Villa Rundle, bus terminus u promenade taż-Żewwieqa — xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huwa/min huma l-kuntrattur/i li qed jagħmlu xogħol/xogħlijiet fuq dawn il-proġetti f’Għawdex: Villa Rundle, il-bus terminus il-ġdid u l-promenade taż-Żewwieqa? Kemm huwa maħsub li se jiġi jiswa b’kollox kull wieħed minn dawn il-proġetti? Xi ħlasijiet saru s'issa lill-kuntrattur/i involuti fuq kull proġett b’mod separat? Meta beda x-xogħol fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti u meta huwa maħsub li jitlesta kull wieħed minn dawn il-proġetti ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex għar-rigward il-parti tal-mistoqsija li tittratta dwar il-bus terminus jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella t’hawn taħt.
Il-proġett tal-
Upgrading
tal-Villa Rundle huwa stmat li jiswa €2,479,360.54 (Vat Inkluż).
Ix-xogħlijiet bdew f'Lulju 2008 u maħsuba li jispiċċaw din is-sena.
Name of Contract
Name of Contractor
Value of Contract (incl VAT)
Amount Paid incl VAT
Upgrading Works at Villa Rundle Gardens
Road Construction Co. Ltd.
1,722,802.19
1,171,645.86
Electrical Installation at Villa Rundle Gardens
Central Power Installations (CPI) Ltd.
301,869.58
181,121.75
Tender for Project Management at Villa Rundle Gardens
S&A Quality Assurance
35,341.00
15,903.45
Quotations for Billboards
MFCC
1,416
1,416
Il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront huwa stmat li jiswa €6,240,364.38 (Vat inkluż).
Ix-xogħlijiet bdew f’Mejju 2011 u maħsuba li jispiċċaw is-sena d-dieħla.
Name of Contract
Name of Contractor
Value of Contract (incl VAT)
Amount Paid incl VAT
Works tender for the Civil Works and embellishment of the Zewwieqa Waterfront, Ghajnsielem, Gozo
Road Network Joint Venture – Lot 1 & Lot 3
3,757,564.81
35,872.00
0.00
GRV Joint Venture – Lot 2
65,914.46
0.00
Cost Benefit Analysis
Europa Research & Consultancy Services
22,000
22,000
Construction Management Services for the Upgrading of Zewwieqa Waterfront
S&A Quality Assurance
141,069.83
0.00
Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - suġġetti mgħallma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema suġġetti mis-sillabu taċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) qed jiġu mgħallma fil-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex? Kemm hemm studenti jitgħallmu dawn is-suġġetti, suġġett suġġett u sena sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - suġġetti mgħallma fl-iskejjel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema suġġetti qed jiġu mgħallma fl-iskejjel post-sekondarji, ġenerali u vokazzjonali separatament, fil-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex? Kemm hemm studenti jitgħallmu dawn is-suġġetti, suġġett suġġett u sena sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - sessjonijiet u lezzjonijiet prattiċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet li qed jintużaw illum mill-iskejjel tal-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex biex isiru sessjonijiet prattiċi u jingħataw lezzjonijiet prattiċi kif jitlob is-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika taċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) fl-oqsma segwenti:
1. Badminton
2. Basketball
3. Football/Netball
4. Hockey
5. Team Handball
6. Volleyball
7. Athletics
Running
Sprinting (100m)
Middle distance (800m)
Jumping
High Jump
Long Jump
Throwing Shot put
Discus
8. Swimming
9. Gymnastics and Dance Activities
Artistic Gymnastics floorwork
Vaulting
Educational Dance
Tista’ l-Ministru tgħid x’apparat hemm f’kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Kulleġġ tal-Edukazzjoni - faċilitajiet ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-faċilitajiet mistennija li jkun hemm fl-2012 u fl-2013 rispettivament għall-użu mill-iskejjel tal-Kulleġġ tal-Edukazzjoni f’Għawdex biex isiru sessjonijiet prattiċi u jingħataw lezzjonijiet prattiċi kif jitlob is-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika taċ-Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) fl-oqsma segwenti:
1. Badminton
2. Basketball
3. Football/Netball
4. Hockey
5. Team Handball
6. Volleyball
7. Athletics
Running
Sprinting (100m)
Middle distance (800m)
Jumping
High Jump
Long Jump
Throwing Shot put Discus
8. Swimming
9. Gymnastics and Dance Activities
Artistic Gymnastics floorwork
Vaulting
Educational Dance
Tista’ l-Ministru tgħid x’apparat hemm f’kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għar-rigward ta' faċilitajiet li jistgħu jiġu implimentati minn naħa tal-FTS fl-iskola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Fil-każ tal-iskola tal-Bniet Agius de Soldanis m'hemmx proġetti maħsuba peress li m'hemmx spazju għal aktar faċilitajiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal, subien u bniet separatament, li kienu jattendu skejjel pre-primarji f’Għawdex kull sena skolastika mill-2006/2007 ‘l hawn? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont
· skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti;
· il-lokalità tal-iskola; u
· ir-residenza tat-tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infuurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal, subien u bniet separatament, li kienu jattendu skejjel primarji f’Għawdex kull sena skolastika mill-2006/2007 ‘l hawn? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont
· skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti;
· il-lokalita’ tal-iskola; u
· ir-residenza tat-tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fontana — Triq is-Sajjieda u Triq Sptar San Ġiljan - walter culvert
Question
Peress li r-residenti ta' Triq is-Sajjieda u Triq Sptar San Ġiljan fil-Fontana qed jilmentaw minħabba kumulu ta' ilma meta tagħmel ix-xita u li allura jeħtieġ li jsir walter culvert, tista' l-Ministru tara li dan il-culvert isir biex jiġi indirizzat dan l-inkonvenjent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li huwa ppjanat li jsir water culvert biex tittaffa din il-problema.
Rabat — Triq Aniċi u Triq Neolitiċi - rimi ta' skart illegali
Question
Peress li r-residenti ta' Triq Aniċi u Triq Neolitiċi fir-Rabat qed jilmentaw minn rimi ta' skart illegali ġo sit li kien imdawwar b'ħajt u li issa dan il-ħajt huwa mwaqqa, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex se jieħu l-passi neċessarji fuq il-materja in kwistjoni.
Tista' l-Ministru tindika liema huwa d-dipartiment u l-uffiċjal responsabbli minn EkoGozo? Tista' tgħid liema inizjattivi minn dan il-programm twettqu s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment responsabbli mill-implimentazzjoni tal-viżjoni Eko-Għawdex huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Istrateġija u Sapport li taħtu jaqa d-Direttorat għal eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali. L-Uffiċjal responsabbli huwa d-Direttur ta’ dan id-Direttorat.
Jiena nfurmata wkoll li sa issa, l-proġetti li twettqu jinkludu l-estensjoni tal-bosk fl-Imġarr b’2300 siġra li jkopru 11,000 metru kwadru, tindif tal-widien f’diversi żoni, korsijiet għall-bdiewa dwar l-użu tal-pestiċidi u kimika fl-agrikoltura, l-għoti ta’
Feed in Tariff
ogħla minn dik nazzjonali għall-enerġija solari ġġenerata f’Għawdex, proġett ta’ moniteraġġ ambjentali tal-ilma madwar il-kosta t’Għawdex, investiment sostanzjali fil-Farm Sperimentali tal-Gvern,
Energy Audits
fil-maġġoranza tal-proprjetajiet tal-Gvern, żewġ skemi għar-restawr ta’ Rdieden tar-Riħ, bini ta’ ġibjuni għall-ilma tax-xita f’diversi proġetti, il-konklużjoni tal-
Masterplan
taċ-Ċittadella, għajnuna fit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni dwar is-Saħħa Mentali, il-pubblikazzjoni ta’ Liġi li tipproteġi l-kosta tad-Dwejra bħala
Special Area of Conservation,
Pakkett ta’ Riżorsi għall-Għalliema, diversi Kampanji dwar Ikel b’saħħtu u
healthy lifestyles
, programm ta’ attivitajiet extra-kurrikulari ta’ sport u eżerċizzju għall-istudenti, ir-riforma fit-trasport pubbliku li ser tiġi varata fil-ġimgħat li ġejjin, kampanji ta’ tagħrif dwar it-Turiżmu, Strateġija għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani f’Għawdex, il-parteċipazzjoni f’diversi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea dwar agrikoltura, turiżmu, restawr ekoloġiku u l-użu sostenibbli tal-ilma, skemi għal proġetti marbuta ma’ Eko-Għawdex mill-Għaqdiet mhux Governattivi u Kunsilli Lokali, u l-iskema Arti Pubblika f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet wara li allegatament il-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha snin sħaħ tgħaddi bit-trakkijiet tagħha mill-qalba tal-villaġġ tal-Qala bi skart tal-kostruzzjoni fuq diversi proġetti, meta huwa mifhum li l-permessi oriġinali għall-proġetti kienu jispeċifikaw li dawn kellhom jgħaddu biss mir-rotta speċifika li tgħaddi minn barra r-raħal? Possibbli li ħadd qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-Ministru jew tal-Ministeru konċernat dwar dan l-abbuż ripetut? Ġie stabbilit jekk b'riżultat ta' dan l-abbuż saritx xi ħsara u nħolqitx xi ħtieġa ta' manutenzjoni għat-toroq konċernati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qatt ma rċieva rapporti dwar dan. Ngħarraf ukoll li l-proġetti tal-Ministeru ma jispeċifikaw l-ebda rotta partikolari li minnha jgħaddu l-vetturi bl-iskart peress li dan huwa regolat mill-kundizzjonijiet li tagħmel il-MEPA dwar ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25859 dwar xogħol u kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra l-ġodda fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, tista’ l-Ministru tgħid x’qed iżomm ix-xogħol milli jitlesta u li jsir il-kuntratt peress li l-Ministru fit-8 ta’ Lulju 2008 għall-mistoqsija parlamentari 1773 kienet wieġbet li "l-kuntratti ta' bejgħ se jsiru fi żmien qarib"?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi appena jkollna l-approvazzjoni tal-permessi kollha neċessarji u jitlesta l-proċess marbut mal-offerti relatati, ix-xogħol ikun jista' jibda u se jingħata bidu wkoll għall-kuntratti għall-konċessjoni tal-oqbra.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu l-istudji li kellhom isiru dwar l-aħjar mod kif jerġa' jinbena l-breakwater ta' Marsalforn? Meta mistenni li jitlestew dawn l-istudji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sar Mathematical Wave Climate Study fuq il-bajja ta' Marsalforn li ppreżenta possibilitajiet differenti u li se tinħareġ offerta biex isir Three Dimension Hydraulic Model biex jikkonferma l-aħjar possibilità.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex qed jitħejja pjan ħolistiku għall-bajjiet ta’ Marsalforn u x-Xlendi? Jekk fl-affermattiv, min qed iħejji dan il-pjan? Meta hu mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qed jitħejja pjan għall-bajjiet ta' Marsalforn u x-Xlendi minn Perit impjegat tal-Ministeru għal Għawdex b'konsultazzjoni mal-Ministeri responsabbli mill-Artijiet u t-Turiżmu. L-implimentazzjoni tax-xogħlijiet rakkomandati fil-masterplans tiddependi mill-ħruġ tal-permessi neċessarji u l-proċess tal-ħruġ t'offerti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus fl-2010 u s’issa din is-sena mill-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha skond l-items of expenditure? Tista’ tgħid kemm kien hemm flus kommessi fl-aħħar tal-2010 taħt kull item biex jitħallsu din is-sena u kienu għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi llum biex jitħallsu din is-sena u għadhom ma tħallsux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In vista tal-fatt li Għawdex hija gżira ekoloġika, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl fit-Triq tax-Xlendi ma sarx bl-enerġija solari? Kemm twaħħlu lampi u x'inhu l-konsum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl fit-Triq tax-Xlendi ma sarx bl-enerġija solari minħabba li l-ispiża kapitali u problemi ta’ manutenzjoni ma għamlux dan vijabbli. Minflok intużaw lampi li huma energy savers. Twaħħlu 75 lampa li jikkonsmaw 11.25KW.
Tista' l-Ministru:
a) tgħid għal liema raġuni l-pixxina li se ssir oriġinarjament kellha tkun ta' ħamsin metru u issa spiċċat ta' distanza ta' 25metru;
b) tgħid xi studji u konsultazzjonijiet saru rigward il-pixxina, ma' min u meta saru; u
c) tgħid x'tip ta' kompetizzjonijiet u ta' liema livell jistgħu jsiru fil-pixxina li se ssir f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet differenti minn dawk li kienu ġew deċiżi oriġinarjament. Saret konsultazzjoni mal-MIMCOL matul l-aħħar xhur. Kull tip ta' kompetizzjoni fuq livell internazzjonali se tkun tista' ssir fil-pixxina.
B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 25698 dwar xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office tlestewx, tista’ l-Ministru tgħid meta hija mistennija li toħroġ l-offerta għax-xogħol li għad baqa' jsir fuq dan is-sit?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-offerta għax-xogħol mistennija toħroġ sal-aħħar ta' Mejju 2011.
B’referenza għat-tweġiba li tatni għall-mistoqsija parlamentari 25181 dwar l-10% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Ewropej għall-perjodu 2007 – 2013 li huwa allokat għal Għawdex, irrid l-ewwelnett niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li jiena mkien fil-mistoqsija tiegħi ma rreferejt għan-negozjati li l-Gvern kellu mal-Unjoni Ewropea dwar dawn il-fondi iżda għall-arranġament tal-Gvern Malti li jagħti lil Għawdex10% tal-Fondi Ewropej. Għalhekk tista' il-Ministru twieġeb il-mistoqsija msemmija u tgħid jekk hijiex sodisfatta b’dawn l-arranġamenti u x’inhuma r-raġunijiet li jikkonvinċuha li 10% tal-fondi huma biżżejjed biex Għawdex jieħu dak li hu xieraq u mistenni, meta bl-10% tal-Fondi Ewropej b’kollox, il-prodott domestiku gross ta’ Għawdex niżel minn 60% tal-medja Ewropea fl-2003 għal 58% fl-2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25181.