Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9899 u 9772 u jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodi indikati u cioè: a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007? b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008? ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Koppja li tgħaddi minn separazzjoni — annotazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'tipi ta' annotazzjonijiet x'isiru fiċ-ċertifikati relattivi ta' koppja li tkun għaddiet minn separazzjoni bonarja jew b'sentenza? Kien hemm xi bidla b'dan is-sens riċentiment? Hemm differenza skont is-sess ta' dak li jkun? Kemm kien hemm nisa bejn l-1 ta' Lulju 2008 u l-1 ta' Lulju 2009 li ddeċidew li jaqilbu għal kunjom xbubithom ma' separazzjoni? Kemm hemm nisa li ddeċidew li jżommu l-kunjom tar-raġel tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-annotazzjoni hija waħda ‘standard’ skond Sezzjoni 62 (1) tal-Kodiċi Ċivili . Reċentement ma kien hemm ebda bdil f’dan is-sens u ma teżisti ebda differenza skond is-sess fir-rigward tas-separazzjonijiet. Iżda ta’ min jinnota, li s-separazzjonijiet annotati fuq l-att taż-żwieġ huma dawk ta’ nisa li jirrevertu għal kunjom xbubithom. Skond l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku, mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Gunju 2009, 208 jirrivertu għal kunjom xbubithom u 266 iżommu kunjom ir-raġel.

MITTS — direct tender biex jistallaw apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet mogħtija direct tender fil-MITTS sabiex kuntrattur ikun jista' jistalla apparat sabiex il-MITTS jittrasmettu wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema VPN? X'inhuma l-pjanijiet għal dan il-proġett? Kemm se jkun jiswa dan l-istess proġett? Minn min se jkun iffinanzjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzji biex isuqu vejikoli tal-mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex isuqu vejikoli tal-mutur illum? X'età, sess u x'tip ta' liċenzja għandhom kull wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant jifhem li d-domanda tiegħu tinvolvi ħafna riċerka li tiswa l-flus u ħin. Konsegwentament inkun grat jekk jispjegali l-għan tad-domanda biex inkun nista nevalwa jekk l-eżerċizzju hux ġustifikat.

Ministeru għal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni: 1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament? 2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi? 3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order? 4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order? 5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order? Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riforma tat-trasport pubbliku — gozo bus owners association

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association? Kemm-il laqgħa saret mal-Kunsilli Lokali Għawdxin? Kemm-il laqgħa saret mal-Ministeru għal Għawdex dwar din ir-riforma? Meta saru dawn il-laqgħat, jekk saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul l-aħħar sena, Il-Ministeru qabbad esperti tat-trasport biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar sistema tat-trasport pubbliku f'Għawdex. L-għan huwa biex tkun introdotta sistema tat-trasport li jkun effiċjenti u ta' min joqgħod fuqha, bl-anqas impatt fuq l-ambjent u b'konformita' ma regoli ta' l-UE. Is-sistema l-ġdida ser tuża vetturi iktar ġodda u ser tkun ibbażata fuq rotot li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet t'Għawdex. Sa issa saru tlett laqgħat mal-Gozo Bus Owners Association u saret laqgħa oħra mas-sidien tat-taxis. Saru wkoll żewġ laqgħat mal-Ministeru ta' Għawdex, preżentazzjoni mall-Kunsilli Lokali u numru ta' konsultazzjonijiet dwar ir-rotot ma l-istess Kunsilli. Dan kollu minbarra l-Konferenza Nazzjonali miftuħa għal kulħadd f'Diċembru tas-sena li għaddiet,

Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9642 u jgħid x'inhi r-raġuni li loading/unloading bay tneħħiet minn Alley 1 St.James Square ġewwa Ħaż-Żabbar meta din hija utli ħafna għall-ħwienet li hemm fl-istess pjazza? Min iddeċieda li titneħħa u fuq liema kriterji? Jista' jgħid ukoll jekk ġiex konsultat il-Kunsill Lokali jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza? Jekk le, ma jaħsibx li ilu li wasal iż-żmien li tieqaf din l-arroganza min-naħa tal-awtorità ma' ċerti kunsilli? Barra minn dan, tista' l-istess awtorità terġa' tagħmel din il-bay li fl-aħħar mill-aħħar ma kienet qed ittellef lil ħadd, anzi kienet tgħin l-organizzazzjoni fil-pjazza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-un/loading bay fi Sqaq Nr 1, Pjazza San Ġakbu f’Ħaż-Żabbar qatt ma ġiet approvata mit-TMU fi ħdan l-ADT u għalhekk is-sena l-oħra l-ADT ħarget ordni ta’ nfurzar biex l-imsemmija bay titneħħa. Il-Kunsill ġie infurmat bid-deċiżjoni originali u mitlub sabiex ineħħi l-istess un/loading bay immedjatament u reġa ġie nfurmat li din se titneħħa mill-istess Awtorita’ b’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2008.

Smart City — art esproprijata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet esproprjata art biex tinbena Smart City, mingħand min u jekk il-kumpens ingħatax diġà jew le? Jista’ jghid jekk hemmx xi sidien li oġġezzjonaw u fetħu kawża l-Qorti? Hemm il-ħsieb li tiġi esproprjata aktar art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq il-Wied - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9553 u jgħid għaliex ix-xogħol tal-bankina ġdida li nbdiet fi Triq il-Wied, Ħal Qormi mill-Awtorità dwar it-Trasport waqaf f'dawn l-aħħar ġranet u qed ikun hemm dewmien fix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol minħabba l-inkonvenjent li jista' jinħoloq waqt il-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi kellhom jiġu mtawla minħabba xogħolijiet konsiderevoli ta’ mains ġodda tal-ilma li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Madankollu l-kuntrattur qatt ma’ waqaf mix-xogħolijiet fuq is-sit.

Ħal Qormi — Triq ix-Xitwa - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9551 u jgħid jekk il-bini ta' sub station li kien imwiegħed mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi kienx tlesta u bediex jiffunzjona minħabba li l-problema ta' vultaġġ baxx fit-toroq ta' l-inħawi għadha għaddejja? Jista' jinvestiga kif din il-problema tista' tkun solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s–substation ta’ Triq ix-Xitwa tlestiet f’Awissu tat-2004 u ix–xogħol meħtieg biex tissewwa l-problema ta’ vultaġġ baxx li kien hemm dak iż–żmien tlesta wkoll. Ma jirriżultax li għad fadal ilmenti rreġistrati fl-inħawi msemmija.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Bini ta' websites

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Toroq fil-kampanja — linking function

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-kampanja, li għandhom linking function, fil-fatt huma mistennija li jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena? Hemm xi pjan speċifiku li permezz tiegħu jkunu jistgħu jingħataw toroq oħra simili, matul is-snin li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bdil fir-rottot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma mistennija li jkunu r-rottot mibdula tal-karozzi tal-linja, u xi frekwenza hu mistenni li jkun hemm fihom meta joħorġu t-tenders għal dan it-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rottot il-ġodda u l-informazzjoni ndikattiva dwar frekwenzi ġew ippubblikati f’Dicembru li għadda mill-Ministeru. L-informazzjoni kollha dwar dan tinstab fuq il-website fuq https://mitc.gov.mt/newsitem.aspx?newsid=258&mode=doc

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9663, 9392, 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniggjar tat-Traffiku kienet bagħtet lill-Kunsill Lokali Paola għall-kummenti tiegħu fit-12 ta’ Frar ta’ din is-sena imma l-kunsill wieġeb lura fil-5 ta’ Ġunju. L-applikazzjoni qegħdha tiġi pproċessata.

Santa venera — bypass - mina li tqattar l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex tiġi eliminata l-problema tal-ilma li kontinwament iqattar minn saqaf tal-mina fil-bypass ta' Santa Venera fid-direzzjoni ta' l-Imsida? X'inhu s-sors ta' dan l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-entita kkonċernata.

Għawdex, Kerċem — Katusa mgħottija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9631 u 9385 u cioè: Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kerċem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, jista` l-Ministru jara kif tista' tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant jifhem li d-domanda tiegħu tinvolvi ħafna riċerka li jiswew il-flus u ħin. Kunsegwentament inkun grat jekk jispjegali l-għan tad-domanda biex inkun nista nevalwa jekk l-eżercizzju hux ġustifikat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Għawdxin maħtura f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemmx Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Naturalment hemm Għawdxin li jservu f'bordijiet t'entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.

Small and Medium Enterprises — żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx hemm vot speċifiku taħt il-Ministeru responsabbli minnSmall and Medium Enterprises, li iżda jiġi amministrat mill-ministeru responsabbli mit-toroq, biex permezz tiegħu jsiru toroq fiż-żoni industrijali? Jekk iva, kemm hu? Fejn hu mistenni li jsir permezz ta' dan il-vot?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.