Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar waqqfet l-applikazzjoni li kienet għamlet il-familjia, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, aktar minn sentejn ilu fuq gallarija li tinsab fi stat perikoluż?
Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Saħħa jieħu l-passi neċessarji biex titnaddaf iż-żona, li l-pjanta tagħha qed tintbagħat separatament, minħabba l-ġrieden?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għalkemm ir-raħal ma ġiex indikat fil-pjanta riferuta, t-triq imsemmija tinsab f’diversi rħula ta’ Malta – Naxxar, Għaxaq, Żejtun u Ħaż-Żabbar. Madankollu saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment Għal Saħħa Ambjentali illum 9 ta’ Novembru 2009 f’Ħaż-Zabbar li jidher l-eqreb li jixbaħ il-mappa mehmuża.
L-ispezzjoni saret minn naha ta’ Triq tal-Labour, Żabbar ħdejn għalqa mhux maħduma li ma fihiex ħmieġ u akkumulu ta’ skart organiku imma biss ħaxix ħażin, kif ukoll minn Triq Ġanni Bonavia, Żabbar fejn ukoll ma nstab l-ebda ħmieg u akkumulu ta’ skart organiku. Tpoġġa valenu tal-ġrieden fl-għalqa minn uffiċjali ta’ l-istess Dipartiment mis-seżżjoni tal ‘
Pest Control’
.
Tpoġġa xi valenu wkoll fi Triq il-Labour Zejtun ħdejn xi għelieqi għax is-sit jixbaħ ftit il-mappa pprovduta iżda ma saret l-ebda spezzjoni fi Vjal il-Labour Għaxaq għax din hija triq qasira qalb il-bini.
Tali żoni ser jibqgħu jiġu sorveljati u ttrattati għal kontra l-ġrieden jekk ikun hemm il-bżonn.
Post tal-Gvern — gallarija f'kundizzjoni perikoluża
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji fejn l-inkwilin ta' post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu l-gallarija li qiegħda f'kundizzjoni perikoluża sabiex tiġi rranġata qabel ma jkun hemm xi inċident anke fuq terzi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet madwar Malta u Għawdex hemm talbiet biex jinfetħu childcare centres mill-privat, mill-kunsilli lokali, jew f'xi forma ta' Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' regolamenti hemm biex jinfetħu dawn it-tip ta' ċentri mill-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11884 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar min hu intitolat għall-herceptin b'xejn mingħand il-Gvern?
Ministeru għall-Politika Soċjali — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11642 u jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separamtament, li saret diversi snin ilu u sal-lum għadha ma semgħet xejn?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin li jaħdmu f'xi dipartiment f'Malta? Kemm minnhom jixtiequ li jmorru jaħdmu f'Għawdex? Kemm huwa ppjanat li dawn se jdumu biex jagħmlu dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jidhirx li l-ftehim li sar min-naħa tal-Gvern biex f'Malta jkollna opportunità ta' studju wara l-ewwel degree fil-mediċina, qed ikollu effett fuq in-numru ta' persuni gradwati f'dan is-settur li jħallu Malta biex ikomplu bl-istudji tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew units residenzjali ġodda f’Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali? F’liema lokalitajiet inbnew? Kemm minnhom ġew allokati? F’liema lokalitajiet?
Awtorità tad-Djar — spezzjoni tal-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħmilx spezzjoni tal-partijiet komuni tal-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fuq talba li saritilha minn xi inkwilini xi ġimgħat ilu dwar allegati abbużi u rregolaritajiet?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu childcare centres, f'Malta u f'Għawdex, kemm mill-Gvern innifsu, kif ukoll mill-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali — ħaddiema barranin - Kuntratt mal-Gvern Malti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12138, jista' l-Ministru jkompli jagħti aktar informazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Numru ta’ ħaddiem barranin b’kuntratt
Salarju (2009)
€
Nazzjonalità
Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
1
€10,366
(li jiżdied b’€466 fis-sena sa’ massimu ta’
€13,162 fis-sena)
Ingliża
Awtorità tad-Djar
1(fuq kuntratt indefinit, bir-
reduced hours
- 20 siegħa fil-ġimgħa)
€19,000
(sa’ massimu ta’ €23,800 fi żmien 6 snin)
Ġermaniż
– bil-
Freedom of Movement
f’ Malta
Informat ukoll li iktar tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12107 u jgħid matul din is-sena 2009 kemm kien hemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minn fabbriki li joperaw f’pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 12,117.