Legislature:
Category:
Reset
Active:

Terminal taċ-Ċirkewwa - Xogħol tar-riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħataw fuq ix-xogħol tar-riġenerazzjoni tat-Terminal taċ-Ċirkewwa?  Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, lil min ingħataw, x’kien l-ammont u liema xogħol kien ikopri?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lix-xogħol li sar dan l-aħħar fuq it-terminal kien jinvolvi xogħol ta’ emergenza fuq il-lift shafts tat-Terminal, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-kolonni ta’ l-istess terminal.

Trasport Pubbliku - Rotot 403 u 405

Question

Fid-dawl li dan l-aħħar ġew introdotti r-rotot tat-trasport pubbliku 403 u 405 li minn Ta’ Qali Park & Ride jmorru jew għall-Pjazza tal-Mosta jew għall-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ftit li xejn hemm informazzjoni dwar dan is-servizz fuq il-website tat-trasport pubbliku? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti f’Ta’ Qali jibda u jispiċċa dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll għaliex dawn il-karozzi tal-linja ma jservux il-bus stops kollha fuq ir-rotta tagħhom u allura ma jieqfux għall-persuni li jkunu jridu jitilgħu jew jinżlu fuq bus stops?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 403 tgħaqqad il-Park & Ride il-ġdid f’Ta’ Qali b’mod dirett mal-Università kif ukoll mal-Isptar Mater Dei. Peress li hija rotta diretta, din ma tieqaf fuq ebda bus stop sabiex il-vjaġġ isir b’mod aktar rapidu. Ir-rotta 405 hija rotta oħra li tikkonnettja mal-istess Park & Ride f’Ta’ Qali u toffri konnessjoni diretta lejn il-Mosta. Din isservi wkoll bħala rotta ċirkulari ġewwa l-Mosta. Minbarra l-waqfa li tinsab quddiem il-parkeġġ, din ir-rotta tieqaf ukoll fuq il-bus stops Rotunda (Triq il-Kungress Ewkaristiku, ftit metri ’l bogħod mill-pjazza), Waqqafa (fuq iż-żewġ naħat ta’ Vjal l-Indipendenza) u Bezzina (Triq il-Kbira). Simili għar-rotta 403, ir-raġuni għalfejn din ir-rotta ma tieqafx fuq kull bus stop hija sabiex jitħaffef it-traġitt tagħha. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar dawn ir-rotot tinsab kemm fuq il-website kif ukoll fuq il-mobile app.

Ħ’Attard – Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet f'Ħ'Attard fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika kemm kienu mill-pulizija, kemm mil-LESA, u kemm minn Transport Malta (TM), u jgħid x’kienet il-kontravenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena inħarġu 544 ċitazzjoni f’Ħ’Attard min-naħa ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta.

Il-Mosta – Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fil-Mosta fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika kemm kienu mill-pulizija, kemm mil-LESA, u kemm minn Transport Malta (TM), u jgħid x’kienet il-kontravenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena inħarġu 222 ċitazzjoni fil-Mosta min-naħa ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta.

Il-Gudja – Ġnien Raymond Caruana - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Ġnien Raymond Caruana l-Gudja, tlestiex, u jekk le x’baqa’ jsir fih?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax - Xogħlijiet Pubbliċi lesta x-xogħlijiet fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja.  Fadal biss il-manutenzjoni tas-saqaf tal-injam tal-kiosk li mistenni jsir f’Novembru li ġej.

Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement għandha parkeġġ riservat (blue parking bay) skont id-data li għandha Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.) u skont l-età?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm total ta’ 3,860 parkeġġ riservat għall-persuni li għandhom Blue Badge. Minnhom, 1,989 huma parkeġġi komuni, jiġifieri jistgħu jintużaw minn kwalunkwe persuna li għandha l-Blue Badge Card, filwaqt li 1,871 huma parkeġġi personaliżżati.

Santa Luċija - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Santa Luċija li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Il-Fgura - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq fil-Fgura li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Raħal Ġdid - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Raħal Ġdid li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Ħal Tarxien - Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Ħal Tarxien li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31625.

Infrastructure Malta - Spiża fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq f’Malta li matul dawn l-aħħar għaxar snin saru minn Infrastructure Malta u kellhom jinqalgħu mill-ġdid?  Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kumpless biex wieħed jestrapola din l-informazzjoni peress li d-‘data’ tal-permessi tinkorpora bosta interventi li jvarjaw minn kostruzzjoni ta’ triq totalment ġdida jiġifieri li kienet għalqa u saret triq, jew triq li reġgħet ġiet asfaltata sa trinka privata għal servizz ġdid tad-drenaġġ jew servizz tal-ilma.

Commercial Vessel Certificate - Dgħajjes reġistrati li għandhom siġil aħmar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31326 u jindika kemm kien hemm dgħajjes magħrufa bħala tal-pass li kienu reġistrati sal-aħħar ta’ Settembru 2025 mal-awtoritajiet taħt il-Commercial Vessel Certificate u li għandhom dak li jissejjaħ is-siġill aħmar, kif ukoll jgħid kemm kien hemm dgħajjes li huma reġistrati taħt il-Commercial Vessel Certificate sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm total ta’ 1,601 dgħajsa reġistrata taħt l-Commercial Vessel Certificate, li 65 minnhom  għandhom is-siġill aħmar.

Swatar, Birkirkara - Triq Maestro Giuseppe Busuttil - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir bl-‘asphalt’ u skont is-sengħa u l-arti li tirrikjedi l-liġi fis-settur tal-kostruzzjoni tat-toroq, it-Triq Maestro Giuseppe Busuttil, is-Swatar, f’Birkirkara, minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministru?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Maestro Giuseppe Busuttil, is-Swatar hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Swatar, Birkirkara - Triq Maestro Giuseppe Busuttil - Permessi għal cranes

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar permess jew permessi li hemm sabiex persuni jew kumpaniji joperaw bi crane fi Triq Maestro Giuseppe Busuttil, is-Swatar, f’Birkirkara, minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministru u jekk huwa l-każ, jgħid jekk hemmx terminu meta dan l-istess xogħol għandu jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Regolament (UE) 2024/1309 - Implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30165 u 31114, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jiġu ppubblikati u applikati l-emendi inkwistjoni tenut kont li r-Regolament (UE) 2024/1309 jibda japplika mit-12 ta’ Novembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-emendi inkwistjoni mistennija jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin, bħala parti minn konsultazzjoni pubblika.

Infrastructure Malta - Talbiet mill-Kunsilli Lokali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30977 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jipprovdi lista ta’ toroq li kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex talab lill-Infrastructure Malta biex isir xogħol fihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għadha għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ kull lokalita’ rigward xogħlijiet li jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tal-Kunsill.

Karozzi tal-linja - Xufiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn xufiera tal-linja bħalissa u kemm minnhom huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Sliema Promenade – Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31424 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għall-pompa tal-petrol li ilha ma tintuża u li qiegħda fil-Promenade ta’ Tas-Sliema, li ritratt tal-pompa qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jispjega għaliex din il-pompa qed titħalla f’din il-kundizzjoni?  Jista’ jgħid ukoll għaliex il-pjattaforma tal-metall ta’ din il-pompa tal-petrol ma tneħħietx, li ritratt tagħha ukoll qed jingħata separatament, peress li tista’ tikkawża korrimenti lil dawk li jkunu mixjin jew jiġru tul il-promenade?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.