Legislature:
Category:
Reset
Active:

bird skins u bird trophies importati

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ġew importati bird skins u bird trophies minn barra l-Ewropa fis-sena 2011? Kemm saru testijiet (lab tests), kemm kienet l-ispiża ta' dawn it-testijiet u min ħallas għal dawn it-testijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

refuse derived fuel — kuntrattur li jesporta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kuntrattur responsabbli mill-esportazzjoni tal-RDF – refuse derived fuel jiltaqa' ma' xi diffikultajiet li jxekklu l-eżekuzzjoni sħiħa tal-kuntratt tiegħu, il-kuntratt jibqa' validu? Jekk iva, jitħalla jitfa' offerti għal tenders oħrajn simili ġodda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jinqalagħu diffikultajiet fuq eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ tender tal-RDF dawn jiġu evalwati bl-istess mod bħal fi kwalinkwe tender iehor, u jekk jirriżulta li dawn id-diffikultajiet huma riżultat ta’ kawżi li-kuntrattur m’għandux kontroll fuqhom, il-kuntrattur jingħata ċ-ċans jottempera ruħu, jekk dan ma jkunx possibbli, jkunu implimentati l-passi skond ma jippermetti l-kuntratt.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.

Public Works — Ħlas ta' Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħlas ta' overtime ta' Ottubru u Novembru 2011 fid-Dipartiment tal-Public Works għadu ma tħallasx? Meta se jitħallas?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għad-Disinn u t-Twettiq ta' Proġetti (dak li kien magħruf bħala Public Works) ma hemmx ħlasijiet pendenti għar-rigward ta’ overtime. F’każ li l-Onorevoli Interpellant għandha informazzjoni dwar xi claim/s pendenti, nitlobha tgħaddili d-dettalji ħalli tkun tista’ issir l-verifika neċessarja.

Ħal Qormi — Ġnien l-Armier - ilment fuq siġra

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed tiġrilhom ħsara fil-proprjetà minħabba l-għeruq ta' siġra li hemm biswit il-bitħa tagħhom fi Ġnien l-Armier f'Ħal Qormi? Huwa possibli li tinstab soluzzjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura biex jekk inhu possibli din is-siġra tkun rilokata f'post ieħor minħabba l-ħsara li qed iħabbtu wiċċhom magħha din il-familja tant li kellhom jibdlu l-madum tad-dar? Jista' jara x'jista' jsir peress li diġà lmentaw mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi dwar din il-problema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà għal dan il-ġnien imsemmi kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari responsabbili mill-Gvern Lokali.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MRA — Price mechanism għall-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpanija li tqabbdet mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex tivverifika l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass kif maħdum s'issa permezz tal-pricing mechanism? Skont il-pricing mechanism eżistenti, kemm kellhom jiġu jiswew iċ-ċilindri tal-gass f'Marzu 2012? Min se jassorbi d-differenza fil-prezz? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kkummissjonatx li jinħadem pricing mechanism ġdid biex jistabilixxi l-prezz tal-gass? Meta se jkun lest dan il-mekkaniżmu u kif se jkun differenti minn dak eżistenti? B'liema proċess tqabbdet il-kumpanija privati tal-awdituri biex tivverifika l-prezz taċ-ċilindri tal-gass? Kemm se jiswa x-xoghol tagħha u meta mistenni jkun lest? Min ta d-direttiva lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex għax-xahar ta' Marzu 2012 il-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass ma jinħadmux skont il-pricing mechanism li bih inħadmu l-prezzijiet fix-xhur ta' qabel? X'kienet ir-raġuni li din id-direttiva ngħatat għal Marzu 2012 u mhux għax-xhur ta' qabel? Jista' jagħti l-prezzijiet taċ-ċilindri tad-daqsijiet differenti tal-gass mis-sena 2008 sal-lum xahar b'xahar li bihom inbiegħu lill-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Marsaxlokk — Hard Standing - żvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23964, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minn sena ilu s'issa fil-Hard Standing li tinsab ġewwa Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant li wara li ngħatat kunsiderazzjoni lill-proposti kollha imressqa, ix-xogħlijiet fuq l-iskal tal-Hardstanding li jinsab ġewwa Marsaxlokk diġa bdew. Ix-xogħlijiet li għaddejin fuq l-iskal jinkludu allinjamenti ġodda tal-mollijiet biex it-traveller’s hoist crane ta’ 50 tunnellata ikun jista’ jopera minn fuq l-art mingħajr il-ħtieġa li jinżel fil-baħar. Dawn ix-xogħlijiet qiegħdin isiru bl-iskop li tiżdied s-sigurtà u ma’ ssirx ħsara lill-istess crane. Diġa sar ix-xogħol ta’ irdim u formazzjoni ta’ art tal-konkos rinfurzat li jinkludi wkoll sistema ta’ drejns u oil separator. Sar ukoll it-twessih tal-parti ta’ barra fejn jidħlu l-bastimenti permezz ta’ pjattaformi li jistrieħu fuq piles tal-konkos rinfurzat biex ikun jista’ jiġi akkomodat dan il-hoist crane. Ix-xogħol fuq l-ewwel pjattaforma tlesta’ u bħalissa għaddej x-xogħol fuq it-tieni pjattaforma fejn diġa’ tqiegħdu il-piles tal-konkos rinfurzat biex tkun tista’ titwessa din il-parti wkoll.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32589 u 32239 u jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Birgu u l-Belt — scaffolding għar-restawr tas-swar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji/a li qed jipprovdu l-iscaffolding għar-restawr tas-swar tal-Birgu u l-Belt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32117, ninfurmah li r-responsabbiltà għall-forniment ta’ scaffolding meħtieġ waqt it-twettieq ta’ proġett hija tal-kumpannija li tkun qed tagħmel ix-xogħol mogħti lilha

San Pawl il-Baħar — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li bħalissa qed jitwettqu mill-Ministeru, jew waħdu, jew flimkien mal-privat, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li għaddej bhalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’dawn il-ġranet għaddej ix-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ Water Park f’Bugibba li hu mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju, il-proġett tas-Salini li jikkonsisti fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, bini ta' underpass taħt Triq is-Salini, restawr tas-Salini, bini mill-ġdid tal-huts, tindif tal-garigue u reabilitazzjoni tas-salt marsh u landscaping, kif ukoll qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fil-Pjazza ta’ Buġibba.

San Pawl il-Baħar — talbiet mis-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'talbiet saru mis-sajjieda li joperaw mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u li għadhom pendenti, għal dawk li huma faċlitajiet meħtieġa fil-moll tal-Veccia, dak ta' Buġibba, u xi mollijiet oħra li jista' jkun qed jintużaw mis-sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull meta jkun hemm talba jew ilment dwar l-istat tal-faċilitajiet mis-sajjieda dawn dejjem ikunu nvestigati u l-passi meħtiġa jittieħdu. Reċentement, fuq talba li saret għal tiswijiet fis-slipway ta’ ħdejn il-Veċċa, saret l-ispezzjoni meħtieġa u passi diġà qiegħdin jittieħdu biex dan ix-xogħol isir. Barraminhekk fuq talba oħra, diġa ittieħdu passi biex il-Port ta’ San Pawl il-Baħar ikun dikjarat bħala ‘Designated Port’, li jfisser li s-sajjieda ser ikunu jistgħu jħottu il-qabda tal-ħut fil-Facilità li se jkun hemm fuq il-moll tal-Veċċa. Nieħu l-opportunità biex nħabbar li diġa qed jitħejjew pjanijiet għal żvilupp f’din iż-żona għall-benefiċċju tas-sajjieda liema dettalji jitħabbru aktar 'il quddiem.

Applikazzjonijiet għal sistemi fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm xi inkwilini li jgħixu fi blokka t'appartamenti li applikaw għal skema ta' sussidju fuq sistemi fotovoltaiċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid dawn kienux f'appartamenti tal-privat jew tal-Awtorità tad-Djar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Rizorsi m’ghandhiex l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interperlant peress li din l-informazzjoni mhix rikjesta fl-applikazzjoni għas-sussidju għas-sistemi fotovoltaici. Rigward appartamenti tal-Awtorità tad-Djar, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru konċernat.

Mosta — roundabout b'central strip mhux iddentifikata

Question

Jista' l-Ministru jara li s-central strip li hemm inti u ħiereġ minn Mosta lejn Birkirkara fi Triq Valletta lejn il-Belt fir-roundabout ta' ħdejn ix-showroom tas-Subaru tkun imdawla u identifikata li hemm din is-central strip?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonili hu responsabbli minn Transport Malta

kumpens għall-ħsara li ġarrbu l-bdiewa minħabba l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se tingħata għajnuna lill-bdiewa u raħħala li ġarrbu ħsarat fil-maltemp ta' nhar l-14 ta' Frar 2012 u nies oħra li ġarrbu ħsarat kbar fis-settur tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżenetment għadha qiegħda tkun analizzata u evalwata l-informazzjoni miġbura.

għajnuniet meħdua mill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ittieħdu għajnuniet mill-bdiewa matul is-snin 2004/5/6/7/8/9/10/11 ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32001 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt short u/jew medium/long term ta' konsulenti li ġew imqabbda mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura flimkien mad-dettalji sħaħ dwar in-natura tax-xogħol mogħti lilhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Żejtun — ġibjuni imsewwija u mnaddfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum, kemm u liema ġibjuni ġew imsewwija u mnaddfa fiż-Żejtun u fil-limiti taż-Żejtun? Kemm huwa stmat li hemm ġibjuni fl-istess inħawi u kemm minnhom qed jiffunzjonaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-limiti taż-Żejtun hemm erba’ ġibjuni mikxufin li kienu nbnew biex jirċievu ilma tax-xita mit-toroq ta’ madwarhom. Għalkemm dawn il-ġwiebi mhumiex responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru. Dan il-Ministeru ħa l-inizjattiva biex jara li dawn jinżammu fi stat tajjeb għall-benefiċju tal-bdiewa. Mis-sena 2010 sal-lum, ġew imnaddfa tliet ġibjuni, wieħed fiż-żona magħrufa bħala San Klement, ieħor fiż-żona magħrufa San Niklaw, u ieħor fi Triq Tal-Barrani. L-ewwel wieħed, barra li kien imnaddaf, ġie wkoll imsewwi Fil-preżent, tlieta minn dawn il-ġibjuni qed jirċievu ilma tax-xita fihom. Id-Dipartiment qed jieħu l-passi biex jiżdied l-ilma tax-xita li jmur fil-ġibjun li hemm f’ Tal-Barrani. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-mistoqsija dwar il-ġwiebi li mhumiex mikxufin lill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li huwa responsabbili Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Belt — spazju riservat għall-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta u jara li meta jsir ir-restwar tal-Palazz fuq in-naħa ta' fuq ta' Triq il-Merkanti l-Belt, meta jsir l-iscaffolding, l-ispazju riservat għall-bejjiegħa tal-monti jiġi estiż 'il fuq minn Triq it-Teatru u mhux 'l isfel minn Triq l-Arċisqof?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li ħadt nota tal-proposta tiegħu, iżda rrid ninfurmah ukoll li l-arranġamenti għadhom qed jiġu diskussi.