Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9620 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa qed tiġi riferuta lilu u jara li jsir bank fejn in-nies ipoġġu bil-qegħda fl-istage ta' Birżebbuġia u ta' Ħal Għaxaq faċċata ta' Montebello tyres,li hija triq arterjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill- ADT.
Ħaż-Żabbar — St.James Square - Loading/Unloading Bay
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9848, jista' l-Ministru jgħid min kien iddeċieda li l-loading/unloading bay issir? Barra minn dan, minħabba l-bżonn ta' din il-bay tista' l-Awtorità tapprova din il-bay u għalhekk terġa' ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta’ Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? X’kien il-livell ta’ salinità ta’ dan l-ilma f’Malta u Għawdex separatament kull sena/perijodu msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tal-Passporti — Spiża tar-rilokazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-rilokazzjoni tad-Dipartiment tal-Passporti għal Evans Building? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ispejjeż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li sa issa telstew fl-inħawi ta' Santa Maria Estate, liema toroq kienu parti mill-ftehim bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-CENMED għat-tiswija tat-toroq f'dawn l-inħawi? Liema toroq li kienu parti minn dak il-ftehim fil-fatt għadhom ma sarux, u meta hu mistenni li dawk it-toroq fil-fatt jitlestew? Kemm kienet s'issa l-ispiża fuq dawn it-toroq li fil-fatt saru u kemm hu stmat li għad fadal spejjeż biex dawn it-toroq jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum tlestew ix-xogholijiet f’Toroq Palm, Nixxiegħa, Ħlewwa, Hena, Għaqda, Sliem, Alwetta, Gardell, Daħlet id-Dalji, Rundun, Sardinell, Bufula, Bilbla, Żebbuġ u xogħol ta’ servizzi fi Triq il-Qortin u Triq il-Pont.
Infurmat ukoll li t-toroq li kienu parti tal-ftehim u għadhom ma sarux huma Triq il-Pont, Triq il-Qortin, Triq il-Gojjin, Triq ta’ Fuq il-Widien u Triq ix-Xaghra ta’ Barra.Ix-xogħol li sar s’issa jammonta għal €1,305,896 u x-xogħol li għad fadal xi jsir huwa stmat li jiswa madwar €850,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti s’issa fuq il-proġett ta’ Smart City għat-tisħiħ tad-drenaġġ ? Min ingħata x-xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt? Kemm kien hemm li tefgħu offerti u min kienu? Kemm offriet kull kumpannija għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — tkabbir fil-kapaċità tagħha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta ħaditx ħsieb biex tkabbar il-kapaċità tagħha li tiġġenera biżżejjed elettriku biex minbarra li taqdi l-ħteġijiet eżistenti tkun tista’ tissuplixxi wkoll postijiet bħal Smart City, Pender Place u proġetti kbar oħra li qed jinbnew?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Traspot qed twaħħal persuni li jagħmlu t-test tas-sewqan ħalli jiksbu l-liċenzja għal raġuni li l-persuna kienet kunfidenti fis-sewqan? X'raġuni hi din? Jista' jgħid ukoll għalfejn persuna li jintqalilha li m'għaddietx mit-test u skont l-uffiċjal tal-Awtorità għal ħmistax-il raguni meta jidher li sa erbatax-il raġuni persuna tgħaddi, dawn l-istess persuni ma jingħatawx ir-raġunijiet u jintalbu jiffirmaw id-dokumenti li huma ma għaddewx? Jaħseb il-Ministru li din l-attitudni tal-Awtorità dwar it-Trasport hija ntiza biex dawn il-persuni jkollhom jerġgħu japplikaw biex jagħmlu t-test u allura jerġgħu jħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull persuna li tagħmel it-Test tas-Sewqan tingħata kopja tad-‘Driving Test Report’ magħmula mill-Eżaminatur. Din tingħata wara li jsir it-Test u wara li l-Eżaminatur jagħti spjegazzjoni ta’ kif ikun mar il-kandidat fl-istess Test. Dan jista’ jsir ukoll fil-preżenza ta’ l-Instructor tal-kandidat jekk il-kandidat jitlob il-preżenza ta’ l-istess instructor kemm waqt it-test kif ukoll waqt l-ispjegazzjoni.
L-imsemmi ‘
Driving Test Report’
jagħti wkoll spjegazzjoni fid-dettal tal-atteġġjament tal-kandidat waqt it-Test u juri biċ-ċar fejn il-kandidat ikun għamel xi żbalji. L-istess dettalji jinkludu l-kundizzjonijiet li juru jekk il-kandidat/kandidata għaddewx mit-Test jew le.
Din il-procedura tapplika ghal kwalunkwe Test tas-Sewqan.
Jista' l-Ministru b'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti - jekk kien involut - jgħid kemm inħarġu media and corporate identity related tenders li jikkonċernaw azjendi, dipartimenti u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu din is-sena? Kemm minnhom kienu relatati wkoll mas-settur tal-printing? Kemm-il kumpannija applikat għal dawn it-tenders u liema ntgħażlet? X'kienu l-offerti kollha li saru? L-istess mitoqsija tirrigwarda is-sejħa riċenti li saret permezz ta' tender għall-organizzazzjoni ta' press conferences mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u min-NISCO (National Information Society Council)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ntbagħat lil dan il-ħanut tal-merċa minħabba li jirriżulta li huwa wieħed eċċessiv għal dan l-istabbiliment minħabba t-tariffi l-ġodda li ġew fis-seħħ?
Jista' l-Ministru joffri rimedju lis-sid ta' dan l-istabbiliment biex ikun jista' jħallas dan il-kont bin-nifs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Santa Margerita l-Mosta — Triq Dawret il-Wied - bus shelter
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-bus shelter li hemm fi Triq Dawret il-Wied fiż-żona ta' Santa Margerita l-Mosta jinbidel u jsir aktar modern u bla periklu għat-tfal tal-iskola u n-nies li jagħmlu użu minnu? Dan il-bus shelter qiegħed bil-maqlub ta' dak li hemm bżonn fejn id-daħla tiegħu tinstab fuq triq dislivellata u għalhekk mhuwiex aċċessibbli u jista' jkun ta' periklu għal min jaċċessah?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Marsaxlokk — Triq it-8 ta' Mejju - Binja Ħal-Ġinwi - tarmac
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport se tagħmel l-arranġamenti tagħha biex Triq it-8 ta’ Mejju
f’Marsaxlokk tingħata t-
tarmac
u jsiru l-bankini fuq in-naħa tal-Binja Ħal-Ġinwi biex jitnaqqas ir-riskju li meta tagħmel ħafna xita ma’ jerġgħux jispiċċaw taħt l-ilma l-garaxxijiet u l-bażijiet tal-
lifts
li hemm taħt l-istess binja li skont ir-risposta li ta l-Ministru tal-Politika Soċjali f'mistoqsija parlamentari 9697 "ir-residenti ma jixtiequx jaċċettaw il-
handing over
tal-
lifts
minħabba l-possibilità li jerġa' jseħħ għargħar u jagħmel ħsara fil-bażijiet tal-
lifts
”?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — persuni ingaġġati jew promossi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn:
a) kemm-il persuna ġiet ingaġġata jew promossa għal grad ta'
chief manager
fil-Korporazzjoni Enemalta? b) X'inhu xogħolhom?
ċ) Kemm hu s-salarju marbut ma' dan il-grad?
d) Hemm aktar allowances u benefiċċji marbuta ma' dan il-grad u jekk fl-affermattiv, x'inhuma u kemm jiswew lill-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk mexxiex id-delegazzjoni li marret iżżur lil Renzo Piano rigward il-pjanijiet għall-Belt ftit jiem qabel ma għamel il-preżentazzjoni tiegħu f'Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm u min huma l-persuni li akkumpanjaw lill-Ministru? Kemm kienet twila ż-żjara li saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, ma mexxejt l-ebda delegazzjoni kif qed jirreferi l-Onor. Interpellant.