Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm radiographers jaħdmu fil-Paola Hub u kemm minnhom huma ‘CPCM registration approved’ mill-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina u kemm le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-kura sekondarja jimpjega sitt Radiographers u kollha huma reġistrati ma’ CPCM. Is-Sezzjoni tal-Imaging ġewwa ċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran topera b'mod 'Hybrid' minħabba d-domanda għolja ir-rosters jintlew minn Radiographers ġejjin minn entitajiet varji kif ukoll dawk impjegati mad-Dipartiment tal-Kura Sekondarja.
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tobba li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Ottubru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati fl-istess perjodu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-inġaġġ għadu mhux komplut. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnu l-proġett dwar l-iskola medika ġdida li kellha tinbena ħdejn l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapport tal-NAO, bit-titlu “An assessment of capital projects at the University of Malta” li ġie ppubblikat f’April 2023 u li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
Il-pjan hu li l-Medical School tkun estiża u tibqa integrata fl-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati ma jikkawżawx riżenji ta’ professjonisti tas-saħħa mis-settur pubbliku lejn dak privat, b’riskju ta’ tnaqqis fil-kapaċità tal-isptarijiet tal-istat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta professjonist jiddeċiedi li jirriżenja, mhux obbligat li jagħti r-raġuni għala jkun ser jieħu dan il-pass.
Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Kollaborazzjonijiet ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għal kollaborazzjonijiet mal-privat ġodda f’oqsma speċifiċi bħall-onkoloġija, dijabete, saħħa mentali jew riabilitazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Listi ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk il-kollaborazzjonijiet tal-Gvern mal-isptarijiet privati kinux effettivi fit-tnaqqis tal-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet elettivi jew trattamenti oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dawn il-kollaborazzjonijiet kienu effettivi ħafna, illi ċertu listi ta' stennija li fil-passat kienu dejjem qed jiżdiedu, u issa permezz ta' dawn il-ftehimiet, issa qed jonqsu. Operazzjonijiet li ġew influwenzati drastikament huma: Total Knee Replacement, Knee Arthroscopy, Anterior Cruciate Ligament, Ftuq, u proċeduri tal-endoskopija li huma Gastroscopy u Colonoscopy.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx proċess ta’ tendering jew ta’ sejħiet pubbliċi għal meta jiġu magħżula l-isptarijiet privati biex jipprovdu servizzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qed jikkunsidra soluzzjoni alternattiva (second-best option) għall-provvista tal-insulin pumps, minflok l-ewwel għażla li hi dik preferuta ta’ tubeless insulin pumps?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li oriġinarjament, l-ewwel preferenza kienet għal tubeless pump. Madanakollu kwistjoni marbuta ma’ vijabilita ekonomika minħabba s-suq żgħir tagħna, il-kumpanija Amerikana li tissupplixxi ddeċidiet li permezz tal-kumpanija sussidjarja tagħha twaqqaf in-negozjati.
Sussegwentement, id-deċiżjoni kienet li mmorri għal tube pumps. L-esperti tad-Dipartiment ma jqisux din bħala li hi inferjuri u għandha l-vantaġġi wkoll.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern sabiex l-insulin pumps jibdew jiġu offruti lill-pazjenti tad-dijabete permezz tal-formularju jew skemi relatati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern hu li jsir taħriġ għall- healthcare professionals kollha li huma involuti fil-kura u l-maniġġjar ta’ dawn il-pazjenti.
Sejjer jitwaqqaf 24 x 7 telephone support service għal dawn il-pazjenti. Dan is-servizz sejjer jingħata permezz ta’ infermiera speċjalizzati fid-diabete. Dan sejjer isir sabiex pazjenti fuq l-insulin pump therapy iħossuhom siguri u jistgħu jagħmlu dan mill-kumdita ta’ djarhom.
L-insulin pump clinic sejra tkun allokata fiċ-Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa. F’dawn l-aħħar xhur, dan iċ-Ċentru ġie mgħammar bil-faċilitajiet kollha. Għandu jitħabbar meta l-insulin pumps jibdew jitqassmu lill-pazjenti li huma 18-il sena jew anqas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-investiment finanzjarju li l-Gvern qed jalloka għad-distribuzzjoni ta’ continuous glucose monitors u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li turi l-investiment attwali sena 2024 u investiment imbassar sena 2025 u 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024, l-ispiża għad-distribuzzjoni tal-CGM kienet ta’ €5,446,910.
Matul l-2025, in-nefqa mistennija titla’ għal €9,237,470.
Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jivvota €9 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti preżentement li qed jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern? Jista’ wkoll jagħti break down tal-pazjenti skont il-gruppi tal-etajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li preżentament hawn 1,376 li jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern. Dawn jinkludu pazjenti tat- Type 1 Diabetes, Gestational Diabetes, Pancreatectomy, Pancreatic Atrophy u Chronic Pancreatitis.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kien imqassam il-phasing tal-introduzzjoni tal-continuous glucose monitors għall-pazjenti tad-dijabete tat-tip 1, inkluż id-data ta’ meta bdew jiddaħħlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fi Frar, 2021 beda t-tqassim tal-CGMs lil tfal li huma Type 1 Diabetes Mellitus u li kienu taħt is-16-il sena. Fl-2022, din il-miżura ġiet estiża għal min għandu 21 sena jew anqas. F’Marzu 2023, bdew jikkwalifikaw dawk li għandhom 23 sena jew anqas. F’Awwissu tal-istess sena, dan it-tqassim beda jsir ukoll għal min għandu 35 jew anqas u kompla jiġi estiż għal min għandu 40 sena jew anqas f’Ottubru 2023.
F’Mejju 2024, persuni li għandhom 45 sena jew anqas bdew jikkwalifikaw. Magħhom ġew inklużi pazjenti bil-Gestational Diabetes kif ukoll dawk bil-Pancreatectomy u huma fuq l-insulina.
F’Awwissu 2024, kull pazjent bit-Type 1, Gestational DM u pazjenti bil- Pancreatectomy fuq l-insulin bdew jikkwalifikaw.
Fil-bidu ta’ din il-sena, pazjenti bil-Pancreatic atrophy u Chronic Pancreatitis ġew eliġibbli għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz ta’ carer u twaqqfilhom is-servizz? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalità huma?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li qatt ma kien hemm każijiet fejn waqqafna s-servizz ta’ carer lil anzjani li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tal-Carer at Home.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20082 u jgħid kemm kienet l-ispiża matul dawn l-aħħar għaxar snin biex ġew rimedjati l-ħsarat fil-konkos tal-Isptar Mater Dei skont kif kien qal predeċessur tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena? Jista' jgħid ukoll min għamel dawn ix-xogħlijiet, x'tip ta' xogħlijiet saru u fejn saru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fl-isptar Mater Dei għaddej kontinwament biex il-pazjenti ikollhom l-aħjar ambjent u sigur.