Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34111 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Child Care Assistants — funzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi eżatt il-funzjoni ta' Childcare Assistants? Għal kemm tfal iridu jkunu responsabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-funzjoni ta’ childcare assistants huwa spjegat fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont l-istandards nazzjonali dawn il-persuni huma responsabbli għan-numru tat-tfal kif ġej: Età tat-tfal Tfal ma’ kull Childcare Assistant Minn 0 sa 12-il xahar 3 Minn 13 sa 24 xahar 5 Minn 25 sa 36 xahar 6 Grupp imħallat ta’ tfal li mhux aktar Minn tifel/tifla wieħed/waħda jkollu/ikollha inqas minn 18-il xahar 6
Leg 11 PQ #34136 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti raġunijiet għala l-persuna li kienet qed tokupa l-kariga ta' Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi rriżenjat ftit jiem ilu? X'kariga qed tassumi din il-persuna wara li rriżenjat? Il-Pożizzjoni vakanti ta' Deputat Direttur se timtela? Jekk iva, meta u b'liema proċedura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Deputat Direttur xtaqet li tmur lura għal pożizzjoni li kellha ta' lecturer mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi. Fil-jiem li ġejjin se terġa' toħroġ il-pożizzjoni ta' Deputat Direttur permezz ta' sejħa pubblika.
Leg 11 PQ #34137 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi — timetable

Question

Tista' l-Ministru tippublika t-timetable tal-ewwel u tat-tieni semestru separatament bejn is-sena akkademika 2005/2006 u 2009/2010 tal-persuna li sa ftit jiem ilu kienet tokkupa l-kariga ta' Deputut Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34175 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

korsa tal-karting u vetturi oħra

Question

B’referenza għall-allokazzjoni ta’ €350,000 għall-korsa tal-karting u vetturi oħra, msemmija f’pagna 68 tad-Diskors tal-Baġit 2012, tista’ l-Ministru tgħid kif wasal għal din il-figura? Jista’ jispjega kif kien ippjanat li jintnefqu dawn il-flus u fiex (breakdown)? Dawn it-€350,000 ġew allokati għall-korsa temporanja jew għall-korsa permanenti tal-karting u vetturi oħra? Min hu l-espert li ta l-pariri tiegħu fuq din il-korsa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar xogħol part-time

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33884, tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u tgħid kemm kienu l-barranin residenti f'Malta li ngħataw impjieg tul din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33410 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Univeristà ta' Malta — proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li l-Università ta' Malta għandha mal-kumpanija SIB Ltd u SIB Laboratories Ltd? Tista' tgħid ma liema entitajiet oħra f'pajjiżi oħra qed jinħadmu dawn il-proġetti u kemm jiswew flus? Mnejn ġejjin il-flus biex isiru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Universita ta’ Malta m’għandha l-ebda proġett mas-Sib Ltd. L-Università ta’ Malta qed taħdem fuq dawn il-proġetti li huma sponsorjati mill-kumpanija Sib Laboratories Limited. Dawn il-proġetti m’huma qed jinħadmu ma’ ebda entita oħra f’pajjizi oħra. Isem tal-Proġett Ammont tal-i sponsorship Gait Analysis for patients suffering from Scoliosis €750 Penetration of Clindamycin in the Peripherie €1760 Real-time implementation of a motor imagery EEG based BCI €4971 Multifunctional Aid for Patients with Neuro-Muscular Deficiency €1000 Muscular Activity During Walk €2790

Università ta' Malta — laqgħat mal-persuni tal-Fondazzjoni Salvatori Maugeri, SIB ltd u SIB Laboratories Ltd

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, SIB Ltd u SIB Laboratories Ltd li xi darba jew oħra ħadu sehem f'xi laqgħa li saret mal-Università ta' Malta u tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Investigazzjoni fuq kumpaniji

Question

Fid-dawl tal-investigazzjonijiet li għaddejjin fl-Italja dwar il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, s-SIB Ltd, SIB Laboratories Ltd u Periplo SA, tista' l-Ministru tgħid s'issa x'passi ħadet, jekk ħadet, biex tara x'kien u x'inhu s-sehem tal-Università ta' Malta f'ħidma ma dawn l-entitajiet u kumpaniji fid-dawl tal-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwarhom ta' money laundering, tax evasion u misappropriation of public funds?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol talab lill-Università ta’ Malta sabiex tistħarreġ u tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa dwar l-allegazzjonijiet li dehru fil-media fuq il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, s-SIB Ltd, u l-SIB Laboratories Ltd u Periplo SA.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ġiet ingaġġata persuna waħda b’diżabilità f’dawn l-aħħar tliet xhur fil-grad ta’ supply learning support assistant.
Leg 11 PQ #33338 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — Board of Governors - rwol eżekuttiv

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32525, tista’ l-Ministru tagħti r-raġunijiet għala ż-żewġ persuni in kwistjoni ma tħallewx jaħdmu iktar fuq proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li kien qed jipparteċipa fihom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li dawn kienu ilhom jaħdmu fuqhom is-snin u kienu għadhom kemm ġew offruti l-opportunità li jkomplu jagħmlu dan fuq bażi part-time? Dawn iż-żewġ persuni ngħataw il-ħlas dovut għax-xogħol li kienu laħqu wettqu qabel twaqqfu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-raġuni ewlenija għaliex iż-żewġ persuni in kwistjoni ma tħallewx jaħdmu iktar fuq proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li kien qed jipparteċipa fihom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi hija li dawn iż-żewġ individwi rrifjutaw l-istess offerta fid-19 ta’ Settembru 2011. Minbarra dan, l-istess proġetti kienu jgħajtu lill-Istitut u mhux l-individwi konċernati. Matul iż-żmien fejn kienu mislufa lill-istess Istitut, il-pagamenti u l-benefiċċji kollha relatati mal-pożizzjoni tal-impjieg tagħhom bħala għalliema li jaqgħu taħt id-DES (Direttorat għal Servizzi Edukattivi MEDE), dejjem ġew onorati.
Leg 11 PQ #33339 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — Board of Studies

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma t-terms of reference tal-Board of Studies tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri u xi kwalifiki u esperjenza għandu fil-qasam edukattiv u turistiku kull membru individwalment? Kif ġew appuntanti l-membri? X’remunerazzjoni qed jieħdu talli qed iservu? Kemm se jdumu f’din il-kariga?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28587. Il-membri tal-Bord tal-Istudju ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni.
Leg 11 PQ #33610 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ġenituri li weħlu multa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġenituri weħlu multi għax ma bagħtux it-tfal l-iskola u mil-liema lokalità kienu ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari.

Ftehim bejn il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri u l-Università ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Fondazzjoni Salvatore Maugeri u l-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ftehim bejn il-Kumpanija SIB Laboratories Ltd u l-Università ta' Malta?

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Kumpanija SIB Laboratories Ltd u l-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — Fondi mill-Fondazzjoni Salvatore Maugeri

Question

Tista' l-Ministru tħgid kemm ingħatat flus s'issa l-Università ta' Malta sena b'sena mill-Fondazzjoni Salvatore Maugeri u għaliex intużaw il-flus?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta ma ingħatat l-ebda flus mill-Fondazzjoni Salvatore Maugeri.

Università ta' Malta — Fondi mill-Kumpanija SIB Laboratories Ltd

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat flus s'issa l-Università ta' Malta sena b'sena mill-kumpanija SIB Laboratories Ltd u għaliex intużaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta ingħatat is-somma ta’ €11,771 fis-sena 2011 mill-kumpanija Sib Laboratories Ltd u dawn intu¿aw għall-proġetti, li lista ta’ dawn il-proġetti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. €500 minnhom ingħataw għall-Premio Salvatore Maugeri, liema premju ingħata fi Frar 2012 lil studenta. Il-Kumpanija Sib Laboratories Ltd. tat sponsorship għall- promotional discs fl-2011 liema sponsorship jammonta għal €250 u sponsorshi p għal ¿ewġ riklami f’pubblikazzjonijiet tal-Università ta’ Malta, liema publikazzjonijiet huma relatati mal-proġetti tal-aħħar sena fil-Fakultà tal-Inġinerija, liema sponsorship jammonta għal €868.

Università ta' Malta — staff fuq il-proġett

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet tal-istaff tal-Università ta' Malta li ntgħażlu biex ikunu fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bis-sħab mal-kumpanija SIB Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’hemm ħadd mill-istaff tal-Università ta’ Malta fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bi sħab mal-kumpanija Sib Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri.