Ministeru għat-Turiżmu — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5788 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella iktar 'l isfel b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2023. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Balzan, Birkirkara, Lija, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Raħal Ġdid, Rabat, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Ta’ Xbiex, Valletta, Victoria Għawdex, Żabbar u Żurrieq.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Attard, Bormla, Floriana, Għasri, Għaxaq, Gżira, Kalkara, Mellieħa, Mosta, Msida, Nadur, Raħal Ġdid, San Lawrenz, Sliema, Sta Venera, Swieqi u Żurrieq.
Entità/Awtorità
Ħaddiema ingaġġati
Ħaddiema li spiċċaw
ITS
9
6
MCC
5
5
MFC
2
0
MTA
4
8
TZRA
20
1
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1741 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 119 fid-9mta' Mejju 2023)
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7266, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Ministeru għat-Turiżmu — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7127.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7581, peress illi l-mistoqsija li għamilt lill-Ministru ma kinitx dwar dettalji, bħan-numru ta’ sigħat stipulati fil-kuntratt jew ħinijiet fissi, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li saritlu u jgħid bħala medja kemm-il siegħa xogħol fil-ġimgħa ħadem is-CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) sa mid-data tal-bidu tal-impjieg tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-CEO ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) jaħdem kemm hemm bżonn biex jaqdi d-dmirijiet u l-obbligazzjonijiet tiegħu. Il-ħidma tas-CEO, li hija in line mal-kuntratt tal-impjieg, ma titkejjilx bl-ammont ta’ sigħat li ħadem biss imma bis-suċċessi li kisbet l-MCC taħt it-tmexxija tiegħu f’dan l-aħħar snin.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774, 6966, 7225 u 7798 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7611 u 7850 u jgħid kemm-il cash rebate ġie mħallas lil kumpaniji barranin u kemm tħallsu lil kumpaniji Maltin f’dawn l-aħħar tliet snin, ċjoè mis-sena 2021 s’issa? Jista’ jippreżenta lista ta’ liema huma dawn il-kumpaniji u kemm ħadu kull wieħed?
Kemmuna – Bajja ta’ Blue Lagoon – sejħa pubblika għall-kiri ta’ deckchairs u umbrellel
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3826 sa 3830, fejn il-Ministru qal li se tiġi ppubblikata sejħa pubblika biex ikun hemm min joffri servizz ta’ kiri ta’ deckchairs/umbrellel ġewwa l-Bajja tal-Blue Lagoon f’Kemmuna, u b’referenza għal dak li l-Ministru qal dan l-aħħar li mhux se tinħareġ sejħa pubblika qabel ma jitlesta l-istudju ‘long-term plan’ għal din il-bajja, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel dan l-istudju, fiex wasal u x’inhuma t-time frames ta’ meta ser jitlesta, jiġifieri jekk hux qabel jibda s-sajf jew wara li jispiċċa s-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju komprensiv b’viżjoni fit-tul ser jiffoka fuq diversi aspetti tal-gżira, inkluż il-Bajja ta’ Blue Lagoon.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra rigward is-sejħa CT3014/2022 – Provision of Professional Services Incl Architectural, Civil Engineering, Other Supporting Services for the Construction of the New ITS Campus at SmartCity, to Higħ Energy, Env Performance Standards – li għalqet fil-11 ta' Awwissu 2022 u jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi aġġudikata din is-sejħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender imsemmi qed jiġi evalwat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7059, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-kumitat jew l-entità li tieħu ħsieb il-fond tad-dħul miġbur mill-Eco-Tax jew bed-tax, jiġifieri dak li t-turisti jridu jħallsu għal kull lejl li jagħmlu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll kif dan intuża sena b’sena minn meta ġie introdott u min ibbenefika minn dan il-fond?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm Kumitat apposta li jieħu ħsieb il-fondi allokati lilu li jkunu inġabru mid-dħul tal-Eko-kontribuzzjoni. Dan il-Kumitat huwa magħmul mis-Segretarju Permanenti u d-Director Operations fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu, flimkien ma’ rappreżentanti mill-MHRA, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u TZRA. Il-proġetti li bbenefikaw minn dan il-fond mill-2020 'l hawn jinkludu:
· il-proġett tal-car park tal-Għadira
· il-promenade tal-Għadira
· is-sand pilot Project tal-bajja tal-Mellieħa
· il-Ġnien Ġirolamo Cassar, il-Gudja
· il-proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza tal-Mellieħa
· il-proġett tal-Magħluq ġewwa Marsaxlokk
· il-Ġnien Alexander Ball ġo Ħal Safi
· l-iscuttling tal-MV Haphaestus, Għawdex
· il-Victoria Lines
· Paceville Street, San Ġiljan
· il-pjazza ta’ ħdejn it-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien
· Ġnien Duminku Mintoff, Raħal Ġdid
· il-Pjazza ta’ Buġibba,
· il-Pjazza tal-Birgu,
· inġenji li jintużaw mill-Cleansing and Maintenance Division fit-tindif ta’ żoni turistiċi,
· l-installazzjoni u manutenzjoni tal-iSmart Compaction Litter Bins, u
· pjan ta’ riġenerazzjoni li qed issir f’San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra, Xemxija u Salini.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
San Pawl il-Baħar – Qawra – tindif tal-kanal madwar is-salt pans
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7417, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jitnaddfu l-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, hekk kif akkumula ilma maħmuġ flimkien ma' alka li qed jirriżulta fi rwejjaħ jintnu madwar din iż-żona?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7612 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra studju dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-programm tal-cash rebate għas-snin li ġejjin? Kemm hu verament sostenibbli l-cash rebate?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell li timxi fuqu l-Kummissjoni Maltija għall-Films, li beda taħt amministrazzjoni preċedenti u kompla jiġi msaħħaħ minn din l-amministrazzjoni, huwa mibni u ibbażat fuq il-mudell ta’ pajjiżi oħra Ewropej. Bħalissa hemm pajjiżi oħra li qegħdin saħansitra itejbu il-programmi tagħhom sabiex jikkompetu ma’ dak Malti. L-ikbar żball li jista’ jagħmel kwalunkwe Gvern huwa li jilgħab bil-programm tal-Cash Rebate għaliex ikun qed itellef is-sostenibbiltà tal-industrija tal-films.
Ministeru għat-Turiżmu – persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – żona tas-Sirens – tneħħija ta’ ġebel
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-ġebel kbir li akkumula fil-banjijiet li jinsabu fiż-żona magħrufa bħala s-Sirens, f'San Pawl il-Baħar, wara l-maltemp ta' din ix-xitwa, jiġi mneħħi biex jiġi evitat periklu u inkonvenjent għall-għawwiema, speċjalment meta jitqies li fihom jgħumu ġenituri bit-tfal żgħar tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tneħħija ta’ ġebel mill-banjijiet fiż-żona tas-Sirens saret fil-jiem li għaddew.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647, 5844, 6251, 6478, 6774, 6966 u 7225 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7659 u ċjoè: Peress li f’Novembru li għadda parti mill-film Napoleon ġiet miġbuda f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-figura tal-cash rebate li hija stmata skont iċ-ċertifikat proviżorju li l-Kummissjoni Maltija tal-Films (MFC) ħarġet/tat lill-kumpanija li ħadmet il-film hawn Malta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-awditjar għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7611 u jgħid kemm-il cash rebate ġie mħallas lil kumpaniji barranin u kemm tħallsu lil kumpaniji Maltin f’dawn l-aħħar tliet snin, ċjoè mis-sena 2021 s’issa? Jista’ jippreżenta lista ta’ liema huma dawn il-kumpaniji u kemm ħadu kull wieħed?
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ħlas għall-użu tar-roaming.