Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imqabba – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Imqabba minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq Innoċenzju, Triq is-Serrer u Triq George Marin. Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Ħal Kirkop – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Kirkop minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, etc jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop – Triq il-Kbira, Triq San Benedettu, Triq San Ġużepp, Triq Nerik Xerri u Sqaq Sant’ Andrija. Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Ħal Farruġ – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Farruġ minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qab¿a kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm Triq in-Noqor fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ. Din is-sena se ssir ukoll Triq Ħal Farruġ li hija triq ewlenija li tasal sa taħt is-Saqqajja, fir-Rabat, u li fiha tul ta’ 10 kilometri. Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Ħal Safi – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Safi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajji¿na jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajji¿na fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Ħal Safi – Triq l-Iskola, Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit u Triq il-Kaċċatur. Bħalissa qed tinbena mill-ġdid ukoll Triq il-Kuċċard waqt li qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet f’toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Qrendi – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Qrendi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ l-Ministru jagħti għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f’każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f’dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f’dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f’dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Qrendi – Triq it-Tempesta, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda (San Niklaw) u Triq Sant’ Anna. Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Il-Furjana — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Furjana li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar; b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini; c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini; d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Marsa — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Marsa li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar; b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini; c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini; d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Il-Ħamrun — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Ħamrun li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar; b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini; c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini; d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Tal-Pietà — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Pietà li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar; b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini; c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini; d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Santa Venera — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet f’Santa Venera li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar; b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini; c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini; d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Awtorità tal-Artijiet – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess jista’ l-Ministru jagħti: a) l-isem tal-istabbiliment; b) it-triq li jinsab fih; u c) l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet, stabbilimenti li għandhom permessi ta’ encroachment għal imwejjed u siġġijiet jammontaw għal 73 (tlieta u sebgħin). Dan l-ammont jeskludi applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess sabiex jiġu evalwati t-talbiet għall-eventwali permessi meħtieġa mill-Awtoritajiet kollha kkonċernati.

Xogħol fuq toroq – garanzija ta’ kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti separatament għal kemm-il sena ser ikunu garantiti bħala kwalità ta' xogħol it-toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru/qed isiru minn Transport Malta / Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Safi – Triq il-Kuċċard – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla u jispiċċa x-xogħol fuq Triq il-Kuċċard Ħal Safi li ilu wieqaf mill-2013 peress li dan ix-xogħol kien jifforma parti integrali mix-xogħol ta' Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Konsultazzjoni mal-kunsilli lokali fuq il-prioritizzazzjoni tax-xogħol ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux il-kunsilli lokali kollha qed jiġu kkonsultati fuq il-prioritizzazzjoni tax-xogħlijiet ta' toroq li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta? Min qiegħed jiddeċiedi liema toroq jinbnew mill-ġdid jew jekk jingħatalhomx wiċċ ġdid?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet ta’ Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Sussegwentement, tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fiż-żmien li ġej. L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn. Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq li nbdew kienu jinkludu t-tqegħid ta’ 32 kilometru ta’ pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni. Wara li tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, wara li tagħmel spezzjonijiet tekniċi u wara li tqis ukoll talbiet għall-għajnuna minn ħafna residenti, Infrastructure Malta qed tiddetermina liema toroq residenzjali għandhom jingħataw prijorità biex jinbnew mill-ġdid billi tikkunsidra l-istat preżenti tagħhom u fatturi oħrajn, bħall-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità kif ukoll il-frekwenza ta’ kemm jintużaw. Fit-tfassil tal-għażla tat-toroq li jkunu se jsiru f’kull lokalità, l-aġenzija qed tqis ukoll fattur importanti bħalma huma attivitajiet li jistgħu jintlaqtu ħażin bix-xogħlijiet, fosthom toroq li jinsabu f’zoni turistiċi jew viċin ta’ skejjel. Il-konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali mhix issir biss fil-fażi tal-ippjanar dwar liema toroq residenzjali għandom jingħataw prijorità, imma hija kontinwa. Infrastructure Malta tkompli tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali anke waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet għall-bini mill-ġdid tat-toroq. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Infrastructure Malta – condition surveys u condition reports tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li ser isir xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta? F'dawn ir-rapporti, ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ? Jista’ jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Birżebbugia – xogħol fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Birżebbuga minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ. Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Birżebbuġa - Triq Żaren Dalli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq il-Brolli, Triq il-Bżulija, Triq il-Għirgħien u Triq il-Musbieħ. Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Triq bla isem faċċata ta’ Triq ir-Rizza u Triq Gandoffla, Triq fil-limiti tal-Marniżi, Triq ta’ Giligejla f’Bengħijsa, Triq bla isem li tmiss ma’ Triq it-Torri, u Triq fil-limiti tal-Brolli u Ħas-Saptan. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Żurrieq – xogħol fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità taż-Żurrieq minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej: (a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazjoni ħażina; (b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss? Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq: (a) arterjali (b) distributorji (c) maġġuri (d) residenzjali (e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ. Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċ jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità taż-Żurrieq - Triq ġdida fi Triq Sant' Agata 1, Triq ġdida fi Triq Sant' Agata 2, Triq in-Nigret, Sqaq Barċellona, Triq bla isem fi Triq il-Wied (Wied Babu), Triq Sant' Agatha (u żewġ toroq li jinfdu magħha) u Triq il-Midra. Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Sqaq Ballot, Triq bla isem fi Triq Ħal Far No.1, Triq bla isem fi Triq Ħal Far No.2 u Triq fil-limiti ta’ Ħlantun. Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f’toroq oħrajn fil-lokalità indikata. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.

Mina bejn Malta u Għawdex – xogħol

Question

Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li "Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta. Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex". Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.