Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu tal-hazard waste tal-powerstation il-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi wara testijiet li saru, is-solid waste mill-apparat tal-flue gas desulpharising installat fuq l-impjant il-ġdid jidher li ma jistax jiġi riċiklat.

ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-panelli fuq proprjetajiet differenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28203, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-pannelli fuq il-bejt tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kif ukoll il-pre-tendering stage fuq ir-reservoirs tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Ta’ Qali, il-Fiddien u Ta’ Ċenċ?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Bulebel Industrial Estate — ħsara magħmula minn kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa l-ħsara li saret minn kuntrattur imqabbad mill-Malta Enterprise sabiex jagħmel xogħol f'Bulebel Industrial Estate u minħabba f'din il-ħsara għal xhur sħaħ is-servizz tad-dawl fit-toroq tal-industrial estate huwa maqtugħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħsara giet imsewwija fit-23 ta’ Ġunju 2012.

Ħal Farruġ — rilokazzjoni ta' arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li twaħħal arblu tad-dawl quddiem l-istabbiliment tagħha fiż-żona industrijali ta' Ħal Farruġ u qed joħloq inkonvenjent qawwi għall-vetturi li jiġu jidħlu f'dan il-post biex isewwu l-vetturi tagħhom? Jista' jikkonsidra li dan l-arblu tad-dawl jiġi riallokat ftit metri 'l bogħod?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks konxji tal-ilment imsemmi u għamlet investigazzjonijiet dwar il-każ ma min għamel l-ilment kif ukoll ma l-Enemalta. Sadanittant ġie mogħti tender li bħala parti mix-xogħlijiet tiegħu ser jirriloka dan l-arblu tad-dawl.

informazzjoni dwar konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jindika l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fuq kemm-il bord qed iservi bħalissa ta’ entitajiet li għandhom f’xi mod jew ieħor sehem tal-gvern kif ukoll xi konsulenzi li jista’ qed jipprovdi lill-Ministeru u/jew xi entitajiet governattivi u/jew parastatali wkoll? X’inhu l-ħlas flimkien ma' benefiċċji oħrajn f’kull każ partikolari u b’seħħ minn meta bdew dawn il-ħatriet individwalment? Għandu xi arranġamenti kuntrattwali f’xi każijiet partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35864.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

informazzjoni dwar konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32373 u jindika l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fuq kemm-il bord qed iservi bħalissa ta’ entitajiet li għandhom f’xi mod jew ieħor sehem tal-gvern kif ukoll xi konsulenzi li jista’ qed jipprovdi lill-Ministeru u/jew xi entitajiet governattivi u/jew parastatali wkoll? X’inhu l-ħlas flimkien ma' benefiċċji oħrajn f’kull każ partikolari u b’seħħ minn meta bdew dawn il-ħatriet individwalment? Għandu xi arranġamenti kuntrattwali f’xi każijiet partikolari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35864.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

Skart tossiku tal-power station il-ġdida

Question

Issa li qed jingħad li l-power station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskart mill-power station ta’ Delimara ser jinġabar u jiġi maħżun f’kontenituri ddisinjati apposta sakemm ikun lest biex jiġi trasportat lejn il-Freeport, kif inħareġ mill-MEPA permezz tal-permess tal-IPPC li ħareġ f’Diċembru 2011. Ġiet anke stabbilita rota biex timminimizza kwalunkwe impatt fuq it-traffiku. Trasport bħal dan huwa regolat b’mod mill-aktar strett mill-UE li tiżgura li kull standard tas-saħħa u s-sigurtà jiġu osservati. Barra minn hekk l-Enemalta ser tiprepara studju biex tiġi esplorata l-possibilità li tintuża rotta tal-baħar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arms Ltd — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumpanija ARMS Ltd qed tagħmilha impossibli għall-konsumaturi li jkunu wirtu djar mingħand il-ġenituri tagħhom biex idawru l-kontijiet tad-dawl fuqhom meta jkollhom dritt testamentat għal użufrutt tad-dar? Jista' jgħid għaliex titlob il-kunsens tal-werrieta l-oħra saħansitra dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż u b'konsegwenza t'hekk ma jkunux jistgħu idawru l-meter mill-ewwel? Ma jaħsibx li dan hu red tape bla bżonn u qed jikkawża ħafna problemi għall-konsumaturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ARMS Ltd titlob li sabiex jinqalbu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma f’każ ta’ wirt, jiġi ppreżentat it-testment bħala prova ta’ appartenenza tal-fond ikkonċernat. Fl-eventwalità li jkun hemm iktar minn eredi wieħed, ikun meħtieg il-kunsens tagħhom kollha, dan sabiex jiġu evitati problemi legali futuri fl-eventwalità ta’ xi kontestazzjoni minn xi wieħed jew aktar mill-werrieta. L-istess japplika fil-każ li eredi jkun użufruttwarju, kemm-il darba il-konsumatur ma jipprovdix prova illi l-fond ikun fil-pussess tiegħu, fejn ġeneralment, il-prova msemmija, tkun il- causa mortis .

provvista tad-dawl u l-ilma sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.

kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.

Manutenzjoni tal-impjant tal-Enerġija f'Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed jagħmel u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-impjanti tal-enerġija f'Delimara, il-Korporazzjoni Enemalta jew il-privat? Jekk se jkun fdat f'idejn il-privat, jista' l-Ministru jgħid: a) Għalfejn ittieħdet tali deċiżjoni; b) min hija l-kumpanija li se tkun qed tagħmel ix-xogħol; ċ) kif ingħatat il-kuntratt; u d) x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Korporazzjoni Enemalta b'dan il-ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni kollha tal-impjant f'Delimara titwettaq mill-Korporazzjoni Enemalta. Il-Korporazzjoni tista’ minbarra ħaddiema tagħha tingaġġa’ supervisors temporanji mill-ħaddiema tal-manutenzjoni fl-impjant jew speċjalisti oħrajn biex jassistu waqt il-manutenzjoni. Il-Korporazzjoni tidħol ukoll fi ftehim fit-tul għall-proviżjoni ta' spare parts u assistenza teknika meta jkun meħtieġ. Meta jsiru dawn it-tipi ta’ kuntratti, ikunu suġġetti għar-regolamenti finanzjarji. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu d-disponibbiltà ta' spare parts u assistenza teknika għal prezzijiet vantaġġjużi kif ukoll jipprovdu garanzija fuq il-prestazzjoni tal-impjant.

Enemalta — stock tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx fadal x’imkien fil-Korporazzjoni Enemalta, stock (drum jew tnejn) tal-mercaptan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi se ssir spezzjoni viżiva ta’ tlett siti fejn kien maħzun il-mercaptan, jigifieri il-Qajjenza, il-power station ta’ Delimara u sit miftuħ f’Kordin viċin il-power station l-antika. L-esperti mqabbda mill-Enemalta huma il-Professur tal-Kimika Alfred J. Vella u Pro-Rettur fl-University of Malta u l-Perit Anthony Cassar, A&CE. Ninsab infurmat li jekk jiġu nnutati sinjali ta’ disturbazzjoni fl-art se jsir studju ta’ Ground Penetrating Radar biex jinvestiga għal xi materjal li jista jkun mirdum. L-eżerċizzju tal -Ground Penetrating Radar se jsir mill-kumpanija Terracore taħt is-superviżjoni tal-esperti.

toroq mingħajr mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali li għad m'għandhomx mains tad-drenaġġ/ilma, b'mod permanenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-network tad-drenaġġ ma jestendix sat-toroq imsemmija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li n-network ta’ l-ilma jkopri t-toroq kollha residenzjali ħlief fit-tnax il-distrett elettorali fi tlett toroq ta’ hawn taħt fejn il-main huwa temporanju. a) Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar b) Triq Għajn Astas, San Pawl il-Baħar c) Triq l-Insolja, Burmarrad

Gvern Malti bħala Shareholder

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34981.

ARMS Ltd — qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Ministeru ħariġx struzzjonijiet biex konsumaturi li jkunu ilhom ma jħallsu l-kont jinqatgħalhom is-servizz avolja jkunu għadhom ma rċevewx kont? Jista' jikkonferma jekk is-sistema tas-software ARMS għandhiex kapaċità li tinforma lis-sezzjoni li jaqtgħu s-servizz li l-konsumatur ma jkunx ħallas għax ikun għadu ma rċieva l-ebda kont? Jaf li l-qtugħ tas-servizz ġara f'ażjendi li spiċċaw mingħajr dawl meta kienu ilhom ma jirċievu kont għal numru ta' snin? X'qed jagħmel biex dawn l-iżbalji ma jibqgħux isiru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35282.