Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7416 u jgħid kemm hu l-ammont ta' Karti tal-Identità temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li Malta ma toħroġx karti ta' l-identita' temporanji u ma tiċħadx karta ta' l-identita lil persuni li jkun ilhom residenti f'Malta sitt xhur jew aktar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5199 u 5888 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma miksura, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Ġaladarba qed ikun hemm inċidenti spissi fit-Triq Sebuqa, San Gwann u hemm talbiet għal miżuri ta' traffic calming mir-residenti u mill-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid x'miżura beħsiebha tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex dawn l-inċidenti jitnaqqsu u r-residenti jistgħu jserrħu rashom li t-triq ma tibqax tintuża donnha korsa tal-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ talbet proposti dettaljati mill-Kunsill Lokali ikkonċernat għal miżuri ta’ traffic calming fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant sabiex dawn ikunu jistu jiġu evalwati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7831 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba .
Jistà l-Ministru jgħid meta l-
website
ta' l-Awtorità dwar it-Trasport ser tigi
updated
hekk kif din ilha
under construction
għal aktar minn 4 xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-web site ta' l-Awtorita dwar it-trasport www.maltatransport.com m'hiex under construction imma hija available. Minn żmien għal żmien ikun hemm partijiet minnha li jkunu qed jiġu aġġornati, kif qed isir bħalissa fuq partijiet minnha. Il-kontenut ikun kollu f'postu sa Settembru li ġej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-bidliet li mistennija jseħħu fl-inħawi tad-daħla ta' Buġibba, ħdejn Kennedy Grove b'riżultat tax-xogħol li ssemma li għandu jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport f'dawn l-inħawi? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol? Meta hu mistenni li jintemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jinkludi t-tiswija, twessiegħ u re-alignment ta’ madwar tmien kilometri ta’ triq. Il-ħsieb huwa wkoll li jiżdiedu l-karreġġjati sabiex ikun hemm tnejn f’kull direzzjoni, kif ukoll isir titjib fil-junctions permezz ta’ roundabouts u traffic lights. Bħalissa l-ADT qiegħda tipprepara l-applikazzjoni biex tiġi sottomessa lill-MEPA u sabiex imbagħad fuq id-direzzjoni li tagħti l-MEPA ikunu jistgħu jsiru l-Environmental Impact Assessment għax-xogħolijiet proposti. Hekk kif ikun komplut l-EIA u l-permess tal-MEPA ikun approvat, tinħareġ sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fuq dan il-proġett.
Minħabba f’hekk ix-xogħol ta bini u titjib ta din it-triq, li għandu jieħu madwar sentejn mhux mistenni li jibda qabel l-2011.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8794 u jippubblika l-istudji li kkwantifikaw l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa taċ-ċittadini li ġew imħejjija qabel ma' saret l-aġġudikazzjoni tal-power plant il-ġdid ta’ Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif digà intqal f’diversi stqarrijiet li saru, l-Environmental Impact Assessment li qed jirreferi għalih l-On. Interpellant se jsir skond it-terms of reference relattivi maħruga mill-MEPA. Minbarra dan infakkar lill-On. Interpellant illi l-impjant li ser jinbena f’Delimara hu mgħammar bl-aħħar teknoloġija, u jikkonsisti f’miżuri favur l-ambjent. F’dan il-kuntest nirreferi għall-istqarrija tiegħi tal-1 ta’ Ġunju u li tista’ titnizzel mill-websajt tal-Ministeru tieghi f’ mitc.gov.mt.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi użati mid-dipartimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8781 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3216, jista' jgħid jekk dan ir-rapport ġiex finalizzat? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Birżebbuġa — Sqaq għall-Għolja ta' Borg in-Nadur - tqegħid ta' lampi tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa għat-tqegħid ta' lampi tad-dawl fid-daħla tal-isqaq għall-Għolja ta' Borġ in-Nadur, Birżebbuġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-responsabbilta ta’ lampi ġodda f’Birżebbuġia taqa’ taħt il-Kunsill Lokali. Jekk il-Kunsill Lokali għandu xi talba biex jinxtegħlu xi lampi ġodda, dawn għandhom jgħaddu din it-talba lil Enemalta bid-dettalji kollha.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuq:
a)
Coleridge Street
b) Nazju Ellul Street
ċ) Belvedere Street
d) Edgar Bernard Street
fil-Gżira? Jista' jindika ukoll id-data approssimattiva ta' tlestija? Jaf il-Minsitru li dawn it-toroq kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sena li għaddiet (2008) skond kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista preċedenti?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7868, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq titnaddaf minn dak li tħalla fiha wara li sar ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jittieħdu l-passi neċessarji biex din it-triq tiġi asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda xogħolijiet reċentement f’din it-triq mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għalhekk ma hemx xogħol ta tindif xi jsir minn din il-Korporazzjoni. Ser isiru xogħlijiet ta' re-instatementfi Triq il-Bidnija li hija biswit it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Għawdex - Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-tender specifications għax-xiri tal-baga għall-irmiġġ tal-cruiseliners fix-Xlendi? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn it-tender specifications fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9041 u jgħid jekk ngħatax xi kuntratt għal feasibility study sabiex jiddetermina l-potenzjal ta’ rmiġġi roro għal vapuri żgħar bħal ferry ships u catamarans fl-Imġarr Għawdex? Jekk ingħata meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u min hu l-kuntrattur? Meta ngħata l-kuntratt? Meta għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skond il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2007, wara sejħa pubblika għall-offerti, l-Awtorita’ Marittima nkarigat lil Fisher & Associates sabiex jagħmlu studju ta’ fattibilita’ (feasibility study) dwar il-possibilita’ ta’ servizz roro bejn Għawdex u Sqallija. Il-Kuntratt ma kienx jinkludi Environmental Impact Assessment.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi u liema metodu nħadmu l-figuri tal-emmisjonijiet ta' CO2 SO2 NOx u particular matter li qed jidhru f'advert li qed juri kemm ħerġin minn dawk il-kimiċi mill-impjant tal-power station tal-Marsa
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċifri ppublikati fir-riklam huma bbazati kif imsemmija hawnhekk.
Il-kalkoli ta CO2 huma bbażati fuq iċ-ċifri ta' emissjonnijiet tas-sena 2008 divisi bl-ammont ta elettriku li ġie prodott fl-istazzjon tal- Marsa.
Il-kalkoli ta SO2 huma bbazati fuq iċ-ċifri ta' żejt li nħarqet fl-istazzjon tal-Marsa, u l-kontenut ta' kubrit li jkun fih iż-żejt.
Il-kalkoli tal-particulate matter, ibbazati fuq l-medja tal emissjonijiet tal-particulate matter minn 1/1/2009- 30/4/2009 mill-istrumenti u ttotalizzati
Il-kalkoli ta NOx, huma bbazati fuq il-media tal-emissjonijet ta dan il-gass minn 1/1/2009- 30/4/2009 mill-istrumenti u ttotalizzati.
It- total ta' kull figura hi bbażata fuq l-ammont ta' enerġija elettrika li kapaċi joħroġ mill -impjant il-ġdid meta jaħdem fuq "
Maximum Continuous Rating
" ghal 8000 siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-flus dovuti bħala kumpens l-ex ħaddiema tas-Sea Malta li sal-lum għadhom ma ħadu xejn? Kemm hemm ħaddiema li għandhom jitħallsu u kemm huwa dan il-ħlas?
Minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih it-triqat tal-Madliena, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema triqat se jiġu asfaltati u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żona tal-Madliena tifforma parti mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi fejn skond il-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ hemm ippjanat li jsiru dawn it-toroq:
- Triq Josef Kalleya
- Triq Ġdida fi Triq Josef Kalleya
- Parti minn Triq il-Madliena
- Parti minn Triq il-Fortizza
- Triq is-Sagħtar
- Parti minn Triq Ortensji
- Parti minn Triq Qantar
- Parti minn Triq Qatta
Ix-xogħolijiet isiru skond il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.