Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25967 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn fuq it-turisti reġistrati lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fuq it-turisti reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 467 persuna ta' nazzjonalità barranija li allegatament sfaw vittma ta' xi tip ta' serq.
Leg 11 PQ #25968 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn knejjes, niċeċ u mużewijiet reġistrati lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn knejjes, niċeċ u mużewijiet reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena il-Pulizija kellha 8 rapporti ta' serq minn knejjes.
Leg 11 PQ #26009 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ID Cards — sistema bijometrika

Question

B'referenza għall-pjan dikjarat tal-Gvern li jibdel l-ID cards eżistenti għal sistema bijometrika, jista' l-Ministru: a) jiddikjara meta effettivament se jibda dan il-proċess; b) jiddikjara kemm hu maħsub li se jiswa dan il-proċess u jekk hemmx Fondi Ewropej li se jingħataw dwar dan; ċ) jinforma l-Kamra jekk hemmx pajjiżi oħrajn li għandhom sistemi bijometriċi u fuq liema mudell ta' liema pajjiż se jitmexxa l-proċess; u d) jgħid effettivament xi storage ta' informazzjoni hemm fuq dawn il-cards hekk bijometriċi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26065 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn park and ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar serqiet li seħħew mill-park and ride kemm ilu jaħdem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Leg 11 PQ #26066 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nefqa rikorrenti ta' immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istima approssimattiva tal-gvern dwar kemm hija n-nefqa rikorrenti fuq kull immigrant irregolari miżmum f'detenzjoni fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni rikjesta li qed jitlob l-Onor. Interpellant, sabiex tigi kkalkulata in-nefqa fuq kull wiehed mill-immigranti irregolari, tirrikjedi hin twil biex tigi komputata.
Leg 11 PQ #26067 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Spiża kapitali tal-Armata fuq immigranti rregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża kapitali u rikorrenti ta’ l-Armata fuq l-immigranti rregolari fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #26068 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nefqa kapitali tal-pulizija fuq immigranti rregolari

Question

Jista l-Ministru jghid x’kienet l-ispiza kapitali u rikorrenti tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti rregolari fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża approssimattiva kienet kif ġej: Ikel Spejjeż għar-ripatrijazzjoni Spejjeż oħra Total 2003 Lm107,891 Lm112,520 Lm187,523 Lm407,934 2004 Lm118,574 Lm50,534 Lm21,342 Lm190,450 2005 Lm199,302 Lm96,471 Lm44,981 Lm340,750 2006 Lm248,538 Lm98,598 Lm42,124 Lm389,260 2007 Lm71,845 Lm9,622 Lm23,211 Lm104,678 2008 €18,298 €86,033 €70,007 €174,338 2009 €12,519 €106,277 €278,692 €397,488 2010 €2,440 €67,469 €51,300 €121,209
Leg 11 PQ #25311 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħabs ta' Kordin — persuni li mietu b'suwiċidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22422, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li fl-2010 mietu b'suwiċidju jew permezz ta' overdose sa tliet xhur qabel id-data tal-mewt tagħhom, kienu qed iservu sentenza ta' priġunerija fil-ħabs ta' Kordin? Jista' jgħid jekk minn dawk li mietu b'suwiċidju kienx hemm min kien reġistrat bħala drug addict?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B'referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22422, ninsab infurmat illi kien hemm persuna li mietet fis-27 ta' Marzu 2010 kawża ta' overdose li tlett xhur qabel kienet qed iservi sentenza ta' priġunerija u kien hemm persuna oħra li fit-23 ta' Frar 2010 neħħa ħajtu ġewwa l-Faċilita' Kottettiva ta' Kordin.
Leg 11 PQ #25880 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rapportati lill-pulizija bejn Jannar u April tas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? Jista jagħti l-istatistika xahar b’xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Jan Feb Mar Apr 2008 25 18 34 19 2009 50 40 43 36 2010 40 46 48 35 2011 57 60 91 79
Leg 11 PQ #25896 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Flus tal-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-flus tal-overtime lill-pulizija li huma dovuti għas-snin 1993 sa 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni tal-Korp m’għandha f’idejha ebda talba konkreta dwar ħlas ta’ overtime pendenti ma' xi membru tal-Korp. Jekk l-Onorevoli Membru qed tirreferi għar-rappreżentazzjonijiet li saru mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija dwar kumpens allegatament dovut għar-rigward ta’ siegħat mahduma matul il-perjodu ndikat, ngħarrafha li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex, bi qbil bejn il-partijiet kollha nteressati, jitwaqqaf mekkaniżmu li jipprovdi soluzzjoni xierqa għal din il-kwistjoni.
Leg 11 PQ #25944 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

AWAS — servizz ta' securities - direct order

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li qed jingħata direct order mill-AWAS għal servizz ta’ securities lill-kumpanija Kavallier Security? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ilu jingħata dan id-direct order u jekk kienx hemm l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dan jingħata? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex ingħata bħala direct order u qatt ma nħareġ tender kif soltu jsir f’każijiet bħal dawn? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas li tħallset il-Kumpanija Kavallier Security kull siegħa permezz ta’ dan id-direct order?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul din l-aħħar sena, il-ħtiġijiet ta’ sigurtà taċ-ċentri miftuħa mmexxija mill-AWAS kienu qed jiġu ndirizzati permezz ta’ uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni li kienu ġew assenjati għal dan ix-xogħol meta ċ-ċentri ta’ detenzjoni kienu bdew jiżvojtaw bil-mod il-mod fil-bidu tas-sena l-oħra. F’dawn l-aħħar ġimgħat, bil-wasla ta’ numru sostanzjali ta’ immigranti irregolari, dawn l-uffiċjali kellhom jerġgħu jiġu assenjati b’urġenza maċ-ċentri ta’ detenzjoni. Għalhekk l-AWAS bdiet il-proċess biex tinħareġ sejħa għall-offerti, iżda sadanittant, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, fittxet fuq is-suq l-orħos prezz għal servizz privat ta’ sigurta’ fiċ-ċentri miftuħa. Infurmat ukoll illi l-orħos prezz għas-servizz temporanju ġie offrut minn Kavallier Security Services Ltd, u s-servizz beda jingħata minn dan il-kuntrattur fit-13 ta’ April 2011.
Leg 11 PQ #25946 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sptar Monter Carmeli — forensic unit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-forensic unit tal-Isptar Monte Carmeli kien hemm każ ta’ avvelenament intenzjonat? Jista' jikkonferma jekk ġiex mgħarraf il-Maġistrat tal-Għassa u saritx is-solita inkjesta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li kien hemm ebda każ ta' avvelenament fit-Taqsima Forensika tal-iSptar Monte Carmeli.
Leg 11 PQ #25961 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqa l-qorti fuq moħqrija tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'allegat moħqrija fuq l-annimali xahar b'xahar, matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 6 persuni dwar każi ta' moħqrija tal-annimali, 2 f'Jannar, 2 fi Frar, 1 f'Marzu u 1 f'April.
Leg 11 PQ #25962 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Holdups reġistrati lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' holdups reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżisti ebda rejat speċifiku ta' hold-up. Hemm però dawk ta' rejati ta' serq ikkwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-istess Kodiċi li jitkellmu fuq vjolenza, il-mezz, il-valur, il-persuna, l-lok, l-ħin jew ix-xorta ta' ħaġa misruqa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika liema minn dawn il-kategoriji jixtieq li tingħatalu l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #25983 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Maġħistrati f'Għawdex — introduzzjoni ta' kawżi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ġodda kull sena fil-Qorti tal-Maġħistrati f'Għawdex quddiem dawn il-qrati fis-snin 2006 - 2010: Ġurisdizzjoni Superjuri Ċivili; Ġurisdizzjoni Inferjuri Ċivili; Qorti tal-Familja; Bord li jirregola l-kera; Bord tal-Qbejjel; Tribunal għal Talbiet Żgħar; Qorti Maġistrati (Sede Kriminali seduti tad-distretti); Kumpilazzjonijiet; u Inkjesti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #25984 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — informazzjoni rigward salarji u sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, fil-Qorti t'Għawdex għas-snin 2006 sal-2010, kemm kienet l-ispiża totali biex tiġi amministrata din il-qorti inklużi s-salarji tal- i staff , ġudikanti u maġistrati? Kif kienet maqsuma din l-ispiża? Kemm hemm staff amministrattiv u fiex jikkonsisti? X'kien id-dħul f'multi? X'kien id-dħul f'tariffi tal-Qorti? Kemm inqatgħu sentenzi, ingħalqu kumpilazzjonijiet/inkjesti fl-istess perjodu mill-imsemmija tribunali/qrati? Kemm kien hemm kawżi/kumpilazzjonijiet/inkjesti pendenti kull sena? X'inhu l- average ta' kawżi/kumpilazzjonijiet/inkjesti: i) li jiġu introdotti kull sena? ii) li jiġu deċiżi? iii) li kienu pendenti ras għal ras quddiem l-imħallfin/maġistrati li huma ġudikaturi fil-Qorti f'Malta għal kull sena fil-perjodu msemmi (per eżempju x'inhu l-average ta' kawżi li kull imħallef ikollu introdotti/maqtugħin/pendenti)? X'inhu l-istess average fil-Qorti t'Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, li tista' tinkiseb ukoll mill-websitehttp://www.justice.gov.mt/statistics u li qiegħda tiġi stampata.
Leg 11 PQ #25322 Sitting 345 2011-05-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħinijiet tal-għeluq tal-bars

Question

Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni: a) x'inhuma l-ħinijiet tal-għeluq tal- bars li m'għandhomx mużika f'dawn il-lokalitajiet: Sliema, Buġibba, Paceville, Wied il-Għajn u Birżebbuġa; b) jekk f'kull lokalità hemmx bars li l-permess għall-ħin tal-għeluq hux differenti minn ta' oħrajn fl-istess lokalità; ċ) x'inhuma l-kriterji li l-Ministeru qed jimxi fuqhom biex fl-istess lokalità jkun hemm bars li jingħataw permess tal-għeluq mod u oħrajn mod ieħor; d) x'inhuma l-kriterji li qed jimxi fuqhom il-Ministeru fid-diversi lokalitajiet biex jiddetermina l-ħin tal-għeluq tal-bars f'kull lokalità; e) jista' jkun hemm każijiet fejn applikazzjoni tkun ġiet approvata mid-Dipartiment tat-Trade u tiġi miżmuma mill-Pulizija? Jekk iva, jista' jgħid għaliex jiġri hekk?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Dwar parti (a) tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħinijiet tal-għeluq ta’ bars huwa regulat bir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ – Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07. Dwar parti (b) (c) u (d) tal-mistoqsija, kif diġà kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tal-kummerċ m’għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi r-regolament 38 (2) tar-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ, jenħtieġ illi s-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ tikkonsulta mal-Awtorità tat-Turiżmu biex tara jekk id-drittijiet rilevanti tal-liċenzja fir-rigward ta’ dak il-post kummerċjali humiex imħallsa, kif ukoll għandha titlob l-approvazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, qabel ma jiġi estiż il-ħin tal-għeluq. Dawn għandhom sittin ġurnata żmien sabiex jibagħtu t-tweġiba bil-miktub. Il-Pulizija tagħti l-kummenti tagħha skont fejn ikun sitwat il-ħanut, fis-sens jekk tkunx żona turistika u jekk il-ħanut ikunx f’area residenzjali, kif ukoll skont ir-rapporti li jkollha dwar it-tmexxija tal-ħanut li dwaru jkun qed jintalab l-estensjoni tal-ħin tal-għeluq.
Leg 11 PQ #25857 Sitting 345 2011-05-11 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Marsa - ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru rondi fil-lokal tal-Marsa mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, sabiex joffru serħan il-moħħ lir-residenti minn diversi attijiet, fosthom ta' prostituzzjoni u kif ukoll minħabba l-aġir ta' bosta immigranti irregolari li jiffrekwentaw il-Marsa, propju fiċ-ċentru tal-Marsa, kif ukoll fil-playing field tal-lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, tal-Mobile Squad, kif ukoll tal-Vice Squad jagħmlu ronda regolari fil-lokal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt, infurmat ukoll illi matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena inħarġu 154 akkuża dwar prostituzzjoni.
Leg 11 PQ #25284 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Peress li anke l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IGM) dan l-aħħar ħass li kellu juri pubblikament il-preokkupazzjoni tiegħu dwar id-dewmien biex l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – FOI – jiġi fis-seħħ sħiħ; peress li l-gvern diġà semma dati li fihom kellu jiġri dan biex imbagħad baqa’ m’onorahomx; u peress li anke l-Prim Ministru kien għamel dikjarazzjoni li dan l-att kien jibża’ minnu biss min għandu x’jaħbi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex seħħ dan id-dewmien? Kemm jikkalkula li għad baqa’ biex l-att jiġi fis-seħħ sħiħ? X’qed iżommu milli jara li jkun attivat immedjatament u b’mod komplet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 25002. Infurmat li l-proċess issa jinsab fi stadju avvanzat u hi l-intenzjoni tal-Gvern li jġib fis-seħħ l-att b’mod komplet wara li jaċċerta ruħu li l-proċess amministrattiv ikun ġie kompletament finalizzat.
Leg 11 PQ #25438 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-16 ta' Awwissu tal-2010 sal-5 ta' Jannar tal-2011 ġiet impjegata persuna ta' nazzjonalità Latvjana mal-Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li qed ifittxu l-Asil (AWAS), wara li saret talba għal-post ta' care worker lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.