Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna s-safra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha xahrejn li applikat u s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet kkuntattjata permezz tat-telefon iżda kelmitna t-tifla tiegħu peress li bħalissa huwa indispost. Il-persuna kkonċernata kellha kartuna roża tad-dijabete u saret talba biex tinbidel il-kartuna għal waħda safra. L-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra rċieva applikazzjoni għal din il-kartuna safra fis-16 ta’ Mejju 2012. Din diġà ġiet ipproċessata u ser tintbagħat lill-persuna minnufih.
Persuni li ddaħħlu l-Emeġenzja mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u Sptar Monte Carmeli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew minn Sptar Monte Carmeli matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u/jew minn Sptar Monte Carmeli matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huwa hekk.
2012
Jannar
Frar
Marzu
April
Faċilità Korrettiva ta' Kordin
14
27
10
28
Sptar Monte Carmeli
0
0
0
0
Persuni li ddaħħlu l-Emeġenza kawża ta' inċident ta' traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti tat-traffiku matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Marżu 2012 fejn korriment ta’inċident tat-traffiku (Land Transport Accidents ICD-10 Code V01-V89) kien irreġistrat bħala discharge diagnosis, ammontaw għal 78.
Importanti li wieħed jgħid li dan in-numru ma jinkludix dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta’ l-isptar.
Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċidenti fuq il-baħar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-emerġenża kawża ta’ inċident fuq il-baħar matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-baħar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34557, 33052 u 32418 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32225, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mis-sena 2008 'l hawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proġettazzjonijiet/pjan li jeżisti dwar il-bżonn ta' postijiet fid-djar tal-anzjani fil-ħames u għaxar snin li ġejjin minn persuni anzjani u l-ispiża kapitali meħtieġa biex din it-talba tiġi sodisfata tul l-istess snin, peress li dan id-dokument issemma' li jeżisti waqt il-ħin ta' mistoqsijiet tas-seduta parlamentari tal-21 ta' Mejju 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Gvern hu konvint mill-ħtieġa ta’ aktar sodod għal kura fit-tul tal-anzjani, fil-fatt f’din il-leġislatura biss, żdiedu 800 sodda ġdida għall-anzjani. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jkompli jiftaħ djar tal-anzjani u bħalisa hemm tħejjijiet għal dar tal-anzjani f’Raħal Ġdid u oħra f’Birkirkara.
Bniet u subien li ddaħħlu fl-isptarijiet jew ċentri tas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħlu bniet u subien fl-isptarijiet u/jew ċentri tas-saħħa matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tal-Admissions Discharges Transfers Module tal-Patient Administration System, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei taħt is-17-il sena matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is- sena huwa hekk:
Nursery
Inkluża
Nursery
Eskluża
Nursery
Biss
Nisa
1,600
1,092
508
Rġiel
1,976
1,397
579
M’hemmx informazszjoni
32
32
0
Total
3,608
2,521
1,087
In-nies li attendew fiċ-ċentri tas-saħħa fl-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena (2012) f’Malta kien ta’ 487, 776 u f’Għawdex kien ta’ 27, 255. L-istatistika li tinġabar fuq in-nies li jattendu fiċ-ċentri tas-saħħa ma tiddeterminax l-eta’ u s-sess tal-individwu.
Persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta' overdose
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' overdose matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Mill-aħħar tagħrif disponibbli miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary in-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Emerġenza minn Jannar sa Marzu 2012 kien ta’ ħamsa u erbgħin (45) pazjent.
It-terminu overdose jinkludi dawn kategoriji:
Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44); Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64); Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14).
Persuni li ddaħħlu l-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' xorb aċċessiv matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) jirriżulta li fl-ewwel tlett’xhur ta’din is-sena ddaħħlu 54-il każ minħabba f’xorb eċċessiv fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji:
Kategorija A
: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9)
Kategorija B
: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
Kategorija C
: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
Importanti li wiehed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.
NOTA IMPORTANTI: IL-FIGURI HUMA PROVVIŻORJI
In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija jidhru hawn taħt:
Numru ta’ Pazjenti li ddahlu fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Marzu 2012
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
15
29
10
Persuni li ddaħħlu l-emerġenzja kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni fl-emerġenza kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li ddaħħlu fl-emerġenza kawża ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Fl-Electronic Case Summary/ Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il mara 'l fuq minn 50 sena saru testijiet minħabba l-marda tal-kanċer? Kemm huwa maħsub li għad fadal nisa biex imorru jagħmlu dawn it-testijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liem mard tal-kanċer qed jirreferi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32736, dwar it-24 Hour Telemetry EEG System, jista' l-Ministru jghid jekk is-servizz bediex jew le? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid ukoll kemm-il darba ntuża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz tal-Video EEG Long Term Monitoring inbeda mill-14 ta' Mejju 2012 u sa issa sar studju fuq żewġ pazjenti matul total ta' ħamest ijiem.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tingħata kura l-Isptar permezz ta' drip kif isir ma' pazjenti oħra minħabba li ma tistax taffordja tixtri dawn il-pilloli kontinwament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Evista® huma indikati għall-kura u l-prevenzjoni tal-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa. Dawn il-pilloli mhumiex fil-lista ta’ mediċini b’xejn li jingħataw mill-Gvern u osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet tal-Ħames Skeda tal-Att tas-Sigurta’ Soċjali (emendata 2012) li għalihom tingħata kura b’xejn.
Il-mediċini għall-osteoporożi li jingħataw mill-isptar bid-drip huma ristretti bi protokolli għall-pazjenti li għandhom osteoporożi minħabba li ħadu kura ta’ sterojdi fit-tul għal waħda mill-kundizzjonijiet imniżżlin fl-imsemmija Ħames Skeda tal-liġi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27045, jista’ l-Ministru jgħid meta finalment se tiġi emendata l-Mental Health Act liema liġi ilha ma tiġi emendata mill-1976?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Mental Health Act ġie approvat mill-Kabinett. L-Att se jiġi tradott għall-Malti u se jintbagħat il-Justice Unit sabiex jiġi rivedut.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjoni fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33721 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-akbar post tax-xogħol f'Malta, jiġifieri fl-Isptar Mater Dei, sena b'sena mis-sena 2008 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti li minħabba mismanagement tal-pazjenti li jkunu jridu jirrikoru għand is-Schedule V Office tal-Isptar, qegħdin iwasslu għall-dewmien biex jinqdew il-pazjenti kkonċernati? Huwa minnu li hemm xi personnel li ma ġewx aġġornati biżżejjed dwar kif taħdem l-iskeda u għad hemm dubji dwar jekk ċerti nies jaqawx taħt il-kartuna s-safra u/jew dik roża? Huwa minnu li fost il-farmaċisti tal-gvern fl-Ispiżerija tal-Gvern u fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek flimkien ma' spiżjara tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fuq bażi lokali, tħallew fid-dlam dwar ċerti dettalji amministrattivi u ħafna drabi qegħdin ikollhom jiffaċċjaw il-korla u r-rabja tal-pazjenti mingħajr ma jkunu jafu kif jistgħu ġenwinament jgħinuhom? Huwa minnu li riċentament il-personnel li kienu qed jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-pazjenti fis-Schedule V Office għall-aktar minn 20 sena għadhom kif ġew mgħarrfin li se jiġu sostitwiti minn staff ġdid b'seħħ immedjat mingħajr ma ġew informati fejn mistennija jirrapurtaw għax-xogħol - apparti il-fatt li l-istaff il-ġdid hija ħaġa naturali li jkun jeħtieġ element ta' żmien sakemm jidhra il-proċedura applikabli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li x-Schedule V Office tal-isptar Mater Dei qiegħed hemm bi rwol differenti mill-uffiċċju tal-kartuna s-safra tal-isptar San Luqa. Fl-uffiċċju ta’ Mater Dei l-pazjenti jħallu l-applikazzjoni biex tiġi proċessata mill-uffiċċju tal-konsulent. L-uffiċċju tal-kartuna s-safra tal-isptar San Luqa jirċievi l-applikazzjonijiet iffirmati mill-konsulenti u dawn l-applikazzjonijiet jiġu evalwati minn nies tekniċi biex tkun tista’ toħroġ il-kartuna s-safra. L-uffiċċju jiftaħ It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mis-7.30 sa 14.30 u n-numru tat-telefon tal-Customer Care huwa 21232424.
Huwa fatt li l-uffiċċju dan l-aħħar għandu influss qawwi ta’ pazjenti minħabba li kien hemm tibdil fil-liġi tal-istess Skeda Ħamsa u għalhekk iktar pazjenti qegħdin jibbenifikaw mis-sistema ta’ mediċini b’xejn. Fil-fatt il-ħin tal-customer care ġie mtawwal u l-pazjenti qegħdin jinqdew dak il-ħin stess. Nirċievu ukoll l-applikazzjonijiet bil-posta u bħalissa l-uffiċċju qegħdin jiġu proċessati l-applikazzjonijiet li daħlu fit-tlettax ta’ Mejju. Kull membru tal-istaff ġie trenjat u jsiru meetings regolari, għal tagħrif u tagħlim kontinwu.
Ħarġet ukoll memo, u qegħdin isiru information sessions regolari. Saru laqgħat mal-ispiżjara ta’ Malta li jinkludu l-ispiżjara fl-ispiżerija tal-Gvern u fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, mat-tobba privati kif ukoll dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, u hemm dati allokati għall-laqgħat oħra barra li qed jingħata tagħrif kontinwu minn fuq il-media.
Is-sistema tax-xogħol tbiddlet skont il-pariri fir-rapport tal-Awditur Ġenerali tal-Gvern u staff tekniku ilu jagħti s-servizz lill-pazjenti minn Diċembru li għadda. Infatti xogħol għall-clerks mhux ikun hemm u allura dawn qegħdin jiġu offruti xogħol alternattiv fi ħdan id-dipartiment.
Jista' l-Ministru jagħti l-aċċertazzjoni tiegħu li l-Ministeru tiegħu qiegħed jaderixxi mad-delega ta' ċerti setghat dwar is-servizz pubbliku kif ordnat jagħmel fl-4 ta' April 2009 mill-Prim Ministru billi, fost oħrajn, jassigura li f'kull każ u mingħajr ebda eċċezzjoni uffiċjali pubbliċi rtirati li jiġu ri-ingaġġati fil-gradi tan-nursing skont l-istess delega jingħataw dawk ir-responsabbiltajiet u obbligi marbuta strettament ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse? Fejn jinsab allokat u x'xogħol qiegħed jagħmel l-ex ufficjal pubbliku li rtira aktar minn sena ilu mill-gradi tan-nursing li deher qiegħed iqassam il-mediċini f'paġna 3 ta' ktejjeb maħruġ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità bl-isem 'Minn Qalbna... Għalik'? Huwa minnu dak li jingħad minn dan l-individwu fl-istess paġna, jiġifieri li x-xogħol li qiegħed jagħmel huwa dak ta' infermier? Fil-verità dan l-individwu qiegħed jagħmel xogħol ta' staff nurse skont ma tipprovdi d-delega bil-għan li jittaffa n-nuqqas akut ta' ħaddiema kwalifikati fil-qasam tan-nursing?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għal home help u wara xahrejn l-isptar għadha qed tistenna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar saret fid-19 ta’ Jannar 2012. L-applikazzjoni ntbgħatet għall-assessment tas-social worker. Peress li l-anzjana għamlet perjodu l-isptar u sussegwentement kellha ukoll appuntamenti l-isptar, l-assessment mis-social worker sar fit-23 ta' April 2012.
Il-Bord tas-Servizz tal-Għajnuna fid-Dar se jikkonsidra dan il-kaz fl-10 ta' Mejju 2012.
Applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għandha demensia u applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paul peress li qed ikollha problemi kbar bħal per eżempju tkun tiġri barra bil-lejl u tkun tinsab fi stat ta' abandun?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmata li l-persuna lil qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata sabiex tidħol f’dar tal-anzjani li tipprovdi kura ta’ nfermiera (nursing care setting) u tpoġġiet fuq il-lista ta’ stennija.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pilloli tad-demenia li l-gvern li qed jagħti u jekk hemmx il-ħiseb li jidħlu oħrajn ġodda peress li hemm minn jieħu pilloli bħal Axura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini tad-dimenzja ġew introdotti fil-Formularju tal-Gvern hekk kif din il-kundizzjoni kronika ġiet miżjuda uffiċjalment fir-riforma ta’ Skeda V, jiġifieri fis-27 ta’ Marzu 2012, kif ġie stabbilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012.
Applikazzjonijiet ta’ mediċini ġodda li mhux fil-Formularju tal-Gvern għal kura tad-dimenzja ser jibdew jiġu evalwati, kkunsidrati għall-inklużjoni w introdotti fil-Formularju tal-Gvern fix-xhur li ġejjin.