Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32481 u jgħid kemm-il darba l-Awtorità tax-Xandir sabet żbilanċ fix-xandir pubbliku PBS mill-2020 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma għal kull sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat kif ġej:
Sena
Milqugħa
2020
4
2021
7
2022
3
2023
12
2024
12
2025
2
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme, min-Novembru 2023 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bejn Novembru 2023 u Novembru 2025 kien hemm 8370 sessjoni.
Il-Marsa - Triq Garibaldi - Nirien fl-iscrapyard - Spiża totali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi stmata l-ispiża totali li ġarrab il-pajjiż, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi umani, riżorsi materjali bħall-ilma, kif ukoll interruzzjonijiet, biex l-awtoritajiet kompetenti setgħu jikkontrollaw u jitfu n-nirien li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa, nhar il-21 ta’ Novembru, 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor.Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li hemm differenza ta’ 239 vot fir-reġistri elettorali ta’ Ottubru, b’din id-differenza tkun bejn ir-reġistru elettorali għall-Kunsill Lokali u r-reġistru elettorali għall-elezzjoni ġenerali, għal dak li jikkonċerna l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lil l-Onor Interpellanta , li r-Reġistri Elettorali jinħarġu mill-Kummissjoni Elettorali. Bħala Korp Kostituzzjonali, l-imsemmi Kummissjoni ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor Interpellanta tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32843 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm hemm fondi fil-Fond għall-Kawżi Soċjali preżentement u kemm tqassmu flus minn dawn il-fondi matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena, u f’kull każ jgħid lil min ingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura li biha persuna tista’ tapplika biex tibbenefika minn dawn il-fondi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor. Interpellanta li fis-seduta 369 fit-23 ta' Lulju 2025 tpoġġa r- rapport awditjat tal-
Fond għas-sena
2024.
Fir-rigward tar-rapport tal-2025,
ninforma lill-Onor. Interpellanta
li
fil-bidu tas-sena d-dieħla jibda
jiġi kkompulat ir-rapport annwali ta’ġestjoni. Ġaladarba jiġi kkompulat ir-rapport, dan jiġi awditjat u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, kif jiġri kull sena. Il-proċedura biex
persuna tista’ tapplika biex tibbenefika minn dawn il-fondi hija billi timla applikazzjoni elettronika fuq dan is-sit:
https://opm.gov.mt/en/public-bodies/social-causes-fund/
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il remote work space nfetaħ s’issa f’Għawdex, u kemm jistgħu joqogħdu ħaddiema fihom? Kemm kienet in-nefqa sabiex dawn il-work spaces jitlestew u fejn jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar użu ta’ dawn il-work spaces minn meta nfetħu, maqsuma xahar b’xahar, u jekk hemmx pjanijiet li jinfetħu aktar remote work spaces fil-gżira ta’ Għawdex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li f’Għawdex infetaħ remote workspace wieħed li jinsab ġewwa l-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija u jista' jakkomoda f'daqqa total ta’ 32 Uffiċjal Pubbliku. Din is-sena sa issa ntuża 'l fuq minn 2000 darba. In-nefqa biex tlesta dan ir-remote workspace kienet ta’ €51,103. S’issa m’hemmx pjanijiet li jinfetħu iktar remote workspaces. Dan għaliex it-teknoloġija kompliet dejjem tavvanza u l-idea ta' remote workspace evolviet għal hot desking li jista' jsir f'kull ħin u minn kullimkien.
To ask the Prime Minister if Malta Government has undertaken a careful scrutiny of public contracts with companies that are in violation of international law in Palestine? What mechanisms are in place to ensure that Malta is not complicit, or aiding and assisting in violations of international law, particularly in conflict zones and where there may be a risk of genocide and/or allegations of atrocity crimes including apartheid?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Linja tat-telefon 153 - Kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali, matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fl-2024 kien hemm 377 filwaqt li fl-2025 kien hemm 165 telefonata fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali,
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct order ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31750, 31971 u 32118 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li rigward d-dekateru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru t-tagħrif mitlub huwa kif ġej :
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru
L-entitajiet u id-dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Minsitru
Servizz.gov
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-entitajiet u id-dipartimenti fi ħdanu
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-entitajiet u id-dipartimenti fi ħdanu
Total
1
14
19
4
1
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32131, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, u jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern seconded ma' xi NGO?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat illi sa llum hemm total ta’ erbgħa u disgħin (94) impjegati pubbliċi fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika li huma rilaxxati ma’ Għaqdiet Volontarji skont il-policy stipulata f’Taqsima 4.2 tal-Manual on Special Leaves.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Awtorità tax-Xandir sabet żbilanċ fix-xandir pubbliku PBS mill-2020 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma għal kull sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista
’
l-Prim Ministru jgħid x
’
kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista
’
jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta
’
meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f
’
liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f
’
liema munita saru?

Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?