Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sexual Educational course

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jsir u meta sar l-aħħar evalwazzjoni tas-sexual educational course li jingħata mis-sistema edukattiva tagħna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-evalwazzjoni tal-programm tal-edukazzjoni sesswali iseħħ l-aktar meta jiġu evalwati s-sillabu jew kurrikula tad-diversi suġġetti. Bħalissa saru bidliet fil każ tal-kurrikulu tal-Form 1 fejn tidħol l-edukazzjoni sesswali kif ukoll oqsma oħra. Qed isir review tas-suġġett kollu tal-PSD li jinkludu l-edukazzjoni sesswali.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — youth workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm youth workers jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Kemm hemm youth workers jaħdmu mal-gvern b'mod ġenerali bħala youth workers u x'role għandhom dawn il-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fid-direttorat għas-Servizzi Edukattivi hemm 4 youth workers. Dawn qed jaħdmu ġo erba' kulleġġi. L-għan hu li jkollna youth worker f'kull kulleġġ. Il- youth workers jaħdmu ma’ studenti li jattendu l- learning zones u ma’ studenti oħrajn li jattendu l- youth clubs wara l-ħin tal-iskola.

Ħaddiema minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — xogħol f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew barranin li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011? Liema xogħol ġew jaħdmu fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — xogħol f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew barranin li ġejjin minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011? Liema xogħol ġew jaħdmu fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd — kopji ppubblikati

Question

Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra kemm ġew ippubblikati kopji tal-erba' volumi tad-dokument konsultattiv "Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd - il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali" u kemm ġew imqassma s'issa, kif ukoll kemm intefqu flus sabiex dawn id-dokumenti konsultattivi u l-posters assoċjati ġew (a) miktubin u tradotti fil-Malti/fl-Ingliż? (b) issettjati u pprintjati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ġew ippublikati ħamest elef kopja minn kull ktieb (volum) u elf poster. Dawn tqassmu kollha għajr xi ftit li qed jinżammu għal xi laqgħat li għad iridu jsiru. Għat-traduzzjoni fil-Malti tal-erba’ volumi tad-dokument intefqu €4,131.22 filwaqt li għall-issettjar u pprintjar tal-erba’ volumi u l-posters intefqu €42,881.75.

Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd — flus f'konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid lil din il-Kamra kemm tħallsu flus f'konsulenza in konnessjoni mal-kitba tad-dokument "Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd - il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali" u lil min ingħataw dawn il-konsulenzi? Tista' telenka l-ismijiet tal-konsulenti konċernati (Maltin u barranin) u l-ammont li kull wieħed/waħda ġie/ġiet imħallas/imħallsa għal xogħlhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

A Vision for Science Education in Malta — infiq fl-issettjar u pprintjar

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-issettjar u l-ipprintjar tad-dokument konsultattiv "A Vision for Science Education in Malta - Consultation Document" u kemm ġew imqassma s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-issettjar u pprintjar ta’ 5000 kopja tad-dokument “A Vision for Science Education in Malta” ġew jiswew €8,793.75 Dan id-dokument ġie mqassam kollu għajr xi ftit li qed jitqassmu waqt laqgħat li qed isiru fil-preżent.

A Vision for Science Education in Malta — ħlas f'konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm tħallsu flus f'konsulenza in konnessjoni mal-kitba tad-dokument "A Vision for Science Education in Malta - Consultation Document" u lil min ingħataw dawn il-konsulenzi? Tista' telenka l-ismijiet tal-konsulenti u l-ammont li kull wieħed/waħda ġie/ġiet imħallas/imħallsa għal xogħlhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employer? Tista' tagħti din l-informazzjoni lokalità, b'lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni b'diżabilità — rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità li timpjega carer full-time u li tibbenefika minn rebate tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala employertimpjiega carer Malti u barrani separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali — persuni li mhux ċittadini tal-pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk barranin mhux ċittadini ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali x'benefiċċji soċjali għandhom? X'benefiċċji soċjali għandhom uliedhom, tfal li huma residenti Malta u dipendenti fuqhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ċittadini mhux ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jgħixu legalment f’Malta u li jkunu qed iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta jista’ jkollhom dritt għall-benefiċċji kontributorji kemm-il darba jissodisfaw il-kriterji li fuqhom jitħallsu dawn il-benefiċċji liema kriterji huma l-istess għal kulħadd. Il-benefiċċji kontributorji msemmija huma l-Benefiċċju tal-Qgħad, il-Benefiċċju tal-Mard, il-Benefiċċju tal-Korriment fuq ix-Xogħol, il-Pensjoni tal-Irtirar, il-Pensjoni tal-Invalidità u l-Pensjoni tar-Romol (din tal-aħħar titħallas lill-konjugi tal-persuna assigurata). Fil-każ tal- allowance tat-Tfal din tista’ titħallas għal tfal ta’ ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea jekk dawn tal-aħħar ikunu miżżewġa lill-Maltin, jew lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea li qed jgħixu u jaħdmu legalment u ordinarjament f’Malta, jew ikunu ilhom aktar minn 5 snin jgħixu Malta u jingħataw status ta’ long term resident.

Opportunitajiet lill-sportivi nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-iskema li permezz tagħha sportivi nazzjonali u promettenti jingħataw l-opportunità li jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u fl-20 siegħa l-oħra jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom kemm hemm min jibbenefika minnha fis-settur pubbliku u kemm applikaw issa li ġiet estiża għas-settur privat? Sportiv li ma jkunx parti minn tim nazzjonali iżda jipparteċipa uffiċjalment f'club reġistrat f'assoċjazzjonijiet nazzjonali hu intitolat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum, għall-istaġun 2011/2012, hemm 6 atleti li jaħdmu mas-settur pubbliku u 2 atleti li jaħdmu mas-settur privat li qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ 20/20 Sports Training Scheme. Hemm ukoll żewġ atleti oħra li jaħdmu mas-settur pubbliku li għandhom l-applikazzjoni qed tiġi evalwata. Atleta ieħor fis-settur pubbliku jibbenefika minn skema fejn jagħmel il-ħin tax-xogħol kollu taħriġ. L-iskema 20/20 Sport Training Scheme hija miftuħa biss għal atleti magħżula f’selezzjonijiet nazzjonali li jagħmlu taħriġ biex jirrappreżentaw lill-pajjiż f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

flus imwiegħda lill-kulleġġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom baqgħu ma ngħatawx it-€3000 mwiegħda lil kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex mill-Ministru tal-Edukazzjoni f'konferenza nazzjonali li saret f'Novembru tas-sena li għaddiet? Meta hemm il-ħsieb li jingħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul din is-sena ġew approvati l-proġetti kollha sottomessi minn sitt kulleġġi u l-flus ġew mogħtija lill-Prinċipali tal-Kulleġġ rispettiv.

Informazzjoni dwar ħaddiema li jaħmdu fi skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu bħala skrivana (full-time u part-time) u nies li jnaddfu (full-time u part-time) u persuni mdaħħla fil-manutenzjoni tal-iskejjel (full-time u part-time) f'kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm f'kull kulleġġ hemm minn dawn il-persuni li għandhom ċertifikati mediċi li jgħidu li ma jistgħux jagħmlu x-xogħol kollu li suppost jagħmlu? Tista' tgħid f'kull kulleġġ kemm hemm postijiet vakanti f'xogħol klerikali, f'xogħol ta' tindif u f'xogħol ta' manutenzjoni u fil-każ meta se jimtlew dawn il-postijiet vakanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni relevanti li teżisti dwar is-suġġett sa din id-data dwar il-Kulleġġi f’Malta: It-tabella A turi kemm hemm persuni jaħdmu bħala skrivana ( full-time u part-time ) u nies li jnaddfu ( full-time u part-time ) u persuni mdaħħla fil-manutenzjoni tal-iskejjel ( full-time u part-time ) f'kull kulleġġ Malta. Il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari dwar il-ħaddiema f’Għawdex għandha tiġi mwieġba mill-Ministeru kkonċernat. Ma tinżammx statistika dettaljata dwar persuni li għandhom ċertifikati mediċi li juru li ma jistgħux jagħmlu x-xogħol kollu li suppost jagħmlu, għaldaqstant it-tieni parti tal-mistoqsija Parlamentari ma tistax tiġi mwieġba. Riġward kemm hemm postijiet vakanti fl-iskejjel f'xogħol ta' manutenzjoni, tindif u dak klerikali ninforma lill-interpellant li qed isir proċess ta’ evaluazzjoni biex jiġi determinat in-numru ta’ impjegati meħtieġa skont formula maqbula mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. Dan qed isir biex l-impjegati eżistenti jiġu utilizzati b’mod effettiv sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ riżorsi umani u finanzjarji. Ninforma wkoll li bħalissa qed jiġi konkluż il-proċess biex jimtlew numru ta’ postijiet vakanti fix-xogħol ta' tindif u dak klerikali li feġġew dawn l-aħħar u biex jiġu mimlija vakanzi li jistgħu jinqalgħu fl-iskejjel minn żmien għal żmien f’dan ir-rigward.

kulleġġi — kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' kull kulleġġ f'Malta u f'Għawdex għas-sena skolastika li għaddiet, skola bi skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każ ta' bullying

Question

Tista' l-Ministru tara li tiġi indirizzata l-problema ta' tifla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi bullied l-iskola u saħansitra hemm anke ċertifikati li juru li qed tibża' tmur l-iskola? Tista' tara li l-għalliema jkellmu lil din it-tifla u lill-ġenituri tagħha ħalli tissolva din il-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola jafu bil-każ referut. Il-Prefett tad-Dixxiplina daħal fil-każ però t-tifla kkonċernata ma riditx titkellem. It-tifla qed tibqa’ tinsisti li ma tattendix skola. Il-każ qed ikompli jiġi segwit mill-professjonisti kkonċernati.

Servizz ta' fostering

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24351, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm foster carers li bbenefikaw mill-allokazzjoni ta’ €73,000 is-sena l-oħra u x’kienet ir-raġuni li dawn ingħataw xi flus minn dan il-fond? Kemm kien hemm foster carers li rċevew ukoll assistenza finanzjarja permezz taċ-Children’s Fund?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord Konsultattiv Dwar Tfal u Żgħażagħ għandu Vot Rikurrenti 44 Item 5472 allokat għall-minuri li jinsabu taħt il-protezzjoni ta’ Ordni ta’ Ħarsien li huma fostered. Matul is-sena 2010, 33 minuri bbenefikaw minn dawn il-fondi. Dawn il-fondi ġew allokati għall-terapija varja bħal sessjonijiet psikoloġiċi, drama therapy, play therapy , ħlas għal day care centres , kotba akkademici, drama therapy, dyslexia tuition , servizzi edukattivi, lezzjonijiet extrakurrikulari, infant massage classes, summer school, medical services, kompjuter u aċċessorji, play school, trasport għall-iskola, siblings meetings , donazzjonijiet tal-iskola u stationery, uniformijiet u nuċċali. Fost il-persuni li rċivew ħlas minn dan il-fond kien hemm 17-il foster carer . Bejn Jannar 2010 u Diċembru 2010, l-Appoġġ Children’s Fund għen 4 foster carers .

Care Order Act — emendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tiġi emendata l-Care Order Act biex l-età tat-tfal tiġi estiża minn 16-il sena għal 18-il sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar diversi tibdiliet fl-Att dwar il-Ħarsien tat-Tfal inkluż l-estenzjoni tal-età tat-tfal minn 16-il sena għal 18-il sena.

Tfal taħt ħarsien

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal taħt ħarsien u tgħid kemm minnhom huma taħt ordni u kemm minnhom b'mod volontarju? Tista' tgħid ukoll kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien u x'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal taħt ħarsien — placements

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li huma taħt ħarsien li ġejjin mill-istess familja imma li qegħdin fil-placements differenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 184 tfal li huma aħwa u mhumiex jgħixu fl-istess placement.