Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9998 u jara li tiġi rranġata l-ħsara tal-ilma ħiereġ fi Triq il-Palm, Baħar iċ-Ċagħaq immedjatament peress li l-ilma ilu ħiereġ jumejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt issewwiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9856 u jgħid kemm ingħataw kuntratti s’issa fuq il-proġett ta’ Smart City għat-tisħiħ tad-drenaġġ ? Min ingħata x-xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt? Kemm kien hemm li tefgħu offerti u min kienu? Kemm offriet kull kumpannija għal dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża għall-operazzjoni u manutenzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, taċ-Ċumnija u ta' Għawdex separatament? X'inhi l-capacity ta' kull impjant? X'inhu previst li se jkunu l-ispejjeż għall-impjant li qiegħed jinbena fix-Xgħajra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jinżammx
record
ta' kemm immigranti barranin qed jirrikorru sabiex jieħdu affidavit l-Qorti u jgħidu li tilfu l-karta ta’ l-identità tagħhom?
Jaf il-Ministru li hemm uħud minn dawn l-immigranti li ħadu pluralità ta’ affidavit simili?
Jinnota l-Ministru li din it-tendenza tista’ u qed tagħti lok ta’ abbuż għax dawn il-karti ta’ identità jistgħu jintużaw abbużivament minn immigranti oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dwar it-tieni u t-tielet mistoqsija, ninsab infurmat li mhux impossibli li xi immigrant barrani jitlef l-karta tal- identita' iktar minn darba iżda m'hemm l-ebda rapport speċifiku ta' xi każ fejn l-istess persuna ħadet affidavit li tilfet il-karta tal-identita' għal diversi drabi bi skop li tabbuża mis-sistema. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ nitolbu jgħaddili l-informazzjoni ħalli l-każ ikun investigat.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-bieb li jagħti għal Baċir Numru 1 min-naħa tal-Isla, ikun miftuħ ħalli n-nies ikunu jistgħu jibqgħu mexjin tul ix-xatt kollu mill-Isla għal Bormla eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bieb li jagħti għal Baċir Numru 1 minn naħa ta’ l-Isla, se jkun miftuħ għan-nies malli jiġi kkreat linkli jaqsam id-daħla tad-Dock.
Peress li t-turnaround time tal-ajruplani tal-linja tal-ajru Ryanair.com li jagħmlu użu mill-ajruport tal-Gudja huwa ta' 25 minuta u b'hekk biex l-ajruplani jkunu lesti ħalli jitilqu f'dan iż-żmien qasir, meta l-passiġġiera jkunu telgħin fuq l-ajruplan ir-refueling ikun għadu għaddej, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jieħu d-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili biex jassigura li s-sigurtà tal-passiġġiera fl-ebda ħin ma tkun fil-periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċeduri ta' sigurta' meta ajruplan ikun qed iniżżel u jtella' passiġġieri fl-ajruport ta' Malta hija tal-MIA. Id-dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili imbagħad jara li l-prattiċi u proċeduri tal-MIA huma skond il-prattika internazzjonali. Jien infurmat li l-prattiċi użati fil-fatt huma dawk approvati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10169 u jgħid kemm metri kubi ta’ ilma ġew proċessati mill-polishing plant f’Għawdex kull xahar minn Lulju 2004 sa Ġunju ta’ din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 10053 u jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta' Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena? X‘kien il-livell ta' salinità ta' dan l-ilma f'Malta u Għawdex separatament kull sena/perijodu msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Burmarrad u San Pawl il-Baħar — tqegħid ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fid-dawl (pelican lights) approvati f'Burmarrad u Lilly Road San Pawl il-Baħar, jiġu stallati kemm jista' jkun malajr u dan biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn li jistgħu jinqalgħu? Kemm ilhom li ġew approvati dawn il-lights u x'wassal biex idumu daqshekk biex jiġu mqiegħda f'posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9517 u 8778 u jgħid x'inhuma l-proġetti li hemm għall-ħolqien jew tkabbir ta' yacht marinas f'Għawdex? Fiex wasal kull proġett? Meta mistenni li jinbeda u jispiċċa kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport li ġie publikat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fi Triq il-Ħtajriet fil-Mosta reġa' waqaf u issa jidher li qisu waqaf għal kollox? Jista' jgħid meta beħsiebu jkompli dan ix-xogħol u jekk huwiex se jitlesta qabel terġa' tibda x-xitwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Triq il-Ħtajriet kien imqassam fuq numru ta’ fażijiet li x-xogħol fuqhom tista’ tgħid li huwa komplut kollu ħlief għall-aħħar fażi fejn din it-triq tagħqad ma’ Vjal il-Qalbiena Mostin. It-tender għax-xogħol f’din il-parti tat-triq ser jiġi ppublikat fil-gimgħat li ġejjin
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum l-inkonvenjent għar-residenti li jinsabu fi Triq il-Kampanella, fil-Fgura fejn minħabba l-proġett ta' Smart City qed jitħaddem generator li qed jagħmel ħsejjes li żgur m'humiex pjaċevoli speċjalment issa li t-twieqi jkunu aktar miftuħin minħabba s-sħana tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għamel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant huwa xogħol relatat mal-kostruzzjoni ta’ mina tad-drenaġġ li twassal id-drenaġġ mill-Marsa sal-Impjant tat-trattament tad-drenġġ f’ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra.
Infurmat ukoll li dan ix-xogħol ta’ tħaffir li qed isir fil-parti ta’ Triq Kampanella fil-Fgura mistenni jkun lest fi żmien tliet xhur oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9855 u jgħid kemm ġiet esproprjata art biex tinbena Smart City, mingħand min u jekk il-kumpens ingħatax diġà jew le? Jista’ jghid jekk hemmx xi sidien li oġġezzjonaw u fetħu kawża l-Qorti? Hemm il-ħsieb li tiġi esproprjata aktar art?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l - ammont ta’ l-art li ġiet esproprijata hi ta’ 112,818m2 . Hamsa u għoxrin (25) biċċa art ġiet esproprijata mingħand sidien privati. Hemm xi biċċiet mill-art li s-sidien għandhom ma ġewx identifikati. Il-kumpens tħallas lid-Dipartiment ta’ l-artijiet fuq l-evalwazzjonijiet tal-periti tal-Gvern li saru fl - 1977, 1979 u fl - 2006. Tmien sidien ikkontestaw il-kumpens mogħti lillhom. M’hemm l-ebda ħsieb li tiġi esproprijata aktar art.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' studju dwar it-trasport bit-tramm li kien tħabbar xi żmien ilu? Jista' jqiegħed kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 8055 u 8950.
San Pawl il-Baħar — Xemxija - Triq il-Preistorja - Tarmac
Question
Jista' l-Ministru jara li permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jingħata wiċċ tarmac lil parti minn Triq il-Preistorja fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet asfaltata ħlief medda ta’madwar ħamsin metru li għadha mhiex żviluppata kollha. Minħabba f’hekk din il-parti tat-triq ma ġietx inkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq li jridu jsiru u b’hekk mhux se jsiru xogħolijiet f’din it-triq għalissa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6005 minħabba li issa għadda żmien twil biżżejjed dwar il-programm ta' toroq li suppost il-Gvern qed jaħdem fuqhom? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għaddietx il-file lura ħalli tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X'effett se jkollha d-deċiżjoni li jiġu privatizzati t-toroq fuq ix-xogħol ta' toroq li suppost qed isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 9413 u Nru. 9511.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policmen) f'Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Fgura? Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Mir-records tal-ADT ma jirriżultax li kien hemm approvazzjoni għal road humps fil-Birgu u l-Isla.