Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula u ngaġġati 18-il ħaddiem li kienu impjegati temporanji bħala cabin crew mal-Air Malta fuq bażi ta' kuntratt indefinit? Xi kriterji ntużaw? Sar xi eżami u/jew intervista? Kemm kienu ilhom ingaġġati mal-Air Malta fuq bażi temporanja dawk magħżula jiġifieri minn liema sena? Kemm fil-fatt l-Air Malta għandha ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja bħala cabin crew b'kollox u li ma ġewx ingaġġati fuq l-istess bażi ta' kuntratt indefinit? Dawk li ma ġewx magħżula, kemm ilhom jaħdmu mal-kumpanija fuq bażi temporanja, jiġifieri minn liema sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għal numru ta’ snin, il-Kumpanija għamlet użu minn għadd ta’ impjegati temporaniji part-time biex issaħħaħ in-numru ta’ cabin crew fix-xhur fejn jiżdied l-operat. Infatti il-kumpanija għandha grupp ta’ impjegati temporaniji part-time illi tagħmel użu minnhom biss meta jkun hemm bżonn. Dawn l-impjegati huma mħallsa fuq bażi pro-rata skont il-bżonn. Fi ftit xhur, dan il-grupp se jiġi rrinforzat u se jinkludi madwar 200 persuna.
Fix-xitwa, il-kumpanija kellha bżonn numru ta’ impjegati
part-time
temporanji u għalhekk żammet 18-il
part-timer
. B’nuqqas amministrattiv kuntratti ma ġewx mġedda għal perjodu ieħor definitiv fil-perjodu ta’ 12-il ġurnata hekk kif stipulat mill-liġi. Għalhekk minħabba in-natura tal-liġi, il-kuntratt definit ta’ dawn l-impjegati kellu jiġi mibdul f’wieħed indefinit dejjem fuq bażi
part-time
.
L-ebda wieħed minn dawn it-tmintax-il
cabin crew
ma ilu jaħdem għall-perjodu kontinwu definit ta’ impjieg ta’ 4 snin hekk kif stabbilit mil-liġi. Is-sena meta l-impjegati bdew jagħtu s-servizz tagħhom
ad hoc
lill-Air Malta ivarja skont l-impjegati varji.
Apparti dawn it-18 –il
cabin crew part-time
, il-kumpanija bħalissa għandha 41
cabin crew
ieħor impjegati fuq kuntratt definit. Il-
part-time cabin crew
kollha ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ impjegati permananti
full-time
iżda huma jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi
ad hoc
.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux iservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17614 u jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17614.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skont mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18770.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18321 u 17936 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konsulenti u kuntratturi li ħadmu fuq Dar Malta fi Brussell, u kemm tħallsu kull wieħed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17936.
Jista' l-Ministru jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19187.
kwestjoni dwar kumpaniji li jibnu l-power stations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18411 u ċioe: Peress li l-BWSC hija 100% tal-Mitsui Engineering and Shipbuilding Co Ltd (MES) u peress li l-MAN hija licenzjata mill-MES biex tibni magni għall-power stations u MAN u MES jipproduċu magni għall-power stations flimkien u peress li l-BWSC u l-MAN kienu tnejn mill-offerenti għall-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara u waħda ntagħżlet u l-oħra ġiet runner up, jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni jekk l-offerti tal-BWSC u l-MAN jammontawx għall-collusive bidding peress li l-benefiċjarja finali kienet se tkun il-MES, jirbaħ min jirbaħ il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18411.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall- Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 15017 u 17703.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19188.
VAT fuq commission tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se titħallas VAT fuq il-commission ta' xi €4 miljuni li se jieħu l-aġent in konnessjopni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Jekk iva:
a) fuq liema numru tal-VAT se titħallas;
b) b'liema rata tal-VAT;
ċ) min se jħallas il-VAT u lil min;
d) din il-VAT hija refundable?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta m’hu qed tħallas l-ebda commission lil xi aġent in konnessjoni mal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara.
Jista' l-Ministru jgħid skont il-kuntratt tal-BWSC:
a) F'liema data suppost tkun lesta
in full working order
l-estensjoni tal-
power station
;
b) F'liema data suppost isir l-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond il-kuntratt ma’ BWSC, l-impjant il-ġdid se jkun komplut sal-5 ta’ Gunju 2012 u l-pagament finali irid isir sa tletin ġurnata mid-data ta’ meta jitlesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT minn Għawdex, id-Dipartiment tal-VAT is-sena l-oħra u din is-sena sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ VAT miġbura minn Għawdex matul is-sena 2009 u din is-sena sal-lum huwa € 10,968,624 u € 5,378,716 rispettivament.
Peress illi
a) id-Dragonara Casino Ltd, id-Direttur tax-Xogħol u sussegwentement il-General Workers Union kienu informati nhar it-13 ta' Novembru li se jkun hemm estensjoni oħra tal-konċessjoni eżistenti tagħhom sa l-aħħar ta' Awwissu 2010;
b) it-Tnejn ta' wara, jiġifieri s-16 ta' Novembru l-kumpanija kienet informata li din id-deċiżjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett;
ċ) il-kumpanija kienet informata illi wara li d-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett din l-estensjoni ma kenitx se tingħata;
Jista' l-Ministru:
a) jispjega għalfejn seħħew dawn il-kuntrumbajsi kollha?
b) għalfejn id-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett?
ċ) jispjega għalfejn il-MIMCOL immissja kompletament id-deadlines kollha tal-proċess ta' evalwazzjoni għall-konċessjoni tal-Casino tad-Dragonara u ma kkomunika ma' ħadd mill-applikanti?
d) jgħid illi tenut kont il-mistoqsijiet qawwija li qamu ta' natura ta' aġir etiku (ethical behaviour) matul dan il-proċess, x'garanziji jista' jagħti biex jassigura li l-konċessjoni ġiet evalwata b'mod trasparenti u ġust u li dan il-proċess ikun jista' jiġi skrutinizzat kif xieraq?
e) kif se jkun assigurat li, ikun xi jkun l-eżitu tal-konċessjoni, ma niġux f'sitwazzjoni fejn ikun hemm abuse of a dominant position fil-qasam tal-casinos f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Concession and Lease Agreement għall-każino Dragonara ġie konkluż nhar it-30 ta’ Ġunju 2010, bl-iffirmar tal-konċessjoni għal għaxar snin, skont kif kien tħabbar fir “request for proposals” li kienet ħarġet nhar l-4 ta’ Mejju 2009.
Iż-żewġ estensjonijiet kienu neċessarji sabiex jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni hekk kif kien imħabbar fid-dokument tat-
tender
.
Il-proċess ta’ evalwazzjoni u negozjati issa spiċċa u wara li ġie ffirmat il-kuntratt, il-proċess ta’ bdil tal-idejn bejn l-operatur ta’ qabel u dak li rebaħ dan it-
tender
, sar, u mexa b’mod tajjeb ħafna.
Il-mistoqsija fiha diversi allegazzjonijiet mhus sostnuti.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — uffiċċju fil-Belt
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16417, jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija oriġinali li baqgħet mhux imwieġba u jgħid jekk jaħsibx li huwa ġust li kulħadd qed jiġi mġiegħel jitla' Ħal Luqa b'inkonvenjet kbir għal bosta, b'mod partikolari għall-anzjani u nies li m'għandhomx trasport? Peress li fit-tweġiba li l-Ministru irreferieni għall-mistoqsija parlamentari 16378, x'qed iġiegħel lill-Ministeru tiegħu jieħu daqshekk fit-tul biex isib post ieħor fil-Belt biex iservi ta' uffiċċju għall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jaqdi bl-aħjar mod lill-konsumaturi wara li ngħalaq l-uffiċċju li kien hemm fil-Belt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ARMS Ltd qegħda fi stadju avvanzat ta’ negozjati biex tikri s-sular ta’ isfel ta’ Gattard House, il-Blata l-Bajda.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-Privatisation Unit li wasslu għall-għażla u konklużjoni mal-kumpanija Palumbo ta’ ftehim li bih it-tarznari se jgħaddu f’idejn id-ditta Palumbo?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għas-Sommarju tal-offerti li l-Gvern irċieva għas-sejħa għat-tmexxija tax-shipyard u tal-yacht yards, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 19 ta’ Mejju, 2010 (P.L. 4698).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħol ta' konsulenza ngħata lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-entitajiet, aġenziji, fondazzjonijiet, awtoritajiet eċċ.li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b'sena bejn l-2004 u l-2009? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol u xi ħlas sar ta' kull biċċa xogħol ta' konsulenza ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kif filwaqt li fl-Air Malta qed jingħad li l-ingaġġ ta' 18-il persuna li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja bħala Cabin Crew u issa ġew ingaġġati b'kuntratt indefinit, kien żball amministrattiv, kif il-UHM permezz ta'
press release
bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew', qed jiġi mistqarr pubblikament li: 'F'dawn iċ-ċirkostanzi t-Taqsima għamlet diversi rappreżentazzjonijiet mal-
management
tal-Air Malta kif ukoll talbet lid-Direttur fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, it-tabib li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex jintervjeni dwar din is-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema';
b) min qed jgħid il-verità, dak li qed jintqal mill-management tal-Air Malta jew dak li ppubblikat il-UHM;
ċ) kif l-Air Malta ddiskutiet il-każ tal-Cabin Crew mal-UHM u mhux mal-Union of Cabin Crew li hija l-union leġittima li tirrappreżenta lil din is-sezzjoni ta' ħaddiema fl-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għal press release bid-data tat-18 ta' Mejju 2010 bit-titolu 'Ftehim bejn l-UHM u l-Air Malta dwar Ħaddiema fis-Sezzjoni tal-Cabin Crew' il- fatti korretti tas-sitwazzjoni huma kif ġej:
Fix-xitwa, il-kumpanija kellha bzonn numru ta’ impjegati part-time temporanji u għalhekk żammet 18-il part-timer. B’nuqqas amministrattiv l-kuntratti ma ġewx mġedda għal perjodu ieħor definitiv fil-perjodu ta’ 12-il ġurnata hekk kif stiupulat mill-liġi. Għalhekk minħabba in-natura tal-liġi, il-kuntratt definit ta’ dawn l-impjegati kellu jiġi mibdul f’wieħed indefinit dejjem fuq bażi part-time.
Il-kumpanija bdiet proċess dixxiplinaru fil-konfront tal-persuna responsabli minn dan in-nuqqas.
Ma kien hemm l-ebda qbil mal-UHM fuq din il-kwistjoni. Il-kumpanija kienet obligata tosserva l-liġi f’dan ir-rigward. Il-kumpanija kienet diġa għamlet kuntatt mad-Direttur fid-Dipertiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. .
Il-Union rikonoxutta mill-kumpanija biex tirraprezenata li Cabin Crew hija l-UCC. Il-kumpanija trid titkellem ukoll ma kwalunkwe persuna jew Union li tiġi għand il-kumpanija biex tirraprezenta lil xi impjegati fuq livell individwali. Il-UHM għamlet talba lil-kumpanija biex issir laqgħa dwar xi impjegati fuq livell individwali. L-eżitu ta’ din il-lagħqa kienet li Il-kumpanija ikkonfermatt il-fatti tas-sitwazzjoni lill-UHM.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi qed jittieħdu biex jkun hemm fast tracking tal-queues li qed jkun hemm ta' kuljum fl-aġenzija ARMS Ltd, b'inkonvenjent kbir għal dawn in-nies speċjalment meta jkunu persuni ta' ċertu età, bi bżonnijiet speċjali u problemi oħra ta' saħħa kif ukoll nies li jkunu ħadu leave apposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba ż-żieda fl-ammont ta' nies li qed jagħmlu kuntatt ma l-uffiċċju tal-Customer Care, ġie introdott servizz ta' fast lane biex tħaffef is-servizz għal ilmenti ta' natura sempliċi. B'dan il-mod, għal dawn il-konsumaturi m'hemmx għalfejn jistennew fil-queue.
Domanda għal-servizzi oħra, bħal applikazzjonijiet, jistgħu jitħallew f'kaxxa apposta u dawn imbgħad jiġu pproċessati wara l-ħin ta l-għeluq. Dan isir mingħajr ma joqogħdu jistennew fil-queues ikkonċernati wkoll.
F'kaz ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, jew anzjani li jipposjedu l-karta anzjan, dawn jingħataw preċedenza.
L-agenzija ARMS Ltd. tassigura li kull min jiġi qabel il-ħin ta' l-għeluq jieħu s-servizz mitlub.