Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Fid-dawl li issa sar magħruf li l-Horizons Terminals Ltd temmet in-negozjat tagħha mal-Gvern ta' Malta fejn mistennija tagħmel terminal ġdid f'pajjiżna għall-ħażna taż-żejt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta fejn mistenni jsir dan il-proġett u jimmarka fuq l-istess pjanta l-estensjoni tal-power station u l-Freeport?
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena kemm kienu s-servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minħabba kontijiet pendent? Jista’ jindika kemm minn dawn kienu servizzi domestiċi u kemm minnhom kienu kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant Illia l-ammont ta’ servizzi tad-dawl u l-ilma li ġew sospiżi minn Jannar sa Ġunju 2010 hu ta’ 1152, b’781 sospenzjoni ta’ servizzi domestiċi u 371 kummerċjali.
Minn dawn total ta’ 642 ingħataw s-servizz tad-dawl lura, b’384 servizzi domestiċi u 258 kummerċjali. F’ħafna mill-każijiet, l-konsumaturi laħħqu ftehim biex iħallsu l-kontijiet pendenti bin-nifs.
Jista' l-Ministru jindika kemm pajjiżna għandu emergency oil available għalih f każ li pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jaqtgħu s-supply taż-żejt taħt il-ftehim bejn Malta u l-Italja? Taħt ċirkostanza ta' emerġenza għal kemm ġranet dan l-emergency oil ikun jista' jissodisfa r-rikjesta normali ta' pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, maħżun barra l-pajjiż f’isimha, għandha 12,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa’ taħt il-kategorija 1, 36,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa taħt il-kategorija 2 u 150,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa taħt il kategorija 3 tal-LN 426/2007. Dawn huma equivalenti għal 60 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 1, 52 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 2 u 104 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 3. Skond il-LN 426/2007 kull pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropeja għandu jkollu ta’ l-inqas 90 ġurnata fjuwil ta’ riserva f’kull kategorija. Il-bqija tal-ġranet f’kull kategorija il-fjuwil huwa miżmum f’Malta stess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19021 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fir-riskju ta' faqar fis-sena 2000 u kemm hu n-numru ta' persuni illum? Jista' jgħid ukoll liema kienu il-kategoriji ta' persuni ċioe żgħażagħ, anzjani, single parent families eċċ. li jinsabu f'dan il-livell ta' kwalità ta' ħajja?
B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114, jista' l-Ministru jgħid:
a) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil BIM Ltd, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal
tenders
jew b’
direct order
?
b) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ?
ċ) Jekk il-persuni msemmija fit-tweġiba, it-tnejn diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjarawx l-interess tagħhom f’dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija iktar ‘il fuq ? Jekk iva, f’liema stadju għamlu dan u b’liema mod? Jekk le, għaliex ma sarx dan?
d) Minn liema data ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Korporazzjoni Enemalta ż-żewġ persuni msemmija fit-tweġiba 19114 ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk il-persuni li diġà huma ntitloati għall-vouchers biex jgħinuhom fil-kontijiet tad-dawl, humiex se jirċievu wkoll dik l-għotja ta' darba ta' madwar €130?
Jista' l-Ministru jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19114, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari msemmija hawn taħt.
17722
18087
17507
18863
18513
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess għall-ħruġ tal-permessi għall-area industrijali li kellha tinbena fl-inħawi tat-Tunnara, limiti tal-Mellieħa, fejn kellhom jiġu żviluppati numru ta' garaxxijiet industrijali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess għall-ħruġ tal-permessi għall-area msemmija għadu pendenti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17683.
Kumpaniji li ma ħallsux kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li qed joperaw minn Malta u Għawdex li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl u ilma fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena? Kemm huwa l-ammont globali li għandu jitħallas? Sar xi ftehim u ma' kemm-il kumpanija sar, biex dawn iħallsu bin-nifs? Hemm kumpaniji li ilhom aktar minn sena mill-1 ta’ Ġunju 2009 li għadhom ma ħallsu l-ebda kont? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx kumpaniji li jingħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba d-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18778.
Dipartiment tal-VAT — taxxa mhux mħallsa - nies il-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbillux jaċċetta li dawk li għandhom x'jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u li jiġu sentenzjati mill-Qorti biex iħallsu dak li hu dovut u l-multi straordinarji, jingħataw l-opportunità mill-Qorti li jħallsu fuq bażi ta' pagamenti milli jiġu mitfugħa l-ħabs? Kemm qed jiswa lill-gvern kull gurnata li persuna li kellha tagħti lid-Dipartiment tal-VAT u ġiet sentenzjata l-ħabs? X'tiswa lil Gvern jekk persuna li għandha tagħti, tingħata l-opportunità li tħallas b'sistema ta' pagamenti, abbażi ta' persentaġġ? Qiegħed jieħu in konsiderazzjoni l-gvern li persuni li għandhom jagħtu lid-Dipartiment tal-VAT u ġew sentenzjati l-ħabs mingħajr ma ngħataw l-opportunità li jħallsu b'sistema ta' pagament, meta jiġu mitfugħa l-ħabs biex jiskontaw is-sentenza, dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jaħdmu u b'konsegwenza li l-gvern ikollu joħroġ benefiċċju soċjali lill-familji tagħhom? Kemm fil-fatt qed jiswew lill-gvern il-familji ta' persuni li bħalissa qegħdin il-ħabs jiskontaw sentenzi bħal dawn, f'termini ta' benefiċċji soċjali, l-ammonti skont il-benefiċċji mogħtija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’riferenza għall-ewwel parti tad-domanda parlamentari, il-Kodici Kriminali (artikolu 14(2)) jipprovdi li hija l-Qorti li fid-diskrezzjoni tagħha tista tordna li l-multa inflitta titħallas b’rati rateali liema żmien m’għandux ikun aktar minn tliet snin, b’dan li jekk ma jsirx ħlas ta’ xi waħda mir-rati, l-ammont sħiħ li jkun fadal għandu jkun dovut u jitħallas minnufih u jekk dan ma jsirx il-bilanċ dovut jiġi mibdul fi priġunerija skont il-liġi. L-ispiża ta’ kull priġunier li qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hija ta’ madwar €50 kuljum.
Ta’ min iżid jgħid li meta każ jitressaq fil-Qorti, id-Dipartiment tal-VAT ikun ilu snin jiġri wara l-persuna sabiex tirregolarizza ruħha u din tkun injorat lid-Dipartiment. Mhux biss, imma jkun hemm numru ta’ denunzji li ma jkunux intbagħtu, kif ukoll ammonti sostanzjali li ma jkunux tħallsu. Il-Qorti innifisha tikkunsidra kull każ u l-merti tiegħu u dejjem tagħti żmien definit sabiex il-ħlas isir, skont kif tippermetti l-liġi,. F’dawn il-każi d-Dipartiment ma jistax jikser deċiżjoni tal-Qorti u jagħmel arranġamenti differenti milli tordna l-Qorti stess.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux l-informazzjoni meħtieġa biex ikun f’qagħda li jikkalkula kemm jiġu jiswew il-benefiċċji u/jew assistenza li jistgħu jkunu intitolati għalihom dawk il-familji li l-kapijiet tagħhom jkunu weħlu l-ħabs għaliex għandhom jħallsu d-Dipartiment tal-VAT it-taxxi penali dovuti.
Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 17807 u 17568 u jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.
Consumer Research Survey — estensjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija 26th frame għandha kuntratt ta’ marketing mal-Enemalta, u għaldaqstant, dak kollu li jaqa’ taħt marketing tieħu ħsiebu din il-kumpanija, inkluż il-consumer research survey. Minħabba l-fatt li din il-kumpanija għandha kuntratt mal-Enemalta, l-ebda kumpanija oħra ma ġiet ikkunsidrata. Dan il-kuntratt ingħata lil 26th frame wara li l-Korporazzjoni ħarget sejħa għal espressjonijiet ta’ interess li għaliha applikaw għaxar kumpaniji. Dwar l-ispejjeż tar-riklami nirreferi lill-Interpellant għar-risposti li ingħataw f’PQs 18132 u 16329.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfeda ċ-ċens tal-Joint Office matul l-2009 u matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom kienu rifjutati? X’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati? Teżisti l-possibilità li ġaladarba applikazzjoni tiġi rifjutata, tkun tista' terġa' titressaq għall-kunsiderazzjoni u x’ikun irid isir biex dan isir?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19116.
Pipeline li jissupplixxu gass bejn Malta u Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17941, 17683 u 17044 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi żviluppi hemm dwar il-pipeline li jissuplixxi gass bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17683.
Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18926, 17807 u 17568 u jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadux iservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.
Billi fir-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istatement taċ-chairman hemm li l-korporazzjoni kkummissjonat impjant għat-trattament tal-waste water sperimentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jitqiegħed dan l-impjant sperimentali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-impjant sperimentali mistenni li jitqiegħed fil-lokalita tal-Bidnija wara li jsirulu sensiela ta’ testijiet fuqu, u wara li jiġu approvati l-permessi kollha meħtieġa.
L-impjant ser jelimina id-dipendenza tal-Bidnija fuq sistema ta’ bowsers (madwar bowser sa tnejn kuljum) biex titbattal il-fossa eżistenti. L-impjant ser ukoll jelimina il-possibilta ta’ xi fawran ta’ drenaġġ fil-wied f’każijiet meta jkollok sitwazzjonijiet fejn il-fossa ma titbattalx fil-ħin, partikolarment meta tagħmel ix-xita u l-fossa ma tlaħħaqx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18509 u jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfeda ċ-ċens tal-Joint Office matul l-2009 u matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom kienu rifjutati? X’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati? Teżisti l-possibilità li ġaladarba applikazzjoni tiġi rifjutata, tkun tista' terġa' titressaq għall-konsiderazzjoni u x’ikun irid isir biex dan isir?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19116.