, sallum id-Direttorat baqgħa mingħajr tweġiba u għalhekk ir-rikonoxximent f’isem ulied l-individwu ma tistax isseħħ qabel din l-informazzjoni tiġi provduta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19037 u jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2009, il-kumpanija Kalaxlokk għamlet xogħol ta’ refurbishing fis-Centre for Development Research and Training, fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Economic Policy Division. Il-valur ta’ dawn ix-xogħolijiet kien ta’ madwar Euro 900,000.
Hemm 90 impjegat ma din il-Kumpanija li bejniethom irċevew Euro656348.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19014 u jgħid kemm huwa l-persentaġġ mill-Gross Domestic Product fin-nefqa jew investiment fuq riċerka fis-snin 2008 u 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa fuq ir-riċerka (R&D) hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19022 u ċioe: Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il-
levies
fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il-
levies
? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji ta' settur finanzjarju? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?