Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ is-sussidju mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ċ-ċekk għadu ma waslilhiex?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu gie infurmat b’ittra datata 30 t’April, 2012, sabiex jipproduci l-ircevuta neccessarja sabiex ikun jista’ johrog ic-cekk.

Qrati tal-Ġustizzja — Deputat Maġistratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm-il persuna tokkupa l-karigi ta' Deputat Maġistratur fil-Qrati tal-Ġustizzja u jekk hemmx ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja Malta Fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja hemm 68 persuna li tokkupa il-kariga ta’ Deputat Reġistratur. Minn żmien għal żmien, id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja joħroġ sejħiet għall-applikazzjonijiet kull meta n-numru ta’ Deputati Reġistraturi jonqos jew meta jiżdiedu l-Membri tal-Ġudikatura. Fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja Ghawdex Fil-preżent, fil-Qorti ta’ Għawdex sitt (6) jokkupaw il-kariga ta’ Deputtat Reġistratur. In-numru ta’ Deputati Reġistraturi jiżdied skont il-bżonn.

tiswija ta' gallarija

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi msewwija gallarija li tinsab fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar toffri Skema SM għal dan it-tip ta’ ħtiġijiet. L-inkwilin huwa ġentilment mitlub javviċini l-customer care tal-awtorità sabiex japplika.

Każ dwar pensjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33606, jista' l-Ministru jerġa jibgħat kopja oħra tal-ittra peress li dan is-sinjur ma rċieva xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li d-Dipartiment reġa' bagħat kopja tal-ittra oriġinali mibgħuta.

Awtorità tad-Djar — Użu ta' bini residenzjali - skemi marbutin ma' restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi marbutin mar-restawr, għal skop ta' użu mill-ġdid ta' bini residenzjali qed jiġu mħaddma bħalissa mill-Awtorità tad-Djar? Kemm kien hemm talbiet għal dawn l-iskemi, f'liema lokalitajiet, bin-numru ta' kull lokalità, u kemm ibbenefikaw s'issa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-limsemmija skema ma titħaddimx mill-Awtorità tad-Djar.

Benefiċċju tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal il-benefiċċju tal-enerġija sa din is-sena, kemm kienu l-persuni jew familji li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju? jista' jgħid ukoll kemm kienu allokati flus sena b'sena u kemm minn dawn il-benefiċċji ġew imsarrfa? Jista' jgħid kemm kien l-akbtar benefiċċju u l-anqas ammont li kien hemm voucher minnhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: SENA NUMRU TA’ TALBIET MINN FAMILJI LI BBENEFIKAW AMMONT TA’ FLUS ALLOKATI € AMMONT TA’ FLUS IMSARRFA € L-GĦOLA VAWĊER € L-INQAS VAWĊER € 2007 28304 2,004,248.37 2,004,248.37 871.8 0.56 2008 29639 2,651,334.17 2,651,334.17 1,220.52 0.20 2009 29308 4,384,301.23 4,383,188.04 2,215.71 0.55 2010 28622 4,528,116.02 4,482,164.21 2,539.25 0.51 2011 27899 4,575,506.29 4,058,062.53 2,332.20 0.53 2012 26096 2,854,141.55 208,865.05 5,424.73 0.51 Din l-istatistika qed tinkludi dawk il-vawċers li joħorġu lil każi umanitarji fejn l-ammont tal-vawċer mhux limitat. Għalhekk fil-kolonna l-ogħla vawċer dawn il-pagament zgur huma ta’ każi umanitarji (fejn hemm persuni b’diżabilità li minħabba d-diżabilità jkollhom jagħmlu użu eċċessiv tad-dawl). Barra minn hekk irid jingħad li lanqas ammont ta’ vawċer ivarja peress li d-dritt għal benefiċċju jvarja skont jekk il-kont hux estimu jew le. Għalhekk matul is-sena fuq kull talba issir evalwazzjoni u jista’ jkun li fl-aħħar kont tas-sena partikolari ssir rikonċiljazzjoni u l-ammont li jkun dovut fl-aħħar jkun ammont żgħir bħal dawk li jidhru fit-tabella.

Esperti legali nominati mill-Qrati tal-Maġistrat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-esperti legali nominati mill-Qrati tal-Maġistrat matul is-sena 2011 u 2012 u x'kien il-ħlas għal kull espert individwalment?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: Kawżi tal-Maġistrati Ċivili f’Malta u Għawdex: Fil-kawżi Ċivili peress li l-esperti Leġali jiħallsu mill-partijiet ma tinżamm l-ebda statistika rigwar ta’ dan il-ħlas. Kawżi tal-Maġistrati (Kriminal Malta) L-informazzjoni mitluba dwar l-esperti legali nominati mill-Qrati tal-Maġistrati matul is-sena 2011 u 2012 hija mehmuża ma din ir-risposta. L-esperti Legali mhux bilfors ikunu nominati fis-snin indikati. Names of Advocates Amount paid up to May 2012 € Amount Paid in 2011 € Dr. Abela Godwin LL.D 671.42 599.23 Dr. Arrigo Joseph LL.D 867.30 2,889.82 Dr. Bartolo Noel LL.D 410.64 - Dr. Borg Costanzi Elena LL.D 7,248.76 1,637.98 Dr. Borg Reno LL.D - 584.10 Dr. Buttigieg Joseph LL.D 3,121.10 17,052.33 Dr. Camilleri Adrian LL.D - 752.84 Dr. Cardona Maria LL.D 1,102.63 2,380.01 Dr. Cutajar Anthony LL.D 17,253.23 17,370.24 Dr. Farrugia Sacco Steven LL.D 12,954.08 18,966.89 Dr. Filletti Stefano LL.D 329.22 3,647.62 Dr. Galea Vincent LL.D 7,466.30 9,343.61 Dr. Mangion Daniela LL.D 1,802.05 1,167.76 Dr. Mifsud Joe LL.D 22,248.83 47,363.71 Dr. Mizzi Alexandra LL.D - 6,588.02 Dr. Scerri Ferrante Juliana 1,079.70 2,781.87 Dr. Sladden Richard LL.D 7,071.62 14,175.55 Dr. Valentino Patrick LL.D 1,304.08 7,880.26 Dr. Zammit Gabrielle LL.D 2,214.50 1,711.82 Kawżi tal-Maġistrati (Kriminal Għawdex) L-informazzjoni li għandna f’dan ir-rigward tikkonċerna biss ħlasijiet li saru lill-esperti legali (biss) f’inkjesti u kawżi kriminali matul is-snin 2011 u 2012:- 2011 Isem l-espert Ammont € Dr Angele Agius 45.00 Dr Angele Francoise Formosa 35.00 Dr Joanne Vella Cuschieri 10.00 Dr Joseph Grech 224.35 Dr Justyne Caruana 2456.41 Dr.Stephen Farrugia Sacco 526.45 Dr Stephen Farrugia Sacco 1475.00 Dr Kevin Mompalao 426.36 2012 Isem l-espert Ammont € Dr Kevin Mompalao 962.25 Dr Angele Aguis 20.00 Dr.Angele Formosa 10.00 Dr.Justyne Caruana 10.00 Dr.Monica Vella 10.00 Dr Jean Paul Grech 751.73 Dr Joseph Grech 25.00 Dr Joshua Grech 50.00

Dipartimenti tas-Siġurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li jagħmlu użu mid-Dipartimenti tas-Siġurtà Soċjali a) ta' Bormla; b) tal-Fgura; c) taż-Żejtun; u d) Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid wkoll kemm hu n-numru ta' persuni tal-catchment area ta' kull wieħed minn dawn l-area offices b'mod separat?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-infromazzjoni mitluba hija s-segwenti: Tabella – Catchment areas ta’ ċerti Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali Uffiċċju Distrettwali Lokalitajiet moqdija minn dawn l-Uffiċċji Popolazzjoni f’dawn il-lokalitajiet* Birgu** Birgu, Bormla, Kalkara, l-Isla 14,090 Fgura Fgura 11,609 Zejtun Zejtun, M’Xlokk, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq 28,468 Ħaż-Żabbar Żabbar, Xgħajra, Marsaskala 26,436 * Popolazzjoni meħuda mid-Demographic Review 2010 – Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika **L-uffiċċju distrettwali jinsab fil-Birgu u mhux f’Bormla

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — informazzjoni dwar l-istaff

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm hu n-numru ta' dawk li jiffurmaw l-istaff tal-uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta' Bormla, Ħaż Żabbar, Fgura u ż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-gradi ta' kull wieħed minnhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onor Interpellant li f’Bormla d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux Uffiċċju Distrettwali. Dan l-Uffiċċju li jaqdi lil poplu ta’ Bormla jinsab fil-bini ta’ l-AĊĊESS ġewwa l-Birgu. Tabella - L-istaff ta’ l-Uffiċċji Distrettwali tal-Birgu, Haż-Żabbar, Fgura u Żejtun Birgu District Office · 6 Staff o 1 Assistant Principal – District Manager o 3 Senior Clerks o 1 Clerk o 1 General Hand Ħaż Żabbar District Office · 5 Staff o 1 Social Worker – District Manager o 1 Executive Officer o 1 Senior Clerk o 1 Clerk o 1 General Hand Fgura District Office · 4 Staff o 1 Senior Clerk – District Manager o 1 Clerk o 1 Operational Support Worker o 1 Messaġġier Żejtun District Office · 6 Staff o 1 Assistant Principal – District Manager o 2 Executive Officers o 2 Clerks o 1 Timekeeper

Applikazzjoni għall-fond alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma ġietx assenjata fond alternattiv bħal l-okkupanti l-oħra tal-istess binja? Japprezza li l-post li qed tgħix fih jinsab fil-periklu kbir u għalhekk l-okkupanti l-oħra ngħataw post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali għaldaqstant ma tistax tiġi kkunsidrata biex tiġi allokata post. Hija mitluba biex tmur fl-ufficju tal-Awtorita’ tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ u tissottometti applikazzjoni.

Children Allowance — familji, romol, ommijiet xebbiet u istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji, romol, ommijiet xebbiet, istituti eċċ. li jieħdu l-benefiċċji taċ-Children Allowance fil-mument? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-ammont ta persuni li jirċievu l-Allowance tat-Tfal skont il-kategoriji mitluba u maqsuma f’ammonti f’Malta u Għawdex jidhru fit-tabella aktar l-isfel: Malta GOZO CA CAFR CA CAFR Familji 16042 17372 1405 171 Romol 268 57 26 2 Ommijiet Xebbiet 4377 155 146 0 Total 20687 17584 1577 173 l-istituti ma jirċevux allowance tat-Tfal iżda Foster Care Allowance.

investigazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-care workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment jew entità oħra li taqa' fid-dekasteru tiegħu ġietx mitluba jew inkella ħadet l-inizjattiva li tinvestiga l-kundizzjonijiet tal-care workers li qed jagħtu servizz lid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, min għamel din l-investigazzjoni u x'irriżulta? Jekk ittieħdu xi azzjonijiet x'kienu dawn l-azzjonijiet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Saru numru ta’ investigazzjonijiet mid Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg fuq il-kundizzjonijiet ta’ care workers, kemm jekk dawn kienu qed jaghtu servizzi f’Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll jekk dan is-servizz kien f’intraprizi privati. F’kazi fejn irrizulta li kien hemm xi nuqqasijiet, ittiehdu dawk il-mizuri necessarji biex dawn jigu rettifikati. Jekk l-Onor Interpellant ghandu xi kaz partikolari f’mohhu, nitolbu jispecifika ghal x’hiex qed jaghmel riferenza, anki b’mod kunfidenzjali, halli din tkun tista tigi indirizzata.

Direttur tax-Xogħol — ħlas lill-impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32607, dwar persuna li kienet iddikjarat li tagħmel diskriminazzjoni fil-ħlas lill-impjegati tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-investigazzjoni ġietx konkluża jew le?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjoni rilevanti giet konkluza. Ma nstabet l-ebda evidenza li saret xi diskriminazzjoni fil-ħlas tal-impjegati koncernati.

Ħlas ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet il-pensjoni tal-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta dan qed jirċievi biss kull erba' ġimgħat l-ammont ta' €393 tal-bolol meta huwa kkontribwixxi fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal aktar minn 40 sena? Ma jaħsibx li din għandha tiġi riveduta mill-ġdid?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-Dipartiment bagħat ittra ta’ spjegazzjoni lill-persuna ndikata minnu dwar kif inħadmet il-pensjoni tieghu.

calls for application

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application mid-dipartiment u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm kien hemm applikanti għal kull sejħa u kemm finalment intagħżlu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — xiri ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentament l-Awtorità tad-Djar għandiex xi tip ta' skema li tippermetti li l-inkwilini jixtru l-appartament li jikru mingħand l-istess Awtorità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-awtorità ghandha skema msejħa 'ninvesti fid-dar tieghi' fuq propjetajiet li huma 'possession and use'. Dan ifisser li l-Lands Dept ghaddiet propjeta' lil Awtorita' li kienet ittiehdet wara t-tieni gwerra dinija u minghajr mal-gvern kellu t-titlu legali fuqha, kemm inbnew ammont ta' propjetajiet. Issa l-Gvern tal-gurnata xtara din il-projeta' u qieghed jistieden lil dawk ir-residenti li jixtiequ jsiru sidien tad-dar taghhom. Dawn il-propjetajiet huma mahruga fuq prezz kummercjali li wara jinghata ammont ta' sussidju fuq kemm snin inkwilin ikun ilu jghix. Dawk l-inkwilini li ilhom ighixu ghal aktar minn 20 sena, ser jkollhom sussidju ta' 65% fuq il-prezz kummerċjali.

MEUSAC u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34659, jista' l-Ministru speċifikament ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha għaż-żmien bejn 1 Frar 2010 u 30 Ġunju 2010 li għaddiet bejn il-MEUSAC u l-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli, tar-Rabat, tal-Imdina, ta’ Ħ’Attard, ta’ Ħal-Lija, ta’ Birkirkara, ta’ Santa Venera, ta’ Ħal-Balzan, tan-Naxxar, tal-Ħamrun, tal-Furjana u tal-Belt Valletta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnha qiegħda tiġi mgħoddija f’dokument apposta għal użu tagħha.

tranġar ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat is-saqaf ta' post peress li l-persuna li tgħix fih u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm ilha tirrapporta l-ħsara madwar dawn l-aħħar sentejn, xorta għad għandha l-istess problema?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi l-Awtorità tad-Djar toffri Skema SM għal dan il-għan. L-inkwilina hija mħeġġa tirrikorri l-Customer Care tal-Awtorità sabiex tapplika u tibbenefika minnha

Ministeru tal-Ġustizzja, KOnsultazzjoni Pubblika u l-Familja — family friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kemm kienu dawk il-ħaddiema fid-dipartimenti tiegħu u dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qed jibbenefikaw mill-family friendly measures?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ haddiema li jibbenefikaw minn family friendly measures fid-Dipartimenti li jaqghu that il-Ministeru tieghi huwa ta’ 421 persuna. Lista taghhom qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

National Standards of Out of Home Child Care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24966, jista’ l-Ministru finalment jgħid meta se jiġu implimentati n-National Standards of Out of Home Childcare li ilhom li ġew ippubblikati mill-2009?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fassal pjan ta’ konsultazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ In-National Standards for Out of Home Child Care (2009) fejn l-istake holders kienu involuti f’din il-pjan u sa l-aħħar ta’ din is-sena se jkunu imwettqa numru ta’ miżuri li se jgħinu lill-istakeholders jimplimentaw parti minn dan id-dokument.